EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0004
Regulation (EC) No 4/2007 of the European Central Bank of 14 December 2006 amending Regulation (EC) No 2423/2001 (ECB/2001/13) concerning the consolidated balance sheet of the monetary financial institutions sector (ECB/2006/20)
Regolament (KE) Nru 4/2007 tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ l- 14 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament BĊE/2001/13 dwar il-karta tal-bilanċ kkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2006/20)
Regolament (KE) Nru 4/2007 tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ l- 14 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament BĊE/2001/13 dwar il-karta tal-bilanċ kkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2006/20)
OJ L 56M, 29.2.2008, p. 1–3
(MT)
OJ L 2, 5.1.2007, p. 3–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R0025
29.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
REGOLAMENT (KE) Nru 4/2007 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006
li jemenda r-Regolament BĊE/2001/13 dwar il-karta tal-bilanċ kkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji
(BĊE/2006/20)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ l-informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament BĊE/2001/13 tat-22 ta’ Novembru 2001, dwar il-karta tal-bilanċ kkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (2) teħtieġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji biex jirrappurtaw data statistika trimestrali kklassifikata skond il-pajjiż u l-valuta. Ir-Regolament BĊE/2001/13 għandu jiġi emendat biex jestendi l-obbligi ta' rappurtar għal data fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija li se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007. |
(2) |
Skond ir-Regolament BĊE/2001/13, ir-rappurtar ta’ data trimestrali dwar pożizzjonijiet fil-konfront ta’ kontropartijiet residenti fit-territorji ta’ l-Istati Membri li adottaw l-euro huwa mandatorju. Għalhekk ir-Regolament BĊE/2001/13 għandu jiġi emendat biex jikkunsidra l-adozzjoni tas-Slovenja ta’ l-euro, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament BĊE/2001/13 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2, il-kliem “bis-simbolu ‘#’” huma sostitwiti bil-kliem “bis-simbolu ‘#’ jew ‘*’”. |
2. |
L-Annessi I u V huma emendati skond l-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 14 ta’ Diċembru 2006.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) ĠU L 333, 17.12.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament BĊE/2004/21 (ĠU L 371, 18.12.2004, p. 42).
ANNESS
L-Annessi I u V mar-Regolament BĊE/2001/13 qed jiġu emendati kif ġej:
1. |
L-Anness I qed jiġi emendat kif ġej:
|
2. |
L-Anness V qed jiġi emendat kif ġej:
|