EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014AB0010
Opinion of the European Central Bank of 5 February 2014 on a proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on interchange fees for card-based payment transactions (CON/2014/10)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Frar 2014 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard (CON/2014/10)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Frar 2014 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard (CON/2014/10)
OJ C 193, 24.6.2014, p. 2–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193/2 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-5 ta’ Frar 2014
dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard
(CON/2014/10)
2014/C 193/02
Introduzzjoni u bażi legali
Fil-31 ta’ Ġunju 2013, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard (1) (minn hawn ’il quddiem ir-‘regolament propost’).
Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi d-direttiva proposta fiha dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) li tippromwovi l-operat bla xkiel ta’ sistemi ta' pagament u li tikkontribwixxi għat-tmexxija bla xkiel ta’ politika fir-rigward tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fir-raba' inċiż tal-Artikolu 127(2), u Artikolu 127(5) tat-Trattat. B’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet ġenerali
1. |
Ir-regolament propost jistabbilixxi rekwiżiti uniformi tekniċi u tan-negozju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard imwettqin fl-Unjoni Ewropea, fejn il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament kemm tal-pagatur kif ukoll ta’ min jitħallas huma stabbiliti fl-Unjoni. Ir-regolament propost għandu żewġ partijiet. L-ewwel parti tistabbilixxi limitu fuq it-tariffi tal-interkambju (2) għal tranżazzjonijiet b’kard ta’ debitu tal-konsumatur ta’ mhux aktar minn 0,20 % tal-valur tat-tranżazzjoni, u limitu għal tranżazzjonijiet b’kard ta’ kreditu tal-konsumatur ta’ mhux aktar minn 0,30 % tal-valur tat-tranżazzjoni, li ser japplika għal tranżazzjonijiet domestiċi jew transkonfinali (3) wara perijodi tranżitorji differenti (4). Tranżazzjonijiet b’kards kummerċjali, kards maħruġin minn skemi ta’ kard bi tliet partijiet, kif ukoll ġbid ta’ kontanti minn magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus huma eżentati mir-rekwiżiti tal-ewwel parti tar-regolament propost. |
2. |
It-tieni parti tar-regolament propost tistabbilixxi regoli tan-negozju u rekwiżiti tekniċi oħrajn li ser japplikaw għall-kategoriji kollha ta’ tranżazzjonjiet tal-pagament ibbażati fuq kard. L-aktar importanti huma s-separazzjoni tal-iskemi tal-kard tal-pagament u l-entitajiet ta’ pproċessar (5), bidliet fl-applikazzjoni tar-‘Regola Onora l-Kards Kollha’ (6) u l-projbizzjoni ta’ regoli li jxekklu jew ma jippermettux co-badging (7). Hemm ukoll regola ġdida li teħtieġ li liċenzji kkonsenjati permezz ta’ skemi ta’ pagament bil-kard għall-finijiet ta’ ħruġ jew ta’ akkwist ikopru t-territorju kollu tal-Unjoni, kif ukoll regoli biex tiżdied it-trasparenza fir-rigward ta’ imposti għal negozjanti (‘unblending’), u li jipprojbixxu ‘miżuri no-steering’ fil-ftehim tal-għoti tal-liċenzja (8). Hemm ukoll regoli ġodda li jtejbu t-trasparenza tal-istrutturi tat-tariffi, bħall-projbizzjoni ta’ kwalunkwe regola li tipprojbixxi lill-merkanti milli jiddivulgaw lill-klijenti tagħhom it-tariffi li jħallsu lill-akkwirenti, u rekwiżit għall-fornituri ta’ servizz ta’ pagament għall-akkwist li jipprovdu, bħala minimu, rendikonti ta’ kull xahar tat-tariffi li jiċċarġjaw lil merkanti, li jispeċifikaw it-tariffi imħallsin minn merkanti ta’ kull xahar għal kull kategorija ta’ kard u għal kull marka individwali li għalihom l-akkwirent jipprovdi servizzi ta’ akkwist. |
3. |
Il-BĊE jilqa’ l-fatt illi r-regolament propost jistabbilixxi regoli komuni mal-Unjoni kollha dwar it-tariffi tal-interkambju u ukoll regoli tan-negozju u rekwiżiti tekniċi uniformi għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard. Il-proposti huma ġeneralment konformi mal-pożizzjonijiet eżistenti tal-Eurosistema. Kards ta’ pagament huma l-aktar strumenti ta’ pagament elettroniċi użati għal xiri bl-imnut u għalhekk jirrappreżentaw sehem kbir tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament fl-Unjoni. Minkejja dan, madankollu, it-tariffi tal-interkambju huma attwalment fil-parti l-kbira mhux regolati u, b’hekk, differenti ħafna bejn l-Istati Membri. L-introduzzjoni ta’ regoli komuni għandha tikkontribwixxi biex jiġi kkompletat is-suq intern għall-pagamenti u biex jiġi appoġġat it-twaqqif ta’ Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA). Filwaqt illi r-regoli l-ġodda għandhom aspett qawwi relatat mal-kompetizzjoni, huma għandhom ukoll inaqqsu l-frammentazzjoni tas-suq u joħolqu kundizzjonijiet indaqs, li ser jagħmluha aktar faċli għal parteċipanti eżistenti li jikkompetu u għal fornituri ġodda li jidħlu fis-suq tal-pagamenti bil-kard, biex b’hekk iwasslu għal żieda fl-effiċjenza u ġeneralment użu akbar ta’ strumenti ta’ pagament elettroniku. |
Osservazzjonijiet speċifiċi
1. Termini ddefiniti
Id-definizzjonijiet for-regolament propost (9) ġew allinjati sa ċertu punt, iżda mhux kompletament, ma’ dawk tal-proposta għat-tieni Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas (minn hawn ‘il quddiem il-‘PSD2 proposta’) (10) u r-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Hemm benefiċċji li jkun hemm definizzjonijiet simili ta’ kunċetti li jidhru f’atti legali tal-Unjoni marbutin mill-qrib ma’ xulxin, biex jiġu evitati perċezzjonijiet ħżiena u jiġi ffaċilitat il-ftehim tal-qafas legali miċ-ċittadini. Għaldaqstant, il-BĊE iqis li d-definizzjonijiet ta’ numru ta’ termini ewlenin bħal ma huma “ordni ta’ pagament”, “fornitur ta’ servizz ta’ pagament” u “tranżazzjoni ta’ pagament” għandhom jiġu allinjati aktar ma’ dawk fil-PSD2 proposta. Barra minn dan, id-definizzjonijiet proposti ta’ “tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard” u ta’ “tranżazzjoni b’kard ta’ pagament” huma simili ħafna. Għalhekk il-BĊE jissuġġerixxi li jiġu amalgamati f’definizzjoni waħda. L-Anness ta’ din l-opinjoni jipprovdi numru ta’ kummenti tekniċi oħra dwar id-definizzjonijiet.
2. Dispożizzjonijiet oħrajn
2.1 |
Il-BĊE jilqa’ l-fatt li hemm żieda fil-kjarezza fir-rigward tat-tariffi tal-interkambju. Jekk, madankollu, il-limiti fuq it-tariffi tal-interkambju transkonfinali jiġu introdotti qabel il-limiti fuq tariffi tal-interkambju nazzjonali, l-akkwirenti ta’ kard nazzjonali żgħar jistgħu jitqegħdu fi żvantaġġ, għaliex ma jkunux jistgħu jikkompetu ma' akkwirenti barranin li jibbenefikaw mit-tariffi tal-interkambju transkonfinali aktar baxxi li jirriżultaw. Il-BĊE għalhekk jissuġġerixxi li dawn il-limiti jiddaħħlu b’mod simultanju. |
2.2 |
Il-BĊE jappoġġja l-proposta li l-għażla tal-marka f’każijiet ta’ aktar minn marka waħda fuq kard (co-branding) għandha ssir fil-punt tal-bejgħ (12). Fl-istess ħin, il-pagaturi jistgħu jkollhom inċentiv biex jagħżlu marki ta’ kards li jagħtuhom benefiċċji addizzjonali bħal ma huma programmi ta’premjijiet, li jistgħu konsegwentement iwasslu għal żieda fl-użu ta’ marki ta’ kards għaljin. F’dan ir-rigward, il-BĊE jissuġġerixxi li l-għażla ta’ marka speċifika għandha tiġi miftiehma b’mod konġunt mid-detentur tal-kard u l-merkant fil-punt tal-bejgħ. |
2.3 |
Filwaqt illi l-BĊE jilqa’ l-fatt illi hemm projbizzjoni fuq regoli li jisforzaw lill-merkanti biex jaċċettaw il-kards kollha ta’ marka speċifika, il-BĊE huwa mħasseb dwar id-deroga li tistipula illi l-merkanti għandhom ikunu obbligati jaċċettaw strumenti ta’ pagamnt tal-isteaa marka u/jew kategorija li huma suġġetti għall-istess tariffa tal-interkambju regolata (13). Id-deċiżjoni dwar jekk jiġux aċċettati kards, kif ukoll il-marki partikolari jew il-kards li jistgħu jiġu aċċettati taħt ċerta skema, għandha tkun deċiżjoni kummerċjali li tittieħed mill-merkant. |
2.4 |
Il-BĊE jissuġġerixxi wkoll li jiġi ċċarat illi skemi ta’ kards ta’ pagament m’għandhomx jiddiskriminaw kontra entitajiet ta’ pproċessar permezz tal-implimentazzjoni ta’ regoli tan-negozju li jirrestrinġu l-interoperabbiltà bejn entitajiet ta’ pproċessar. |
2.5 |
Barra minn dan, skemi ta’ kards ta’ pagament jistgħu jeħtieġu zmien addizzjonali biex jaddattaw għar-rekwiżiti l-ġodda. Għal dan il-għan, jista’ jiġi kkunsidrat perijodu tranżitorju għar-rekwiżit tas-separazzjoni (14). |
2.6 |
Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-BĊE jissuġġerixxi awtorità kompetenti unika li tkun responsabbli biex tiżgura konformità mar-regolament, iżda konxju illi dan jista’ jkun diffiċli fil-prattika minħabba strutturi nazzjonali differenti. |
Fejn il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jiġi emendat, għal dan il-għan qed jiġu stipulati fl-Anness proposti speċifiċi għall-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-5 ta’ Frar 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) COM(2013) 550 final/2.
(2) Ara l-Kapitoli II u II tar-regolament propost. It-tariffi tal-interkambju huma tariffi interbankarji li normalment japplikaw bejn il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament għall-akkwist ta’ kards u l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament għall-ħruġ ta’ kards li jappartjenu għal ċerta skema ta’ kards. Huma l-parti ewlenija tat-tariffi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għall-akkwist jiċċarġjaw lil merkanti għal kull tranżazzjoni bil-kard.
(3) Tranżazzjonijiet transkonfinali huma dawk meta l-konsumaturi jużaw il-kard tal-pagament fi Stat Membru ieħor, jew fejn bejjiegħ bl-imnut juża fornitur ta’ servizz ta’ pagament għall-akkwist fi Stat Membru ieħor.
(4) Il-limiti għal tranżazzjonjiet transkonfinaliser jidħlu fis-seħħ xahrejn wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament. Sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament, dawn il-limiti ser japplikaw ukoll għal tranżazzjonijiet domestiċi.
(5) L-iskemi ta’ kards tal-pagament u l-entitajiet li jipproċessaw pagamenti bbażati fuq kard għandhom ikunu indipendenti minn xulxin f’termini ta’ forma legali, organizzazzjoni u teħid ta’ deċiżjonijiet.
(6) Din ir-regola tappartjeni għal skemi tal-kards jew fornituri ta’ servizz ta’ pagament li jeħtieġu li n-negozjanti jaċċettaw il-kards kollha ta’ ċertu marka, li jfisser li n-negozjanti ma jistgħux jillimitaw l-aċċettazzjoni tagħhom għal ċertu tip ta’ kard biss. Artikolu 10 tar-reglament propost jippermetti lil negozjanti li jaċċettaw biss kategorija waħda ta’ kard ta’ marka partikolari billi jipprojbixxi lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament jew l-iskema tal-kards milli jeħtieġ li n-negozjanti jaċċettaw aktar kategoriji jew il-kategoriji kollha tal-istess marka. Barra minn dak, ir-regolament propost jintroduċi rekwiżit li jipprojbixxi lin-negozjanti milli jiddiskrimina bejn kards li huma suġġetti għall-istess tariffa tal-interkambju regolata, jiġifieri jekk negozjanti jaċċettaw marka waħda ta’ kard ta' debitu, huma għandhom jaċċettaw ukoll kards ta' debitu mill-marki l-oħra kollha.
(7) Fi kliem, ieħor, jitpoġġew żewġ marki jew aktar fuq strument ta’ pagament ibbażat fuq kard.
(8) In-negozjanti m’għandhomx jiġu pprojbiti mill-fornitur tagħhom tas-servizz ta’ pagament jew mill-iskema tal-kard milli jiggwidaw lill-konsumaturi lejn l-użu ta’ strument ta’ pagament ippreferut, jew milli jinformaw lill-konsumaturi dwar tariffi tal-interkambju jew imposti għas-servizzi tan-negozjanti.
(9) Ara l-Artikolu 2 tar-regolament propost.
(10) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (COM(2013) 547/3).
(11) Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).
(12) Ara l-Artikolu 8(5) tar-regolament propost.
(13) Artikolu 10(1) u premessa (29) tar-regolament propost.
(14) Ara l-Artikolu 7 tar-regolament propost.
ANNESS
Proposti għall-abbozzar
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
||||||||||||||||
Emenda 1 |
|||||||||||||||||
Premessi 15 sa 17 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni It-22 xahar proposti bejn l-introduzzjoni tal-limiti massimi fuq it-tariffi tal-interkambju transkonfinali u fuq it-tariffi tal-interkambju nazzjonali, jistgħu jpoġġu lil akkwirenti żgħar ta’ kard nazzjonali fi żvantaġġ peress ili ma jkunux jistgħu jikkompetu ma’ akkwirenti barranin li jibbenefikaw mit-tariffi tal-interkambju transkonfinali aktar baxxi. Għaldaqstant, data komuni għall-introduzzjoni tal-limiti massimi fuq it-tariffi tal-interkambju hija ppreferuta; madankollu l-BĊE jibqa’ newtru fuq il-perijodu ta’ żmien propost. |
|||||||||||||||||
Emenda 2 |
|||||||||||||||||
Premessa 24 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Huwa ssuġġerit li dan il-kliem jiżdied sabiex jiġi ċċarat il-kuntest. |
|||||||||||||||||
Emenda 3 |
|||||||||||||||||
Premessa 29 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Il-merkanti għandom ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet kummerċjali huma stess dwar liema kards, skemi, marki jew prodotti għandhom jaċċettaw. L-introduzzjoni tal-aċċettazzjoni obbligatorja ta’ kards li huma suġġetti għall-istess tariffa tal-interkambju regolata tidher li hija wiesgħa mingħajr bżonn. |
|||||||||||||||||
Emenda 4 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(1) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Dan l-artikolu jeħtieġ li jiġi emendat sabiex ikopri xi karatteristiċi addizzjonali tal-akkwist. Il-proposta għal-abbozzar hija allinjata mad-definizzjoni proposta mill-Eurosistema għal “l-akkwist ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament” fl-opinjoni tagħha dwar il-PSD2 proposta. |
|||||||||||||||||
Emenda 5 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(2) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Emendata biex tkopri xi karatteristiċi addizzjonali tal-ħruġ. Il-proposta għal-abbozzar hija allinjata mad-definizzjoni proposta mill-Eurosistema għal “ħruġ ta’ strumenti ta’ pagament” fl-opinjoni tagħha dwar il-PSD2 proposta. |
|||||||||||||||||
Emenda 6 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(4) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Ma tistax tiġi magħmula fatta illi kard ta’ debitu ser tiġi ddebitata fi żmien 48 siegħa. Is-separazzjoni bejn kards ta’ debitu u kards ta’ kreditu għandha għalhekk tkun marbuta mal-iddebitar immedjat tal-kont (kard ta' debitu) u l-iddebitar f'dati miftehma minn qabel (kard ta' kreditu). Barra minn dan, id-definizzjoni ta’ kard ta’ debitu għandha tkun differenti mid-definizzjoni ta’ kard ta’ kreditu (ara aktar isfel) fir-rigward tal-aspett tal-benefiċċji għal benefiċjarju, sabiex tipprovdi ragjonament mhux arbitrarju għad-differenza proposta fil-limiti massimi rispettivi tat-tariffi tal-interkambju. |
|||||||||||||||||
Emenda 7 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(5) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Ara l-ispjegazzjoni tal-Emenda 6. |
|||||||||||||||||
Emenda 8 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(7) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Id-definizzjoni proposta mill-Kummissjoni għal “tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard” hija kemmxejn usa’ mid-definizzjoni ta’ “tranżazzjoni b’kard ta’ pagament” billi tkopri wkoll tranżazzjonijiet magħmulin mingħajr kard fiżika. Filwaqt li jqis l-iżvilupp mgħaġġel fil-qasam tal-kards u ż-żieda fil-varjetà ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament bl-użu ta' infrastruttura ta' kards, il-BĊE jipproponi li ż-żewġ definizzjonijiet jingħaqdu. |
|||||||||||||||||
Emenda 9 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(8) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Qed jiġi propost illi l-kliem ta’ din i-definizzjoni jista’ jiġi ssimplifikat kif indikat fl-emenda aktar 'il fuq. |
|||||||||||||||||
Emenda 10 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(9) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Qed jiġi propost illi l-kliem ta’ din i-definizzjoni jista’ jiġi ssimplifikat billi ssir referenza għall-kunċetti ta’ emittent u akkwirent. |
|||||||||||||||||
Emenda 11 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(10) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Qed jiġi propost illi d-definizzjoni tat-tariffa għas-servizzi tan-negozjant ma tiġix ristretta għall-partiti elenkati. |
|||||||||||||||||
Emenda 12 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(13) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Emendat sabiex jinkorpora l-element ta’ bidu, ir-referenzi għall-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jitħassru billi mhumiex neċessarji. |
|||||||||||||||||
Emenda 13 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(14) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Qed jiġi propost li ma ssirx distinzjoni bejn skemi ta’ kards ta’ tliet partijiet dawk ta’ erba’ partijiet fuq il-bażi tal-forniment ta’ servizzi ta’ ħruġ u dawk ta’ akkwist. |
|||||||||||||||||
Emenda 14 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(15) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Ara l-ispjegazzjoni tal-Emenda 13. |
|||||||||||||||||
Emenda 15 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(16) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Din id-definizzjoni għandha tiġi allinjata mal-PSD2 proposta. |
|||||||||||||||||
Emenda 16 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(17) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Din id-definizzjoni għandha tiġi allinjata mal-proposta ta’ abbozzar għal ‘tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard’ fl-Emenda 8. |
|||||||||||||||||
Emenda 17 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(18) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Qed jiġi propost li l-element ta’ aċċess mill-bogħod jiġi inkorporat fid-definizzjoni ta' dan it-terminu. |
|||||||||||||||||
Emenda 18 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(19) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Ordnijiet ta’ pagament għal pagamenti bil-kard jistgħu jinbdew ukoll mill-benefiċjarju. Barra minn dan, l-emenda tallinja d-definizzjoni mal-PSD2 proposta. |
|||||||||||||||||
Emenda 19 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(20) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Id-definizzjoni hija simili ħafna għad-definizzjoni ta’ ‘tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard’. Iż-żewġ definizzjonijiet jistgħu jingħaqdu b’mod utli. |
|||||||||||||||||
Emenda 20 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(21) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Trid tiġi allinjata mal-PSD2 proposta. |
|||||||||||||||||
Emenda 21 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(23) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Trid tiġi allinjata mal-PSD2 proposta. |
|||||||||||||||||
Emenda 22 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(24) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Emendat sabiex jikkjarifika aktar x’jinvolvu s-servizzi ta’ pproċessar ta’ tranżazzjoni ta’ pagament. |
|||||||||||||||||
Emenda 23 |
|||||||||||||||||
Artikolu 2(25) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Emendat biex jemfasizza n-natura teknika, jiġifieri l-ipproċessar bl-IT tas-servizzi ta’ pagament li qed jingħataw. |
|||||||||||||||||
Emenda 24 |
|||||||||||||||||
Artikoli 3 u 4 |
|||||||||||||||||
‘Artikolu 3 It-tariffi tal-interkambju fuq tranżazzjonijiet transfruntiera b’kard ta’ debitu jew ta’ kreditu tal-konsumatur
Artikolu 4 It-tariffi tal-interkambju fuq it-tranżazzjonijiet kollha b’kard ta’ debitu jew ta’ kreditu tal-konsumatur
|
‘Artikolu 3 It-tariffi tal-interkambju fuq tranżazzjonijiet transfruntiera b’kard ta’ debitu jew ta’ kreditu tal-konsumatur
Artikolu 4 It-tariffi tal-interkambju fuq it-tranżazzjonijiet kollhab’kard ta’ debitu jew ta’ kreditu tal-konsumatur
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Ara l-ispjegazzjoni għal Emenda 1. |
|||||||||||||||||
Emenda 25 |
|||||||||||||||||
Artikolu 7(3) u Artikolu 7(5) u (6) (ġodda) (3) |
|||||||||||||||||
[…]’ |
[…]
|
||||||||||||||||
Qed tiġi ssuġġerita emenda għall-paragrafu 3 biex tiżdied il-kjarezza tal-kliem attwali, li, preżentement, jista’ jkun interpretat b’mod li ma jħallix spazju għall-ġestjoni tar-riskju tal-pajjiż fi stadji differenti tal-ipproċessar, jiġifieri fl-awtorizzazzjoni. Qed jiġi ssuġġerit paragrafu 5 ġdid biex jevita l-possibbiltà li skemi ta’ kards ta’ ħlas jiddiskriminaw kontra entitajiet ta’ pproċessar billi jimplimentaw regoli tan-negozju li jillimitaw indebitament l-interoperabilità bejn l-entitajiet ta’ pproċessar. Fl-aħħar, qed jiġi ssuġġerit paragrafu 6 ġdid. L-industrija tal-pagamenti tista’ teħtieġ xi żmien addizzjonali biex timplimenta s-separazzjoni tal-iskema u l-infrastruttura tal-ipproċessar. Huwa għalhekk issuġġerit illi dan l-artikolu m’għandux japplika sa sentejn wara li r-Regolament ikun daħal fis-seħħ. |
|||||||||||||||||
Emenda 26 |
|||||||||||||||||
Artikolu 8(3) u (5) |
|||||||||||||||||
[…]
|
[…]
|
||||||||||||||||
Għall–finijiet tas-sorveljanza, il-banek ċentrali jeħtieġu li l-iskemi ta’ kards jirrapportaw statistika dwar il-frodi bil-kards. Ikun ta’ piż sostanzjali jekk ir-rekwiżiti ta’ rapportar jiġu mmodifikati biex ikopru numru kbir ta’ fornituri. Għaldaqstant, bħala soluzzjoni għal dan, qed jiġi propost illi jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar li jipprovdu tagħrif li huwa attwalment meħtieġ mor-regolaturi, mill-awtoritajiet superviżorji jew mill-banek ċentrali. L-għażla ta’ marka speċifika għandha tinftiehem b’mod konġunt mid-detentur tal-kard (jiġifieri l-pagatur) u min-negozjant (il-benefiċjarju). Jekk l-għażla tkun biss tal-pagatur, hemm ir-riskju illi l-pagatur jagħżel marka għalja li, filwaqt illi tagħtih benefiċċji addizzjonali, twassal għal kostijiet ogħla għan-negozjant li, fl-aħħar mill-aħħar, jistgħu jwasslu għal prezzijiet ogħla għall-klijenti kollha tan-negozjant. |
|||||||||||||||||
Emenda 27 |
|||||||||||||||||
Artikolu 10(1) |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni Id-deċiżjoni dwar jekk jiġux aċċettati kards, kif ukoll il-marki partikolari jew il-kards li jistgħu jiġu aċċettati taħt ċerta skema, għandha tkun deċiżjoni kummerċjali li tittieħed min-negozjant. L-awtorizzazzjoni lil skemi u fornituri biex japplikaw regoli li jimponu fuq il-benefiċjarji l-aċċettazzjoni obbligatorja ta' kards li huma suġġetti għall-istess tariffa tal-interkambju regolata tidher usa' milli meħtieġ. L-emendi addizzjonali għandhom l-għan li jissimplifikaw ir-rekwiżiti stipulati f’dan il-paragrafu. Skont il-premessa 29, l-għan ta’ dan il-paragrafu huwa li jitneħħa l-element “Onora l-Prodotti Kollha” tar-regola “Onora l-Kards Kollha”. Il-kundizzjonijet fuq l-emittenti mhumiex neċessarji biex jintlaħaq dan l-objettiv. |
|||||||||||||||||
Emenda 28 |
|||||||||||||||||
Artikolu 10(5)(ġdid) |
|||||||||||||||||
L-ebda test |
|
||||||||||||||||
Spjegazzjoni In-negozjanti għandhom jitħallew ma jaċċettawx kards b’karatteristiċi tas-sigurtà aktar baxxi, eż kards mingħajr mikroċipp, billi pagament fejn intużaw kards bħal dawn ma jkunx iggarantit,li jesponihom għal riskju finanzjarju akbar. |
(1) It-tipa skura fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE jipproponi t-tħassir ta’ test.
(2) COM (2013) 547/3
(3) Wieħed għandu jinnota li r-referenzi f'din l-opinjoni jirrispekkjaw l-iskema ta’ numerazzjoni għall-paragrafi fil-COM (2013) finali 550/2.