EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0021(01)

Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Diċembru, 2003 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew u għal-aġġustament tal-klejms tal-Banek Ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva trasferiti (BĊE/2003/21)

OJ L 9, 15.1.2004, p. 36–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 10 Volume 003 P. 335 - 337
Special edition in Estonian: Chapter 10 Volume 003 P. 335 - 337
Special edition in Latvian: Chapter 10 Volume 003 P. 335 - 337
Special edition in Lithuanian: Chapter 10 Volume 003 P. 335 - 337
Special edition in Hungarian Chapter 10 Volume 003 P. 335 - 337
Special edition in Maltese: Chapter 10 Volume 003 P. 335 - 337
Special edition in Polish: Chapter 10 Volume 003 P. 335 - 337
Special edition in Slovak: Chapter 10 Volume 003 P. 335 - 337
Special edition in Slovene: Chapter 10 Volume 003 P. 335 - 337

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006D0024(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/47(1)/oj

32003D0021(01)



Official Journal L 009 , 15/01/2004 P. 0036 - 0038


Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew

tat-18 ta' Diċembru 2003

li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew u għal-aġġustament tal-klejms tal-Banek Ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva trasferiti

(BĊE/2003/21)

(2004/47/KE)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 30,

Billi:

(1) L-aġġustament ta' l-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn issa 'l quddiem "l-iskema kapitali") jirriżulta f'aġġustamenti għall-proporzjonijiet assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri li addottaw l-ewro (minn issa 'l quddiem "il-BĊNi parteċipanti") fl-iskema kapitali tal-BĊE (minn issa 'l quddiem "il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali") kif stabbilit fid-Deċiżjoni BĊE/2003/17 tat-18 ta' Diċembru, 2003, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew [1]. L-aġġustament għall-proporzjonijiet fl-iskema kapitali u t-tibdil li jirriżulta fl-ishma tal-BĊNi parteċipanti fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, jagħmlu l-aġġustament tal-klejms li l-BĊE ikkredita lill-BĊNi parteċipanti skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut, u li huma ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet ta' l-assi barranin ta' riżerva tal-BĊNi parteċipanti lill-BĊE, (minn issa 'l quddiem il-"klejms") meħtieġa.

(2) Dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem perċentwali tagħhom fl-iskema kapitali aġġustata jiżdied minħabba l-aġġustament, għandhom minħabba f'hekk iwettqu trasferiment ta' kumpens lill-BĊE, filwaqt li l-BĊE għandu jwettaq trasferiment ta' kumpens lil dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem perċentwali tagħhom fl-iskema kapitali aġġustata jiċkien.

(3) Skond il-prinċipji ġenerali tas-sens ġust, it-trattament ugwali u l-protezzjoni ta' l-aspettazzjonijiet leġittimi li huma l-bażi ta' l-Istatut, dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem relattiv tagħhom fil-valur akkumulat ta' l-ekwita' tal-BĊE jiżdied minħabba l-aġġustamenti hawn fuq imsemmija, għandhom ukoll iwettqu trasferiment ta' kumpens lil dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem relattiv tagħhom jiċkien.

(4) Il-proporzjonijiet rispettivi ta' kull BĊN parteċipanti fl-iskema kapitali sal-31 ta' Diċembru, 2003, u mill-1 ta' Jannar, 2004, għandhom jiġu rrappreżentati bħala persentaġġ tal-kapital totali tal-BĊE kif sottoskritt għalih mill-BĊNi parteċipanti kollha, għall-iskop biex jiġi kkalkulat l-aġġustament tal-valur tas-sehem ta' kull BĊN parteċipanti fil-valur akkumulat ta' l-ekwita' tal-BĊE,

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni:

(a) Il-"valur akkumulat ta' l-ekwita" għandha tfisser it-total tar-riżervi tal-BĊE, il-kontijiet ta' rivalutazzjoni u l-provvisti ekwivalenti għar-riżervi kif imsemmi fil-kontijiet annwali tal-BĊE u approvati mill-Kunsill Regolatorju għas-sena finanzjarja 2003. Ir-riżervi tal-BĊE u dawk il-provvisti ekwivalenti għar-riżervi għandhom jinkludu, mingħajr preġudizzju għall-ġeneralita' tal-"valur akkumulat ta' l-ekwita", il-fond ta' riżerva ġenerali, u l-provvisti ekwivalenti għar-riżervi għal telf ta' valutazzjoni fir-rigward tar-rati tal-kambju u l-prezzijiet tas-suq.

(b) Id-"data tat-trasferiment" għandha tfisser it-tieni ġurnata ta' negozju wara l-approvazzjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-kontijiet annwali tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2003.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE

1. Dan l-Artikolu għandu japplika biss jekk il-valur akkumulat ta' l-ekwita' huwa akbar minn zero.

2. Jekk is-sehem ta' xi BĊN parteċipanti fil-valur akkumulat ta' l-ekwita' jiżdied minħabba t-tkabbir fil-proporzjon tiegħu fl-iskema kapitali mill-1 ta' Jannar, 2004, dak il-BĊN fid-data tat-trasferiment għandu jittrasferixxi lill-BĊE l-ammont iddeterminat skond il-paragrafu 4.

3. Jekk is-sehem ta' xi BĊN parteċipanti fil-valur akkumulat ta' l-ekwita' jiċkien minħabba t-tnaqqis fil-proporzjon tiegħu fl-iskema kapitali mill-1 ta' Jannar, 2004, dak il-BĊN fid-data tat- trasferiment għandu jirċievi mill-BĊE l-ammont iddeterminat skond il-paragrafu 4.

4. Il-BĊE għandu sadanittant, jikkalkula u jikkonferma lil kull BĊN parteċipanti, jew l-ammont li għandu jiġi ttrasferit minn dak il-BĊN lill-BĊE fejn il-paragrafu 2 japplika, jew l-ammont li dak il-BĊN għandu jirċievi mill-BĊE fejn il-paragrafu 3 japplika. Salv għal xi aġġustament li jkun meħtieġ, kull ammont li għandu jiġi ttrasferit jew irċevut għandu jiġi kkalkulat bil-multiplikazzjoni tal-valur akkumulat ta' l-ekwita' bid-differenza assoluta bejn il-proporzjon ta' kull BĊN parteċipanti fl-iskema kapitali fil-31 ta' Diċembru, 2003, u l-proporzjon tiegħu fl-iskema kapitali mill-1 ta' Jannar, 2004, u bid-diviżjoni tar-riżultat b'100.

5. Kull ammont deskritt fil-paragrafu 4 għandu jkun dovut fl-ewro fil-1 ta' Jannar, 2004, imma għandu jiġi ttrasferit effettivament fid-data tat-trasferiment.

6. Fid-data tat-trasferiment, kull BĊN parteċipanti jew il-BĊE li jkollu jittrasferixxi xi ammont skond il-paragrafu 2 jew il-paragrafu 3, għandu wkoll jittrasferixxi separatament kull imgħax li jiddekorri matul il-perjodu ta' mill-1 ta' Jannar, 2004, sad-data tat-trasferiment, dwar kull ammont dovut rispettiv minn dak il-BĊN parteċipanti u mill-BĊE. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandu jkun l-istess min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li dwarhom l-imgħax jiddekorri.

Artikolu 3

Aġġustament tal-klejms li huma ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti

1. Il-klejms tal-BĊNi parteċipanti għandhom jiġu aġġustati fl-1 ta' Jannar, 2004, skond il-proporzjonijiet tagħhom fl-iskema kapitali aġġustata. Il-valur tal-klejms tal-BĊNi parteċipanti mill-1 ta' Jannar, 2004, huwa stabbilit fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

2. Kull BĊN parteċipanti, bis-saħħa ta' din id-dispożizzjoni u mingħajr il-ħtieġa ta' aktar formalita' jew atti, għandu jitqies li jkun jew ittrasferixxa jew irċieva fl-1 ta' Jannar, 2004, il-valur assolut tal-klejm (f'ewro) imniżżel ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni, fejn is-sinjal "-" għandu jirreferi għal klejm li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE, u s-sinjal "+" għal klejm li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN.

3. Fit-2 ta' Jannar, 2004, kull BĊN parteċipanti għandu jew jittrasferixxi jew jirċievi l-valur assolut ta' l-ammont (f'ewro) imniżżel ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni, fejn is-sinjal "+" għandu jirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE, u s-sinjal "-" għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN.

4. Fit-2 ta' Jannar, 2004, il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti li huma obbligati li jittrasferixxu xi ammonti skond il-paragrafu 3, għandhom ukoll jittrasferixxu separatament kull imgħax akkumulat matul il-perjodu ta' mill-1 ta' Jannar, 2004, sat-2 ta' Jannar, 2004, dwar l-ammonti dovuti rispettivi mill-BĊE u minn dawk il-BĊNi. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandu jkunu l-istess min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li dwarhom l-imgħax jiddekorri.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. L-imgħax li jiddekorri skond il-paragrafu 6 ta' l-Artikolu 2 u skond il-paragrafu 4 ta' l-Artikolu 3 għandu jiġi kkalkukat ġurnata b'ġurnata, permezz tal-metodu tal-kalkulazzjoni ta' 360-jum attwali, b'rata ekwivalenti għar-rata ta' imgħax marġinali wżata mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fl-operazzjoni prinċipali ta' rifinanzjament l-aktar riċenti tagħha.

2. Kull trasferiment skond il-paragrafi 2, 3 u 6 ta' l-Artikolu 2 u skond il-paragrafi 3 u 4 ta' l-Artikolu 3 għandu jseħħ separatament permezz tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET).

3. Il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti li huma obbligati li jagħmlu xi wieħed mit-trasferimenti msemmija fil-paragrafu 2, għandhom sadanittant, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa biex jeżegwixxu dawn it-trasferimenti fil-ħin u kif għandu jkun.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet Finali

1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru, 2003.

2. Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-18 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

Jean-Claude Trichet

[1] ĠU L 9, ta' l-15.1.2004, p. 27.

--------------------------------------------------

ANNESS

KLEJMS LI HUMA EKWIVALENTI GĦALL-ASSI BARRANIN TA' RIŻERVA TTRASFERITI LILL-BĊE

BĊN parteċipanti | Klejm ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti lill-BĊE, fil-31 ta' Diċembru, 2003 (EUR) | Klejm ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti lill-BĊE, mill-1 ta' Jannar, 2004 (EUR) | Ammont ta' ħlas ittrasferit (EUR) |

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique | 1432900000 | 1414850000 | − 18050000 |

Deutsche Bundesbank | 12246750000 | 11702000000 | − 544750000 |

Bank of Greece | 1028200000 | 1080700000 | + 52500000 |

Banco de España | 4446750000 | 4390050000 | − 56700000 |

Banque de France | 8416850000 | 8258750000 | − 158100000 |

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland | 424800000 | 512700000 | + 87900000 |

Banca d'Italia | 7447500000 | 7286300000 | − 161200000 |

Banque centrale du Luxembourg | 74600000 | 85400000 | + 10800000 |

De Nederlandsche Bank | 2139000000 | 2216150000 | + 77150000 |

Österreichische Nationalbank | 1179700000 | 1150950000 | − 28750000 |

Banco de Portugal | 961600000 | 1006450000 | + 44850000 |

Suomen Pankki | 698500000 | 714900000 | + 16400000 |

Total: | 40497150000 | 39819200000 | − 677950000 |

--------------------------------------------------

Top