EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AB0038

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew – tal- 21 ta’ April 2009 – dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu – (CON/2009/38)

OJ C 115, 20.5.2009, p. 1–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 115/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-21 ta’ April 2009

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu

(CON/2009/38)

2009/C 115/01

Introduzzjoni u bażi legali

1.

Fis-17 ta’ Diċembru 2008, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni fuq proposta għal regolament dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (1) (minn issa l’ quddiem “ir-regolament propost”) (2).

2.

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 105(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Skond l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

3.

Il-BĊE jilqa’ l-oġġettivi tar-regolament propost (3) u jilqa’ l-ftehim milħuq riċentement fil-laqgħa tal-G20 tal-ministri tal-finanzi u tal-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-14 ta’ Marzu 2009 (4) bħala parti mill-inizjattivi kkoordinati internazzjonalment biex isaħħu l-qafas regolatorju għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Il-BĊE huwa tal-fehma li l-inizjattivi regolatorji dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkollhom dawn l-oġġettivi (5). L-ewwel, il-livell ta’ trasparenza għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet u l-monitoraġġ kontinwu tagħhom għandu jittejjeb biex ikun hemm paragun aħjar tal-valutazzjonijiet tal-klassifikazzjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u biex tiġi promossa iktar il-kompetizzjoni fl-industrija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. It-tieni, il-proċess tal-klassifikazzjoni għandu jissodisfa standards adegwati ta’ kwalità u integrità. B’mod partikolari, minn perspettiva ta’ stabbiltà finanzjarja, huwa importanti ħafna għall-proċess tal-klassifikazzjoni li ma jkunx hemm volatilità eċċessiva tal-klassifikazzjoni li tista’ tirriżulta fi prezzijiet ġodda għall-oġġetti u titnaqqas il-fiduċja fis-suq. It-tielet, l-integrità u l-indipendenza tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiġu ssalvagwardati billi jiġi żgurat li l-kunflitti ta’ interess jew jiġu evitati jew jiġu indirizzati kif jixraq f’qafas regolatorju trasparenti.

L-ambitu tar-regolament propost

4.

Ir-regolament propost huwa mistenni li japplika għall-“klassifikazzjonijiet tal-kreditu li huma mmirati għall-użu ta’ skopijiet regolatorji jew oħrajn” minn istituzzjonijiet tal-kreditu (istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment; impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, tal-assigurazzjoni u ta-riassikurazzjoni; impriżi ta’ investiment kollettiv fit-titoli trasferibbli (UCITS) u istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar bl-akkomodazzjoni) u huma żvelati pubblikament jew distribwiti bl-abbonament (6). Barra minn dan, dawn l-istituzzjonijiet regolati ser jiġu permessi jużaw biss, għal skopijiet regolatorji, klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jinħarġu mill-aġenziji ta’ kreditu stabbiliti fl-UE u rreġistrati skont ir-regolament propost (7).

Filwaqt li l-BĊE jappoġġa l-ambitu wiesa’ tar-regolament propost, għandu dawn l-osservazzjonijiet li ġejjin.

L-ewwel nett, il-kliem “għall-użu ta’ skopijiet regolatorji” jindika preferenza għal ambitu wiesa’, imma kemm il-memorandum ta’ spjegazzjoni li jakkumpanja r-regolament propost kif ukoll l-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni iħeġġu approċċ idjaq fejn ir-regolament propost ikopri biss klassifikazzjonijiet tal-kreditu użati għall-skopijiet regolatorji (8). Il-Kummissjoni ssostni li l-approċċ propost huwa “proporzjonat” billi “[m]hux immirat lejn l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kollha iżda dawk biss li l-klassifikazzjonijiet tagħhom jintużaw għal skopijiet regolatorji minn istituzzjonijiet finanzjarji, jiġifieri dawk b’impatt potenzjali għoli fuq is-sistema finanzjarja” (9). Madankollu, ir-regolament propost jalterna bejn, minn naħa, l-oġġettiv li jintroduċi “metodu komuni biex jassigura l-kwalità għolja tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li għandu jintuża fil-Komunità” (10) u “l-klassifikazzjonijiet kollha użati minn istituzzjonijiet finanzjarji rregolati mil-leġislazzjoni tal-Komunità jkunu ta’ kwalità għolja u maħruġa minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu soġġetti għal ħtiġiet stretti” (11) u, min-naħa l-oħra, l-oġġettiv iktar limitat li r-reġistrazzjoni tkun meħtieġa biss għal aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti fil-Komunità sabiex jiġi żgurat li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom jintużaw għal skopijiet regolatorji mill-istituzzjonijiet finanzjarji fl-UE (12). Barra minn hekk, ir-regolament propost ma jikkjarifikax ir-regoli applikabbli għat-titoli li għalihom ġie ppubblikat prospett taħt id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (13) u li huma kklassifikati taħt ir-regolament propost.

It-tieni, fl-istqarrija tal-ambitu tagħha, ir-regolament propost jiddefinixxi “skopijiet regolatorji” l-iktar b’referenza għall-eżempju l-iktar ċar li wieħed jirrikorri għall-klassifikazzjoni tal-kreditu fir-regolament finanzjarju, jiġifieri d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ifformulata mill-ġdid) (14), fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma intitolati li jużaw l-klassifikazzjonijiet bħala waħda mir-referenzi għall-kalkolazzjoni tal-ħtiġijiet kapitali tagħhom għall-iskopijiet tal-insolvenza (15). Il-BĊE jifhem li dan l-approċċ ikopri klassifikazzjonijiet ta’ kreditu li għandhom “impatt potenzjali għoli fuq is-sistema finanzjarja” (16). F’dan ir-rigward, fl-14 ta’ Marzu 2009, il-ministri tal-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-G20 ftehmu fuq superviżjoni regolatorja, inkluż ir-reġistrazzjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li l-klassifikazzjonijiet tagħhom jintużaw għal skopijiet regolatorji (17). Madankollu, billi l-kliem “skopijiet regolatorji” mhuwiex iddefinit speċifikament, u billi mhuwiex speċifikat jekk ikoprix referenzi għal li wieħed jirrikorri għal klassifikazzjonijiet fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità (kif implimentat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali) u fil-liġijiet nazzjonali, il-BĊE jissuġġerixxi li hemm il-bżonn ta’ aktar kjarifikazzjoni. Fl-aħħar, xi dispożizzjonijiet tar-regolament propost, bħall-obbligu ġenerali għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jiżvelaw “kwalunkwe klassifikazzjoni ta’ kreditu” (18), jistgħu jikkonfliġġu mal-iskop tar-regolament propost jekk jiġi limitat għall-klassifikazzjoni ta’ kreditu użat għal skopijiet regolatorji.

It-tielet, ir-regolament propost japplika biss għall-klassfikazzjonijiet tal-kreditu li huma ddistribwiti b’abbonament jew żvelati pubblikament. B’mod konsistenti mar-regoli applikabbli mal-Istituzzjonijiet Esterni tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAIs) fid-Direttiva 2006/48/KE (19), qed jiġi ssuġġerit li jiġi ċċarat li l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu jiġu kkunsidrati bħala pubblikament żvelati jekk jippermettu aċċess f’kundizzjonijiet ekwivalenti għal utenti potenzjali u jippermettu valutazzjoni xierqa mill-pubbliku.

Ir-raba’, il-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu bbażati fuq metodoloġiji li jgħaqqdu metodi kwalitattivi u kwantitattivi (20). F’dan ir-rigward jiġi osservat li l-għodod tal-klassifikazzjoni mħaddmin minn provdituri terzi (21) huma solitament ibbażati biss fuq metodi kwantitattivi u ma jikkunsidrawx informazzjoni kwalitattiva bħal informazzjoni miksuba permezz ta’ kuntatti mal-maniġment anzjan u persunal operattiv tal-entitajiet ivvalutati. Fil-kuntest tal-qafas tal-politika għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema (li tinkludi l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li adottaw l-euro (BĊNi)), dan it-tip ta’ sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu huwa ttrattat b’mod separat mis-sorsi l-oħrajn tal-valutazzjoni ta’ kreditu bħall-ECAIs. Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat jekk ir-regolament propost għandux jispeċifika li l-klassifikazzjonijiet prodotti minn provdituri terzi li jħaddmu għodod ta’ klassfikazzjoni ma jaqgħux fl-ambitu tiegħu.

Osservazzjonijiet speċifiċi

Impatt tar-regolament propost fuq operazzjonijiet tal-bank ċentrali

5.

Il-BĊE huwa interessat direttament fis-servizzi li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jipprovdu fil-kuntest tal-ħidmiet u l-obbligi tal-Eurosistema fir-rigward kemm kif jitmexxew l-operazzjonijiet tal-politika monetarja u operazzjonijiet oħrajn ta’ bank ċentrali bħall-immaniġġar ta’ riżervi barranin u operazzjonijiet tal-immaniġġar tal-fondi proprji (22) It-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa l’ quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) jipprovdi li l-BĊE u l-BĊNi jistgħu jagħmlu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħrajn fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq garanziji adegwati. Kriterju ta’ eliġibbiltà importanti, għall-finijiet ta’ operazzjonijiet ta’ politika monetarja, huwa li l-assi għandhom jilħqu standards ta’ kreditu għoljin u għal dan l-iskop il-qafas ta’ valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema jiddefinixxi l-proċeduri, ir-regoli u t-teknika biex jiġi żgurat li tiġi sodisfatta l-ħtieġa tal-Eurosistema għal standards ta’ kreditu għoli. Fil-valutazzjoni tal-istandard ta’ kreditu ta’ assi eliġibbli, l-Eurosistema tikkunsidra informazzjoni tal-valutazzjoni tal-kreditu mis-sistemi tal-valutazzjoni tal-kreditu li jappartjenu lil wieħed minn dawn l-erba’ sorsi: ECAIs, sistemi ta’ valutazzjoni tal-kreditu in-house tal-BĊNi (ICASs) (23), sistemi interni bbażati fuq il-klassifikazzjoni tal-kontrapartijiet jew għodod ta’ klassifikazzjoni ta’ provdituri terzi (24). L-Eurosistema tirriżerva d-dritt li tiddetermina jekk ħarġa, emittent, debitur jew garanti jissodisfax ir-rekwiżiti għal standards ta’ kreditu ogħla abbażi ta’ kull informazzjoni li tista’ tikkunsidra rilevanti u tista’ tirrifjuta l-assi fuq din il-bażi. Biex tiġi żgurata l-konsistenza, il-preċiżjoni u l-paragunabbiltà taż-żewġ sorsi tal-valutazzjoni tal-kreditu użati fl-ECAF, l-Eurosistema ħolqot kriterji ta’ aċċettazzjoni għal kull sors użat u tissorvelja regolarment il-prestazzjoni tal-valutazzjoni tal-kreditu mal-istandard tal-Eurosistema għall-istandards ta’ kreditu għoljin (25).

F’dan il-kuntest, il-BĊE jirrakkomanda li jiġi ċċarat f’premessa li d-dispożizzjonijiet tar-regolament propost applikabbli għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Eurosistema, jew id-drittijiet ta’ banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li jiddefinixxi l-proċeduri, ir-regoli u l-kriterji biex jiġi żgurat li r-rekwiżit ta’ standards ta’ kreditu għoljin għall-assi eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ politika monetarja jiġi sodisfatt u biex jiġu ddeterminati, kif jixraq, il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu fl-operazzjonijiet tal-bank ċentrali tagħha.

Eżenzjonijiet għal sistemi ta’ valutazzjoni tal-kreditu in-house tal-BĊNi

6.

Ir-regolament propost ma japplikax għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa minn korpi pubbliċi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom mhumiex żvelati pubblikament u ma jitħallsux mill-entità klassifikata (26). Kif intqal iktar ’il fuq (27), meta jiġu vvalutati standards ta’ kreditu ta’ assi eliġibbli, l-Eurosistema tikkunsidra valutazzjonijiet ta’ kreditu li jirriżultaw minn sorsi differenti, inkluż l-ICASs imħaddmin minn ċerti BĊNi. L-ICASs huma importanti għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Pereżempju, il-pretenzjonijiet tal-kreditu jikkostitwixxu sors sostanzjali ta’ assi aċċettati bħala garanzija mill-Eurosistema u d-debituri ta’ dawn l-obbligi ta’ dejn huma ta’ spiss kumpanniji ta’ daqs medju li jiġu kklassifikati biss minn dawn l-ICASs (28). Il-BĊE jikkunsidra li ma jkunx proporzjonat li dawn l-ICASs jiġu suġġetti għall-proċedura ta’ reġistrazzjoni li hija pprovduta taħt ir-regolament propost. Barra minn hekk, ma jkunx rilevanti jew xieraq li jiġu applikati ċerti dispożizzjonijiet tar-regolament propost għall-klassifikazzjonijijiet ta’ kreditu maħruġin mill-BĊNi. Fil-każ tal-ICASs, il-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu tagħhom huma (i) mhux żvelati pubblikament u (ii) ma jitħallsux minn entità kklassifikata. Għalhekk il-BĊE jara l-mertu li l-eżenzjoni msemmija hawn fuq tiġi estiża mir-regolament propost għall-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu li jipproduċu l-banek ċentrali nazzjonali u jissuġġerixxi li r-regolament propost jiġi b’hekk emendat.

7.

Il-BĊN jaqbel li dawn is-sistemi għandhom jibbenefikaw minn eżenzjoni mir-regolament propost meta joperaw skont il-kundizzjonijiet li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti fir-regolament propost u li jiżguraw integrità u indipendenza adegwata tal-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Fil-kuntest tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema għall-operazzjonijiet tas-suq, dawn is-sistemi huma suġġetti diġà għall-validazzjoni fil-fond u monitoraġġ tal-prestazzjoni komprensiv mill-Eurosistma li tista’ tissospendihom jew teskludihom f’ċirkustanzji li hija tiddefinixxi (29). Għaldaqstant, il-BĊE huwa tal-fehma li l-kundizzjoni ta’ hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata bħala sodisfatta awtomatikament meta ICAS hija vvalidata mill-BĊE għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Fir-rigward tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġin mill-banek ċentrali nazzjonali li jikkonformaw maż-żewġ kriterji msemmijin iktar ’il fuq, imma fejn il-BĊE ma jkunx vvaluta l-ICAS inkwistjoni, għandha tiġi introdotta proċedura biex tivverifika l-konformità tal-ICAS mal-kriterju tal-“ekwivalenza”. Il-BĊE jissuġġerixxi li, f’dawk il-każijiet, il-banek ċentrali nazzjonali għandhom jitolbu lill-Kummissjoni eżenzjoni u, biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-kriterji msemmijin iktar ’il fuq, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BĊE qabel ma tiddeċiedi fuq l-eżenzjoni biex tibbenefika mill-kompetenza teknika tal-BĊE f’dan il-qasam. Il-BĊE jissuġġerixxi li r-regolament propost jiġi emendat u tiġi inkluża premessa korrispondenti biex tirrifletti din il-proċedura.

Superviżjoni u reġistrazzjoni ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u r-rikonoxximent tal-ECAIs

8.

Id-Direttiva 2006/48/KE tippermetti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw valutazzjonijiet ta’ kreditu esterni pprovduti mill-ECAIs fid-determinazzjoni tal-piżijiet tar-risku skont il-metodu standardizzat (30) u skont il-metodu bbażat fuq il-klassifikazzjoni għas-securitisation  (31). L-interazzjoni bejn is-sistema għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu taħt ir-regolament propost u l-proċess stabbilit għar-rikonoxximent tal-ECAIs skont id-Direttiva 2006/48/KE tista’ tkun kwistjoni ta’ tħassib u għandha tiġi indirizzata kif jixraq. B’mod partikolari, għandu jiġi ċċarat li r-reġistrazzjoni ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni ta’ kreditu skont ir-regolament propost għandha tkun kundizzjoni għall-eliġibbiltà bħala ECAI skont id-Direttiva 2006/48/KE. Barra minn dan, għandhom jiġu introdotti emendi xierqa għad-Direttiva 2006/48/KE, kif issuġġerit fil-kontribuzzjoni tal-Eurosistema (32), biex jiġi evitat ix-“xogħol ripetut ta’ proċeduri u rekwiżiti għaljin li jidħlu f’xulxin” u biex tiġi żgurata l-konsistenza legali. Pereżempju, ir-rekwiżiti ta’ oġġettività, indipendenza, reviżjoni kontinwa, trasparenza u żvelar relatati mal-metodoloġija għall-għoti ta’ valutazzjonijiet ta’ kreditu (33) għandhom jiġu kkunsidrati li ġew sodisfatti diġà mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont ir-regolament propost.

9.

Ir-regolament propost jipprovdi li kull Stat Membru għandu jindika awtorità kompetenti għall-finijiet tar-regolament (34). Skont id-Direttiva 2006/48/KE, awtoritajiet superviżorji bankarji jżommu l-awtorità biex jirrikonoxxu l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħala ECAIs skont ir-rekwiżiti preskritti mid-Direttiva (35). Jekk, kif ġie ssuġġerit fir-rapport tal-Grupp Larosière (36), il-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej (CESR) jew l-awtoritajiet indikati mir-regolament propost jassumu r-responsabbiltà għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet superviżorji bankarji rilevanti dwar ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni kif ukoll l-applikazzjoni possibbli tas-sanzjonijiet. Meta jkun qed jirrevedi d-Direttiva 2006/48/KE il-leġiżlatur Komunitarju jista’ jivvaluta jekk, skont l-esperjenza mas-sistema għall-ECAIs (37), il-mekkaniżmi għar-rikonoxximent ta’ dawn l-istituzzjonijiet għandhomx jiġu ssimplifikati iktar, wara li jiġu kkunsidrati s-sinerġiji possibbli mar-reġistrazzjoni u l-qafas ta’ sorveljanza għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fir-regolament propost.

Il-kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti u l-iskambju ta’ informazzjoni

10.

Ir-regolament propost jipprovdi qafas għar-reġistrazzjoni u s-sorveljanza ta’ attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bbażati fuq koordinazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritjajiet nazzjonali. Il-BĊE josserva li r-rwol tas-CESR huwa limitat għall-għoti ta’ pariri lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali (i) dwar l-abbozz tad-deċiżjonijiet ta’ reġistrazzjoni jew l-abbozz tad-deċiżjonijiet ta’ rifjut (38) u (ii) fil-każijiet ipprovduti fir-regolament propost (39) jew jekk l-awtoritjajiet fiħsiebhom jieħdu miżuri superviżorji (40). F’dan ir-rigward, il-BĊE jinnota t-tħassib li ġie espress fir-Rapport tal-Grupp Larosière li “s-sistema ta’ liċenzjar u superviżjoni li hemm f’din il-proposta hija goffa wisq” u “l-allokazzjoni ta’ xogħol bejn l-awtoritjajiet lokali u ospitanti, b’mod partikolari, x’aktarx ma tkunx effettiva jew effiċjenti” (41) Barra minn hekk, ir-Rapport tal-Grupp Larosière jipproponi li tingħata r-responsabbiltà għal-liċenzjar u s-superviżjoni diretta ta’ istituzzjonijiet tal-UE kollha, bħall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, lill-awtorità tal-UE li fiha tinbidel is-CESR. Filwaqt li l-Eurosistema diġà esprimiet l-appoġġ tagħha għas-CESR biex ikollha rwol ta’ koordinazzjoni (42), ir-rwol tas-CESR fir-rigward tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jista’ jkollu l-bżonn ta’ iktar reviżjoni fid-dawl tal-implimentazzjoni li ġejja tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp Larosière (43).

11.

Il-BĊE jenfasizza li kull arranġament ta’ koordinazzjoni stabbilit għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jiġi ddisinjat biex jippermetti għal livell xieraq ta’ involviment mill-Eurosistema minħabba l-interess qawwi li għandha fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-banek ċentrali u minn perspettiva ta’ stabbilità finanzjarja. F’dan ir-rigward, jissuġġerixxi li jiġu introdotti gateways fir-regolament propost, simili għal dawk imdaħħlin fil-qafas Komunitarju għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-banek ċentrali tas-SEBĊ (44). Għahekk il-BĊE jipproponi emenda skont ir-rakkomandazzjoni fl-Opinjoni CON/2009/17 (45). Barra minn hekk, il-BĊE jilqa’ l-introduzzjoni tal-konsultazzjoni obbligatorja tas-CEBS, kif ukoll tal-Kumitat tal-Assigurazzjoni Ewropea u Superviżuri tal-Pensjonijiet Okkupazzjonali, qabel l-pubblikazzjoni għall-gwida tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (46).

Rinunzji għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu lokali

12.

Il-kontribuzzjoni tal-Eurosistema nnutat li trattament alternattiv u anqas strett għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni lokali, li l-iktar li jittrattaw huwa l-ħruġ tal-kumpanniji, jista’ jiġi kkunsidrat fir-regolament propost u li r-rinunzji ta’ xi rekwiżiti għall-aġenziji lokali għandhom jippermettu l-flessibbiltà u jgħinu li tinżamm id-diversità fil-popolazzjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u b’hekk tiġi żgurata diversità ta’ opinjonijiet (47). Jekk dik l-eżenzjoni tiġi kkunsidrata għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu żgħar fil-kuntest tal-proċedura tal-kodeċiżjoni, ikun meħtieġ li jiġi żgurat li aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ikbar ma jisfruttawx din l-eżenzjoni billi jaqsmu n-negozju tagħhom f’biċċiet. Il-BĊE jappoġġa wkoll valutazzjoni tal-impatt tal-applikazzjoni tar-regolament propost fuq il-livell ta’ konċentrazzjoni fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (48).

Twaqqif mis-CESR ta’ depożitorju ċentrali

13.

Ir-regolament propost jipprovdi li aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jagħmlu disponibbli f’depożitorji ċentrali stabbilit mis-CESR informazzjoni “dwar id-dejta tal-prestazzjoni storika tagħhom u informazzjoni dwar l-attivitajiet passati tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu” (49). Il-BĊE huwa lest li jassisti lill-Kummissjoni u lis-CESR fil-ħolqien ta’ dan id-depożitorju li jkun rilevanti għat-twettiq mis-SEBĊ tal-attivitajiet tagħha. Għandu jkun hemm bilanċ bejn il-livell ta’ informazzjoni meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-utenti u l-ispejjeż tal-konformità għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Il-BĊE jagħmel ukoll l-osservazzjonijiet li ġejjin. L-ewwel nett, għaċ-ċarezza jista’ jkun xieraq li ssir distinzjoni f’żewġ artikoli separati tar-regolament propost: (i) id-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tal-iżvelar applikabbli għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, u (ii) dawk dwar it-twaqqif mis-CESR ta’ depożitorju ċentrali u n-natura tad-dejta u l-informazzjoni li għandu jkun hemm f’dan id-depożitorju. It-tieni nett, huwa desiderabbli li jiġu kkjarifikati iktar it-tipi ta’ dejta u informazzjoni li jkunu disponibbli fid-depożitorju. Il-BĊE jifhem li din l-informazzjoni ser tinkludi “dejta dwar il-klassifikazzjonijiet difolt storiċi tal-kategoriji tal-klassifikazzjonijiet tagħha” (50) It-tielet nett, il-ġbir ta’ din l-informazzjoni mis-CESR, il-kundizzjonijiet ta’ ħażna, l-arranġamenti għall-ġestjoni tad-depożitorju u l-aċċess għalih u kull bidla possibbli għall-ħtiġijiet applikabbli għal dan id-depożitorju u għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-futur għandu jiġi eżaminat iktar. Dan jista’ jeħtieġ l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet iktar ddettaljati jew li wieħed jirrikorri iktar għall-komitoloġija fir-regolament propost biex jippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri tekniċi li jispeċifikaw il-prinċipji applikabbli għall-organizzazzjoni u l-funzjonament tad-depożitorju. Is-CESR għandha teżamina wkoll is-sinerġiji possibbli ma’ inizjattivi oħrajn. Ir-raba’ nett, id-depożitorju għandu jiżgura li “dejta standardizzata relevanti dwar il-prestazzjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu’ tkun disponibbli biex tippermetti lil parteċipanti tas-suq jagħmlu paraguni mal-industrija kollha” (51). Il-BĊE jirrakkomanda li CESR titqabbad tipproduċi statistika li tissorvelja l-prestazzjoni storika tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u biex il-konklużjonijiet tagħha jiġu ppubblikati perjodikament. Il-BĊE jissuġġerixxi wkoll l-istrutturar u l-ħażna tad-dejta ta’ hawn fuq f’format paragunabbli li jidentifika t-titoli u l-klassifikazzjoni tagħhom, fil-livell ta’ strument u emittent, abbażi tal-International Securities Identification Number (Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Titoli Internazzjonali) għall-ħruġ u identifikatur standardizzat għal emittenti. Barra minn dan, huwa meħtieġ li jiġi assigurat li l-investituri jkunu jistgħu jivvalutaw aħjar ir-riskji tal-kreditu tal-portafolli tagħhom, jiġifieri l-investituri għandhom ikunu jistgħu jiġbdu l-konklużjonijiet tagħhom fuq interdipendenzi statistiċi, bħal korrelazzjonijiet, bejn kategoriji ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu fir-rigward tad-diversi tipi ta’ entitajiet jew strumenti kklassifikati.

Osservazzjoni legali u tekniċi addizzjonali

14.

Fir-regolament propost, kategorija tal-klassifikazzjoni hija ddefinita bħala “simbolu tal-klassifikazzjoni użat għall-identifikazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu differenti għal kull klassi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu sabiex jagħżel bejn il-karatteristiċi differenti tar-riskju tat-tipi differenti tal-entitajiet, emittenti u strumenti finanzjarji mogħtija klassifikazzjoni” (52). Barra minn hekk, ir-regolament propost jipprovdi li aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi l-“klassi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu qed tapplika biex tkun irreġistrata” (53) Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jkunu ssemplifikati iktar kif issuġġerit fl-Anness ta’ din l-opinjoni.

15.

Ir-regolament propost jipprovdi li aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tissorvelja l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu u tirrivedihom “fejn meħtieġ” (54). L-ispeċifikazzjoni ta’ frekwenza minima għar-reviżjoni ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu ssaħħaħ l-impenn u l-obbligu tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex regolarment u attivament jissorveljaw il-klassifikazzjonijiet kollha li jkunu ħarġu. Il-BĊE għalhekk jirrakkomanda li din ir-reviżjoni ssir tal-anqas kull sena. Ir-regolament propost jipprovdi wkoll li, wara t-tibdil fil-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jerġgħu jikklassifikaw “l-klassifikazzjonijiet kollha tal-kreditu li kienu bbażati fuq dawk il-metodoloġiji, mudelli jew suppożizzjonijiet” (55). Il-BĊE jissuġġerixxi li jiġi ċċarat li dan ir-rekwiżit biss japplika għall-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu li għadhom jintużaw.

16.

Membri mhux eżekuttivi indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju għandhom rwol kruċjali fl-indipendenza u l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Ir-regolament propost jipprovdi li dawn il-membri mhux eżekuttivi għandu jkollhom ħidmiet speċifiċi biex jiżguraw li ma jkunx hemm kunflitti ta’ interess u tal-monitoraġġ tal-proċessi ta’ konformità u tal-proċessi tar-regolazzjoni, inkluża l-funzjoni tar-reviżjoni (56). Il-funzjoni tar-reviżjoni tikkonsisti fir-reviżjoni perjodika tal-metodoloġiji u mudelli li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tuża u tibdil sinjifikanti għall-metodoloġiji kif ukoll kemm huma xierqa għall-valutazzjoni ta’ strumenti ġodda finanzjarji (57). Minħabba l-importanza ta’ dawn il-ħidmiet, il-BĊE jirrakkomanda li l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom jinkludu informazzjoni fuq il-membri mhux eżekuttivi indipendenti tal-bord amministattiv jew superviżorju (58).

17.

Ir-regolament propost jeħtieġ li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jżommu r-rekords li jispjegaw id-drittijiet u l-obbligi tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-entità kklassifikata “mill-anqas it-tul tar-relazzjoni ma’ dik l-entità kklassifikata” (59). Il-BĊE jirrakkomanda li dan l-obbligu jinżamm għal mill-anqas sentejn wara t-tmiem tar-relazzjoni biex ikun jista’ jsir eżami ex post meta jkun meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti (60).

18.

Għandu jkun hemm valutazzjoni ulterjuri dwar jekk ir-regoli fir-regolament propost li jipprevjenu lill-impjegati involuti direttament fil-proċess tal-klassifikazzjoni tal-kreditu milli jingħaqdu ma’ entitajiet kklassifikati humiex biżżejjed stretti biex jipprevjenu jew jillimitaw dawn il-prattiċi. Għalhekk huwa ssuġġerit li impjegati involuti direttament fil-proċess tal-klassifikazzjoni tal-kreditu m’għandhomx jidħlu f’pożizzjonijiet ewlenin ta’ maniġment mal-entità kklassfikata qabel ma jkunu għaddew 18 (minflok sitt) xhur minn meta tkun ħarġet il-klassifikazzjoni tal-kreditu (61).

19.

Ir-referenza għall-“ħruġ tas-self’ għandha tinbidel b”“strument finanzjarju” (62).

20.

Fir-rapport tat-trasparenza tagħha, aġenzija tal-klassifikazzjoni għandha tipprovdi informazzjoni annwali dwar id-dħul tagħha, imqassma fi drittijiet mis-servizzi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u mhux tal-klassifikazzjoni tal-kreditu b’deskrizzjoni komprensiva ta’ kull waħda (63). Safejn dawn is-“servizzi mhux ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu” jikkostitwixxu “servizzi anċillari”, dan għandu jiġi rifless fir-regolament propost (64).

Proposti tal-abbozzar

Fejn il-pariri ta’ hawn fuq iwasslu għal tibdil fid-direttiva proposta, il-proposti tal-abbozzar jidhru fl-Anness.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 21 ta’ April 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  KUMM(2008) 704 finali, tat-12 ta’ Novembru 2008. Disponibbli f’www.eur-lex.europa.eu.

(2)  Din l-opinjoni hija bbażata fuq il-verżjoni tat-12 ta’ Novembru 2008 li fuqha l-BĊE ġie kkonsultat formalment. Id-direttiva proposta kienet is-suġġett ta’ iktar emendi fil-grupp ta’ ħidma tal-Kunsill.

(3)  Il-BĊE jinnota li r-regolament propost huwa bbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat u mhux fuq l-Artikolu 47(2) li jifforma parti mill-bażi legali għad-direttivi.

(4)  Ara l-Komunikat - Meeting of Finance Ministers and Central Bank Governors, United Kingdom, tal-14 ta’ Marzu 2009. Disponibbli fi www.g20.org.

(5)  Ara l-kontribuzzjoni tal-Eurosistema għall-konsultazzjoni pubblika fuq l-abbozz tad-direttiva/regolament dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Kummissjoni, Settembru 2008 (iktar ’il quddiem “il-kontribuzzjoni tal-Eurosistema”), disponibbli fil-websajt tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu.

(6)  L-Artikolu 2(1) tar-regolament propost.

(7)  L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4(1) tar-regolament propost.

(8)  L-użu ta’ rati ta’ kreditu għall-skopijiet li mhumiex regolatorji diġà huwa stabbilit fir-regolament propost (ara t-tieni paragrafu tal-Artikolu 4 tar-regolament propost).

(9)  Ara l-paragrafu 2.2 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni. Dan huwa kkonfermat fil-paragrafu 5.2.4 tal-Commission Staff Working document accompanying the proposed regulation (Impact assessment), SEC(2008) 2745, tat-12 ta’ Novembru 2008 disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni f’www.ec.europa.eu.

(10)  L-Artikolu 1, it-tieni sentenza tal-Premessa 28 tar-regolament propost tirriferi għall-ħtieġa li l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom il-mezzi meħtieġa biex jiżguraw li “l-klassifikazzjonijiet għall-użu ġewwa l-Komunità jinħarġu b’konformità” mar-regolament propost.

(11)  Ara l-premessa 2 kif ukoll il-premessi 6 u 38 tar-regolament propost.

(12)  Ara l-Artikolu 12(1) u l-premessa 21 tar-regolament propost.

(13)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(14)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(15)  Ara l-paragrafu 1.1 tal-valutazzjoni tal-impatt u l-premessa 1 tar-regolament propost.

(16)  Ara l-paragrafu 2.2 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni.

(17)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3 ta’ din l-opinjoni.

(18)  L-Artikolu 8(1) tar-regolament propost.

(19)  L-Anness VI, Parti 2.

(20)  Ara f’dan ir-rigward id-Direttiva 2006/48/KE (Anness VI, Parti 2) li tipprovdi li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kemm fatturi kwalitattivi u dawk kwantitattivi biex jagħmlu differenza bejn il-gradi relattivi ta’ riskju espressi minn kull valutazzjoni ta’ kreditu.

(21)  Ara l-paragrafu 5 ta’ din l-opinjoni u l-paragrafu 6.3.1 tal-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti tal-politika monetarja u l-proċeduri ta’ l-Eurosistema (ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1) (ara t-test konsolidat mhux uffiċjali prodott mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fil-websajt tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu).

(22)  Ara l-kontribuzzjoni tal-Eurosistema, p. 2.

(23)  Għall-ICASs, ara ukoll il-paragrafi 6 u 7 ta’ din l-opinjoni.

(24)  Ara t-Taqsima 6.3.1 tal-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7.

(25)  Ara t-Taqsima 6.3.1 tal-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7.

(26)  L-Artikolu 2(2) tar-regolament propost.

(27)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5 ta’ din l-opinjoni.

(28)  Ara “The single list in the collateral framework of the Eurosystem”, ECB Monthly Bulletin, Mejju 2006, paġni 75-87 u l-kontribuzzjoni tal-Eurosistema, p. 9.

(29)  Ara it-Taqsima 6.3.4 tal-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7.

(30)  Artikoli 78 u 83 u l-Anness VI.

(31)  Artikoli 94 u 101 u l-Anness IX.

(32)  Ara p. 5.

(33)  Ara b’mod partikolari l-Artikoli 81 u 97 kif ukoll l-Anness VI, Parti 2, tad-Direttiva 2006/48/KE.

(34)  Artikolu 19(1).

(35)  Skont l-Artikolu 81, ECAI li jipprovdi valutazzjoni ta’ kreditu esterna jista’ jiġi rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti bħala eliġibbli għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ippeżar tar-riskju ta’ skopertura. Jekk ECAI ġie rikonoxxut bħala eliġibbli mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, l-awtoritjaiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn jistgħu jiddeċiedu li jirrikonoxxu l-ECAI bħala eliġibbli mingħajr ma jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom stess.

(36)  Ara r-rapport tal-25 ta’ Frar 2009 tal-Grupp ta’ Livell Għoli ippresedut minn Jacques de Larosière fuq is-superviżjoni finanzjarja tal-UE (minn issa l’ quddiem ir-“Rapport tal-Grupp de Larosière”), paragrafu 67 (disponibbli f’ www.europa.eu).

(37)  Ara l-Linji ta’ Gwida tal-Kumitat ta’ Superviżuri Bankarji Ewropej (CEBS) tal-20 ta’ Jannar 2006 fuq ir-rikonoxximent ta’ Istituzzjonijiet ta’ Valutazzjoni ta’ Kreditu Estern (disponibbli fil-websajt tas-CEBS f’www.c-ebs.org).

(38)  Ara l-Artikolu 15(1) tar-regolament propost.

(39)  Ara l-Artikolu 18 tar-regolament propost.

(40)  Ara l-Artikoli 21 u 22 tar-regolament propost.

(41)  Ara r-Rapport tal-Grupp Larosière, paragrafu 67.

(42)  Ara l-kontribuzzjoni tal-Eurosistema, p. 5.

(43)  Ir-Rapport tal-Grupp Larosière jissuġġerixxi li l-“kompitu tal-liċenzjar tas-CRAs fl-UE, il-monitoraġġ ta’ kif jaħdmu, u fid-dawl ta’ dan it-tibdil” għandhom jiġu fdati lis-CESR, paragrafu 67.

(44)  Ara l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/48/KE and 2006/49/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, skoperturi kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (KUMM(2008) 602 finali), tal-1 ta’ Ottubru 2008. Disponibbli f’ www.eur-lex.europa.eu

(45)  Opinjoni tal-BĊE CON/2009/17 tal-5 ta’ Marzu 2009 fuq talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fuq proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, skoperturi kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet. Ara l-paragrafi 13 u 14 tal-opinjoni u l-emenda proposta 5.

(46)  Ara l-Artikolu 18(1) tar-regolament propost.

(47)  Ara l-kontribuzzjoni tal-Eurosistema, p. 4.

(48)  Għal dan tkun meħtieġa emenda għall-Artikolu 34 tar-regolament propost.

(49)  Ara l-Artikolu 9(2) tar-regolament propost.

(50)  Skont ir-regolament propost, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżvelaw din id-dejta kull sitt xhur u jekk ir-rati defolt ta’ dawn il-kategoriji nbidlux maż-żmien (Anness I, Taqsima E, Parti II, punt 1 tar-regolament propost).

(51)  Paragrafu 2.5.4 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni.

(52)  Ara l-Artikolu 3(1)(f). Ara wkoll l-aħħar sentenza tal-premessa 24, tar-regolament propost u r-referenza għal “subkumitat speċjalizzat fil-qasam tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ta’ kull klassi tal-assi kklassifikat mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu”.

(53)  Ara l-Anness II, punt 4, tar-regolament propost.

(54)  Ara l-Artikolu 7(4).

(55)  Ara l-Artikolu 7(5)(c).

(56)  Ara l-Anness I, Taqsima A, punt 2, il-ħames subparagrafu.

(57)  Ara l-Anness I, Taqsima A, punt 7, l-ewwel subparagrafu tar-regolament propost.

(58)  Ara l-Anness II tar-regolament propost.

(59)  Ara l-Anness I, Taqsima B, punt 9.

(60)  Qabbel mal-Anness I, Taqsima B, punt 8, tar-regolament propost.

(61)  Ara l-Anness I, Taqsima C, III, punti 6 u 7 tar-regolament propost.

(62)  Ara l-Anness I, Taqsima E, Parti 2, l-aħħar subparagrafu.

(63)  Ara l-Anness I, Taqsima E, Parti III, punt 7 tar-regolament propost.

(64)  Ara l-Anness I, Taqsima B, punt 4.


ANNESS

Proposti tal-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni (1)

Emendi proposti mill-BĊE (2)

Emenda 1

Premessa 2a ġdida

“L-ebda test kurrenti”

“Dan ir-Regolament m’għandu bl-ebda mod jaffettwa d-dritt tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li adottaw l-euro (minn hawn ’il quddiem l-‘Eurosistema’), jew id-drittijiet ta’ banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li ma adottawx l-euro, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, li jiddefinixxu l-proċeduri, ir-regoli u l-kriterji li jiżguraw li tiġi sodisfatta l-ħtieġa ta’ standards ta’ kreditu għoljin għal assi eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ politika monetarja u biex jiddeterminaw, kif ikun xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-bank ċentrali tiegħu.”

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 5 tal-opinjoni

Emenda 2

Premessa 2b ġdida

“L-ebda test kurrenti”

“Sistemi ta’ valutazzjoni ta’ kreditu in-house ta’ banek ċentrali nazzjonali tas-SEBĊ jistgħu jiġu eżentati mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament iżda l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu prodotti minn dawn is-sistemi għandhom jikkonformaw mal-kriterji stabiliti f’dan ir-Regolament. Il-validazzjoni ta’ dawn is-sistemi mill-BĊE għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema għandhom jikkostitwixxu garanzija li jissodisfaw kundizzjonijiet ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti b’dan ir-Regolament u li jiżguraw l-indipendenza u l-integrità tal-attivitajiet tagħhom tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. F’każijiet oħrajn, l-eżenzjoni għandha tintalab mingħand il-Kummissjoni minn banek ċentrali nazzjonali tas-SEBĊ. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tittieħed wara konsultazzjoni mal-BĊE biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-kriterji ta’ eżenzjoni.”

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 6 u 7 tal-opinjoni

Emenda 3

Artikolu 2

“2.

Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu privati. M’għandux japplika għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa minn korpi pubbliċi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom m’humiex żvelati pubblikament u ma jitħallsux mill-entità li tingħata r-klassifikazzjoni.”

“2.

Dan ir-Regolament m’għandux japplika fil-konfront ta’ jew:

(a)

klassifikazzjonijiet tal-kreditu privat. M’għandux japplika għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa minn korpi pubbliċi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom m’humiex żvelati pubblikament u ma jitħallsux mill-entità li tingħata r-klassifikazzjoni. magħmulin fuq ordni individwali u mogħtija esklussivament lill-persuna li ordnahom u li mhumiex intiżi għall-iżvelar pubbliku jew distribuzzjoni b’abbonament; jew

(b)

klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġin mill-banek ċentrali u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

ma jitħallsux mill-entità kklassifikata;

(ii)

mhumiex żvelati lill-pubbliku;

(iii)

jinħarġu skont kundizzjonijiet ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u li jiżguraw l-integrità u l-indipendenza adegwata ta’ attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu; dan jitqies li huwa l-każ meta l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jsiru minn sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu in-house vvalidata mill-BĊE għall-iskop tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema u elenkata fil-websajt tal-BĊE.

3.

Bank ċentrali nazzjonali tas-SEBĊ li joġħroġ klassifikazzjoni ta’ kreditu li tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2(b) imma li s-sistema tal-valutazzjoni tal-kreditu in-house ma ġietx ivvalidata mill-BĊEgħandu jitlob eżenzjoni mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mingħand il-Kummissjoni. Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragarfu 2(b) il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BĊE qabel ma tieħu deċiżjoni bħal din.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-lista ta’ banek ċentrali li jibbenefikaw mill-eżenzjoni.

4.

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tixtieq li tiġi rrikonoxxuta bħala eliġibbli bħala Istituzzjoni Esterna tal-Valutazzjoni tal-Kreditu fit-tifsira tad-Direttiva 2006/48/KE għandha tiġi rreġistrata bħala aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu skont dan ir-Regolament, sakemm ma tagħmilx biss klassifikazzjonijiet tal-kreditu tat-tip msemmi fil-paragrafu 2.

5.

Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-klassifikazzjonijiet ta' kreditu għandhom jiġu kkunsidrati bħala żvelati pubblikament jekk jippermettu l-aċċess b’kundizzjonijiet ekwivalenti għal utenti potenzjali u jippermettu valutazzjoni xierqa mill-pubbliku.”

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafi 4,6, 7 u 8 tal-opinjoni

Emenda 4

Artikolu 3 (1)

“f)

‘kategorija tal-klassifikazzjoni’ tfisser simbolu tar-klassifikazzjoni użat għall-identifikazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu differenti għal kull klassi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu sabiex jagħżel bejn il-karatteristiċi differenti tar-riskju tat-tipi differenti tal-entitajiet, emittenti u strumenti finanzjarji mogħtija klassifikazzjoni;”

“(f)

‘kategorija tar-klassifikazzjoni’ tfisser simbolu tar-klassifikazzjoni indikatur użat għall-kejl, f’sistema ta’ klassifikazzjoni ddefinita mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u għal kull tip ta’ entità, emittenti jew strument kklassifikat identifikazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu differenti għal kull klassi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu sabiex jagħżel bejn il-karatteristiċi differenti tar-riskju tat-tipi differenti tal-entitajiet, emittenti u strumenti finanzjarji mogħtija klassifikazzjoni il-klassifikazzjoni tal-kreditu li tikkorrispondi mal-karatteristiċi tar-riskju relattiv tal-entità, emittenti jew strument kklassifikati u rrappreżentata b’simboli, numri jew indikazzjonijiet oħrajn;”

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 14 tal-opinjoni

Emenda 5

Artikolu 7

“Metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet

1.

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżvela lill-pubbliku l-metodoloġiji, mudelli u suppożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjonijiet ewlenin li tuża fil-proċess tal-għoti tal-klassifikazzjonijiet.

4.

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jissorveljaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u jirrevedu l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fejn meħtieġ. Aġenzija tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandha tistabbilixxi arranġamenti għall-monitoraġġ tal-impatt tal-bidliet tal-kundizzjonijiet ta’ swieq makroekonomiċi u finanzjarji dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

5.

Meta l-metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet, mudelli jew suppożizzjonijiet tal-klassifikazzjonijiet ewlenin jinbidlu aġenzija tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandha:

...

(c)

terġa’ tikklassifika l-klassifikazzjonijiet kollha tal-kreditu li kienu bbażati fuq dawk il-metodoloġiji, mudelli jew suppożizzjonijiet.”

“Metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet

1.

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżvela lill-pubbliku l-metodoloġiji, mudelli u suppożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjonijiet ewlenin li tuża fil-proċess tal-għoti tal-klassifikazzjonijiet, u l-fatturi kwalitattivi u kwantitattivi li fuqhom huma bbażati l-metodoloġiji tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

4.

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tissorvelja l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u tirrevedi l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fejn meħtieġ. Din ir-reviżjoni għandha ssir tal-anqas darba fis-sena. Aġenzija tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandha tistabbilixxi arranġamenti għall-monitoraġġ tal-impatt tal-bidliet tal-kundizzjonijiet ta’ swieq makroekonomiċi u finanzjarji dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

5.

Meta l-metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet, mudelli jew suppożizzjonijiet tal-klassifikazzjonijiet ewlenin jinbidlu aġenzija tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandha:

...

(c)

terġa’ tikklassifika l-klassifikazzjonijiet kollha tal-kreditu użati li kienu bbażati fuq dawk il-metodoloġiji, mudelli jew suppożizzjonijiet.”

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 4 u 15 tal-opinjoni

Emenda 6

Artikolu 9(2)

“2.

L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jagħmlu disponibbli f’depożitorji ċentrali stabbilit mis-CESR informazzjoni dwar id-dejta tal-prestazzjoni storika tagħhom u informazzjoni dwar l-attivitajiet passati tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Id-depożitorju għandu jkun miftuħ għall-pubbliku.”

“2.

L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jagħmlu disponibbli f’depożitorji ċentrali stabbilit mis-CESR informazzjoni dwar id-dejta tal-prestazzjoni storika tagħhom u informazzjoni dwar l-attivitajiet passati tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Id-depożitorju għandu jkun miftuħ għall-pubbliku.”

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 13 tal-opinjoni

Emenda 7

Artikolu 9a ġdid

“L-ebda test kurrenti”

“Id-depożitorji ċentrali CESR’

1.

L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jagħmlu disponibbli fid-depożitorju ċentrali stabbilit mis-CESR informazzjoni fuq id-dejta tal-prestazzjoni storika (inkluż dejta dwar ir-rati ta’ difolt storiċi ta’ kategoriji ta’ klassifikazzjoni) u informazzjoni fuq attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-passat.

2.

Id-depożitorju għandu jkun miftuħ għall-pubbliku.

3.

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura definita fl-Artikolu 33(3).

Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tispeċifika:

it-tip ta’ dejta u informazzjoni li jsiru disponibbli fid-depożitorju ċentrali,

il-perijodi koperti b’dawn id-dejta u informazzjoni tal-prestazzjoni storika,

it-termini li fihom din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli,

il-kundizzjonijiet li taħthom dik id-dejta u informazzjoni għandhom jinħażnu,

il-format li taħthom dik id-dejta u informazzjoni għandhom jiġu kkommunikati u ppreżentati,

l-arranġamenti għall-immanniġġar tad-depożitorju,

il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-faċilità.

4.

Abbażi tal-informazzjoni li hemm fid-depożitorju ċentrali, is-CESR għandha tipproduċi statistiċi għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni storika tal-aġenziji tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. L-istatistika prodotta mis-CESR għandha tiġi ppubblikata perjodikament.

5.

Is-CESR għandha tikkunsidra sinerġiji possibbli ma’ inizjattivi rilevanti oħrajn.”

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 13 tal-opinjoni

Emenda 8

Artikolu 18(2)

“2.

Sa (fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament) is-CESR għandha toħroġ gwida dwar:”

“2.

Sa (fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament) u wara li tikkonsulta l-Kumitat ta’ Superviżuri Bankarji Ewropej u l-Kumitat tal-Assigurazzjoni Ewropea u Superviżuri tal-Pensjonijiet Okkupazzjonali, is-CESR għandha toħroġ gwida dwar:”

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 11 tal-opinjoni

Emenda 9

Artikolu 23a ġdid

“L-ebda test kurrenti”

“Skambju ta’ informazzjoni

1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu lil xulxin b’kull informazzjoni li tkun meħtieġa għall-finijiet tal-qadi ta’ dmirijiethom taħt dan ir-Regolament.

2.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jittrażmettu informazzjoni inkluża informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(1) u lill-banek ċentrali tas-SEBĊ meta din l-informazzjoni hija rilevanti għall-eżerċizzju tal-ħidmiet rispettivi tagħhom, inkluż it-tħaddim tal-politika monetarja, is-superviżjoni ta’ sistemi ta’ ħlasijiet, ta’ kklerjar u tas-settlement ta’ titoli, u s-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja; bl-istess mod dawn l-awtoritajiet jew banek ċentrali m’għandhomx jiġu pprevenuti milli jikkommunikaw lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni rilevanti li tista’ tkun meħtieġa għall-qadi tal-funzjonijiet tagħhom kif stabbilit f’dan ir-Regolament.”

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 11 tal-opinjoni

Emenda 10

Artikolu 33(3)(i) ġdid.

“L-ebda test kurrenti”

“3.

Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha, iżda l-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont dik il-proċedura ma jimmodifikawx id-dispożizzjonijiet essenzjali ta’ dan ir-Regolament.”

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 13 tal-opinjoni

Emenda 11

Anness I, Taqsima B, paragrafu 9.

“9.

Rekords li jippreżentaw id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-entità kklassifikata jew il-partijiet terzi relatati tagħha taħt ftehim għall-provvista ta’ servizzi għandhom jinżammu għal mill-anqas it-tul tar-relazzjoni ma’ dik l-entità kklassifikata jew il-partijiet terzi relatati tagħha”

“9.

Rekords li jippreżentaw id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-entità kklassifikata jew il-partijiet terzi relatati tagħha taħt ftehim għall-provvista ta’ servizzi għandhom jinżammu għal mill-anqas it-tul sentejn wara li tiskadi r-relazzjoni ma’ dik l-entità kklassifikata jew il-partijiet terzi relatati tagħha.”

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 17 tal-opinjoni

Emenda 12

Anness I, Taqsima C, punt 7.

“7.

Impjegati involuti direttament fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu m’għandhomx jokkupaw pożizzjoni tal-maniġment ewlieni ma' entità kklassifikata jew parti terza relatata tagħmel qabel ma jgħaddu 6 xhur mir-klassifikazzjoni tal-kreditu.”

“7.

Impjegati involuti direttament fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu m’għandhomx jokkupaw pożizzjoni tal-maniġment ewlieni ma’ entità kklassifikata jew parti terza relatata tagħmel qabel ma jgħaddu 6 18-il xahar mill-klassifikazzjoni tal-kreditu.”

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 18 tal-opinjoni

Emenda 13

Anness I, Taqsima E, Parti II punt 2

“ …

Għall-iskopijiet tal-ewwel sottoparagrafu tat-2 punt ‘klijent’ ifisser kumpanija, is-sussidjarji tagħha, u kumpaniji assoċjati li fihom il-kumpanija għandha aktar minn 20 %, kif ukoll kull entità oħra li dwarha nnegozjat l-istruttura tal-ħruġ tas-self f’isem klijent u fejn sari l-ħlas, direttament jew indirettament, lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għall-għoti ta' klassifikazzjoni għal dak il-ħruġ tas-self.”

“…

Għall-iskopijiet tal-ewwel sottoparagrafu tat-2 punt ‘klijent’ ifisser kumpanija, is-sussidjarji tagħha, u kumpaniji assoċjati li fihom il-kumpanija għandha aktar minn 20 %, kif ukoll kull entità oħra li dwarha nnegozjat l-istruttura ta’ ħruġ tas-self strument finanzjarju f’isem klijent u fejn sari l-ħlas, direttament jew indirettament, lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għall-għoti ta' klassifikazzjoni għal dak l-istrument finanzjarju il-ħruġ tas-self.”

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 19 tal-opinjoni

Emenda 14

Anness II

“4.

klassi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu qed tapplika biex tkun irreġistklassifikazzjoni fiha;”

“4.

klassi tip tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu qed tapplika biex tkun irreġistata fiha;”

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 14 tal-opinjoni

Emenda 15

Anness II, punt 7a ġdid

“L-ebda test kurrenti”

Informazzjoni fuq membri mhux eżekuttiv indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju;”

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 16 tal-opinjoni


(1)  Il-korp tat-test ingassat (strikethrough) jindika fejn il-BĊE jipproponi li jitħassar test.

(2)  Il-grassett fit-test jindika fejn il-BĊE jipproponi li jdaħħal test ġdid.


Top