EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0025(01)
2009/55/EC: Decision of the European Central Bank of 12 December 2008 laying down the terms and conditions for transfers of the European Central Bank’s capital shares between the national central banks and for the adjustment of the paid-up capital (ECB/2008/25)
2009/55/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (BĊE/2008/25)
2009/55/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (BĊE/2008/25)
OJ L 21, 24.1.2009, p. 71–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 003 P. 175 - 178
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2013; Imħassar b' 32013D0018(01)
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/71 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-12 ta’ Diċembru 2008
li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas
(BĊE/2008/25)
(2009/55/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 28.5,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall-aġġustament tal-ippeżar assenjat lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn issa ’l quddiem ’l-ippeżar tal-iskema kapitali’ u l-’iskema kapitali’ rispettivament). Dan l-aġġustament jeħtieġ li l-Kunsill Governattiv jiddetermina t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta’ ishma kapitali bejn il-BĊNi li huma membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) fil-31 ta’ Diċembru 2008 sabiex ikun żgurat li t-tqassim ta’ dawn l-ishma jikkorrespondi mal-aġġustamenti magħmulin. Għaldaqstant, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE hija meħtieġa biex tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2006/23 tal-15 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi t-termini l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (2) b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009. |
(2) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2008/24 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (3) tiddetermina kif u safejn il-BĊNi tal-Istati Membri li adottaw l-ewro (minn issa ’l quddiem il-’BĊNi parteċipanti’) huma obbligati jħallsu l-kapital tal-BĊE minħabba l-iskema kapitali aġġustata. Id-Deċiżjoni BĊE/2008/28 tal-15 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (4) tiddetermina l-persentaġġ li l-BĊNi tal-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-ewro fl-1 ta’ Jannar 2009 (minn issa ’l quddiem il-’BĊNi mhux parteċipanti’) huma obbligati jħallsu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, minħabba l-iskema kapitali aġġustata. |
(3) |
Il-BĊNi parteċipanti, bl-eċċezzjoni tan-Národná banka Slovenska, diġa' ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif meħtieġ skond id-Deċiżjoni BĊE/2006/22 tal-15 ta’ Diċembru 2006, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (5). Minħabba f’hekk, l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/24 igħid li BĊN parteċipanti għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, kif jixraq, sabiex wieħed jasal għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/24. |
(4) |
Barra minn dan, l-Artikoli 2(1) u 2(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33 tal-31 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment tal-assi ta’ riżerva barranin u l-kontribuzzjonijiet tan-Národná banka Slovenska lir-riżervi u l-provvisti (6) tal-Bank Ċentrali Ewropew jistabbilixxu li n-Národná banka Slovenska, li se jkun BĊN parteċipanti mill-1 ta’ Jannar 2009, huwa obbligat biex iħallas il-kumplament tas-sehem tas-sottoskrizzjoni tiegħu fil-kapital tal-BĊE sabiex jasal għall-ammont muri ħdejn ismu fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/24, wara li titqies l-iskema kapitali aġġustata. |
(5) |
Bl-istess mod, il-BĊNi mhux parteċipanti diġa' ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif meħtieġ skond id-Deċiżjoni BĊE/2006/26 tat-18 ta’ Diċembru 2006, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (7). Minħabba dan, l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/28 igħid li kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, kif jixraq, sabiex jaslu għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/28. |
(6) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2003/20 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (8) kienet abrogata b’mod sieket bid-Deċiżjoni BĊE/2004/7 tat-22 t’April 2004 li tistabbilixxi t-termini l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (9). Għall-finijiet ta’ ċarezza, id-Deċiżjoni BĊE/2003/20 għandha tiġi abrogata b’mod ċar b’effett retroattiv. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Trasferiment ta’ ishma kapitali
Minħabba s-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN ikun issottoskritta fil-31 ta’ Diċembru 2008, u s-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull wieħed minn dawn il-BĊNi se jissottoskrivi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, bħala konsegwenza tal-aġġustament tal-ippeżar tal-iskema kapitali stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/23, dawn il-BĊNi għandhom jittrasferixxu ishma kapitali bejniethom permezz ta’ trasferimenti lil u mill-BĊE biex jiżguraw li d-distribuzzjoni tal-ishma kapitali b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, tikkorrispondi mal-ippeżar aġġustat. Għal dan il-għan, kull BĊN għandu, bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu u mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar formalita' jew xi att, jew jittrasferixxi jew jirċievi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, is-sehem fil-kapital sottoskritt tal-BĊE muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal sehem kapitali li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil-BĊN u “–” għal sehem kapitali li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE.
Artikolu 2
Aġġustament tal-kapital imħallas
1. Minħabba l-ammont ta’ kapital tal-BĊE li kull BĊN ħallas, u l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN għandu jħallas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/24 għall-BĊNi parteċipanti u l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/28 għall-BĊNi mhux parteċipanti rispettivament, fl-ewwel ġurnata operattiva tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (“TARGET2”) wara l-1 ta’ Jannar 2009, kull BĊN għandu jew jittrasferrixxi jew jirċievi l-ammont nett muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “–” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil dak il-BĊN.
2. Fl-ewwel ġurnata operattiva tat-TARGET2 wara l-1 ta’ Jannar 2009, il-BĊE u l-BĊNi li huma obbligati jittrasferixxu ammont taħt paragrafu 1 għandom kull wieħed minnhom separatament jittrasferixxu kull interess fuq l-ammonti dovuti rispettivi li jakkumulaw fuq il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009, sad-data tat-trasferiment. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li fuqhom l-imgħax jakkumula.
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. It-trasferimenti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom iseħħu permezz tat-TARGET2.
2. Meta xi BĊN m’għandux aċċess għat-TARGET2, l-ammonti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom ikunu ttrasferiti billi jiġi kkreditat il-kont li l-BĊE jew il-BĊN għandhom jinnominaw fi żmien xieraq.
3. Kull imgħax li jakkumula skond l-Artikolu 2(2) għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta’ kalkulazzjoni attwali bil-metodu matul-360-jum, b’rata ugwali għar-rata ta’ l-imgħax marġinali użata mis-SEBĊ fl-operazzjoni ta’ finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.
4. Il-BĊE u l-BĊNi li għandhom l-obbligu li jagħmlu trasferiment skond l-Artikolu 2 għandhom, sadanittant, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa biex iwettqu dan it-trasferiment fil-ħin kif meħtieġ.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet finali
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.
2. Din id-Deċiżjoni BĊE/2006/23 hija hawnhekk abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.
3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2006/23 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi magħmulin għal din id-Deċiżjoni.
4. Id-Deċiżjoni BĊE/2003/20 hija hawnhekk abrogata b’effett mit-23 ta’April 2004.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 12 ta’ Diċembru 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) Ara paġna 66 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Ara paġna 69 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) Ara paġna 81 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(6) Ara paġna 75 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(7) ĠU L 24, 31.1.2007, p. 15.
ANNESS I
KAPITAL IMĦALLAS TAL-BĊNI
|
Sehem imħallas fil-31 ta’ Diċembru 2008 (EUR) |
Sehem imħallas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 (EUR) |
Sehem biex jiġi ttrasferit (EUR) |
BĊN parteċipanti |
|||
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
142 334 199,56 |
139 730 384,68 |
–2 603 814,88 |
Deutsche Bundesbank |
1 182 149 240,19 |
1 090 912 027,43 |
–91 237 212,76 |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
51 183 396,60 |
63 983 566,24 |
+12 800 169,64 |
Bank of Greece |
104 659 532,85 |
113 191 059,06 |
+8 531 526,21 |
Banco de España |
434 917 735,09 |
478 364 575,51 |
+43 446 840,42 |
Banque de France |
828 813 864,42 |
819 233 899,48 |
–9 579 964,94 |
Banca d’Italia |
721 792 464,09 |
719 885 688,14 |
–1 906 775,95 |
Central Bank of Cyprus |
7 195 054,85 |
7 886 333,14 |
+ 691 278,29 |
Banque Centrale du Lussemburgu |
9 073 027,53 |
10 063 859,75 |
+ 990 832,22 |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
3 583 125,79 |
3 640 732,32 |
+57 606,53 |
De Nederlandsche Bank |
224 302 522,60 |
229 746 339,12 |
+5 443 816,52 |
Oesterreichische Nationalbank |
116 128 991,78 |
111 854 587,70 |
–4 274 404,08 |
Banco de Portugal |
98 720 300,22 |
100 834 459,65 |
+2 114 159,43 |
Banka Slovenije |
18 399 523,77 |
18 941 025,10 |
+ 541 501,33 |
Národná banka Slovenska |
38 970 813,50 |
39 944 363,76 |
+ 973 550,26 |
Suomen Pankki |
71 708 601,11 |
72 232 820,48 |
+ 524 219,37 |
BĊN mhux parteċipanti |
|||
Българска народна банка |
50 883 842,67 |
50 037 026,77 |
– 846 815,90 |
Česká národní banka |
79 957 855,35 |
83 368 161,57 |
+3 410 306,22 |
Danmarks Nationalbank |
87 204 756,07 |
85 459 278,39 |
–1 745 477,68 |
Eesti Pank |
9 810 391,04 |
10 311 567,80 |
+ 501 176,76 |
Latvijas Banka |
16 204 715,21 |
16 342 970,87 |
+ 138 255,66 |
Lietuvos bankas |
24 068 005,74 |
24 517 336,63 |
+ 449 330,89 |
Magyar Nemzeti Bank |
75 700 733,22 |
79 819 599,69 |
+4 118 866,47 |
Narodowy Bank Polski |
280 820 283,32 |
282 006 977,72 |
+1 186 694,40 |
Banca Națională a României |
145 099 312,72 |
141 971 278,46 |
–3 128 034,26 |
Sveriges Riksbank |
134 298 089,46 |
130 087 052,56 |
–4 211 036,90 |
Bank of England |
802 672 023,82 |
836 285 430,59 |
+33 613 406,77 |
Total (1): |
5 760 652 402,58 |
5 760 652 402,58 |
0 |
(1) Minħabba t-tqarrib, it-totali jistgħu ma jikkorrispondux mas-somma tal-figuri kollha murijin.
ANNESS II
KAPITAL IMĦALLAS TAL-BĊNi
|
Sehem imħallas fil-31 ta’ Diċembru 2008 (EUR) |
Sehem imħallas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 (EUR) |
Ammont ta’ ħlas ta’ trasferiment (EUR) |
BĊN parteċipanti |
|||
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
142 334 199,56 |
139 730 384,68 |
–2 603 814,88 |
Deutsche Bundesbank |
1 182 149 240,19 |
1 090 912 027,43 |
–91 237 212,76 |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
51 183 396,60 |
63 983 566,24 |
+12 800 169,64 |
Bank of Greece |
104 659 532,85 |
113 191 059,06 |
+8 531 526,21 |
Banco de España |
434 917 735,09 |
478 364 575,51 |
+43 446 840,42 |
Banque de France |
828 813 864,42 |
819 233 899,48 |
–9 579 964,94 |
Banca d’Italia |
721 792 464,09 |
719 885 688,14 |
–1 906 775,95 |
Central Bank of Cyprus |
7 195 054,85 |
7 886 333,14 |
+ 691 278,29 |
Banque centrale du Lussemburgu |
9 073 027,53 |
10 063 859,75 |
+ 990 832,22 |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
3 583 125,79 |
3 640 732,32 |
+57 606,53 |
De Nederlandsche Bank |
224 302 522,60 |
229 746 339,12 |
+5 443 816,52 |
Oesterreichische Nationalbank |
116 128 991,78 |
111 854 587,70 |
–4 274 404,08 |
Banco de Portugal |
98 720 300,22 |
100 834 459,65 |
+2 114 159,43 |
Banka Slovenije |
18 399 523,77 |
18 941 025,10 |
+ 541 501,33 |
Národná banka Slovenska |
2 727 956,95 |
39 944 363,76 |
+37 216 406,81 |
Suomen Pankki |
71 708 601,11 |
72 232 820,48 |
+ 524 219,37 |
BĊN mhux parteċipanti |
|||
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
3 561 868,99 |
3 502 591,87 |
–59 277,12 |
Česká národní banka |
5 597 049,87 |
5 835 771,31 |
+ 238 721,44 |
Danmarks Nationalbank |
6 104 332,92 |
5 982 149,49 |
– 122 183,43 |
Eesti Pank |
686 727,37 |
721 809,75 |
+35 082,38 |
Latvijas Banka |
1 134 330,06 |
1 144 007,96 |
+9 677,90 |
Lietuvos bankas |
1 684 760,40 |
1 716 213,56 |
+31 453,16 |
Magyar Nemzeti Bank |
5 299 051,33 |
5 587 371,98 |
+ 288 320,65 |
Narodowy Bank Polski |
19 657 419,83 |
19 740 488,44 |
+83 068,61 |
Banca Națională a României |
10 156 951,89 |
9 937 989,49 |
– 218 962,40 |
Sveriges Riksbank |
9 400 866,26 |
9 106 093,68 |
– 294 772,58 |
Bank of England |
56 187 041,67 |
58 539 980,14 |
+2 352 938,47 |
Total (1): |
4 137 159 937,99 |
4 142 260 189,23 |
+5 100 251,24 |
(1) Minħabba t-tqarrib, it-totali jistgħu ma jikkorrespondux mas-somma tal-figuri kollha murijin.