EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007AB0035
Opinion of the European Central Bank of 14 November 2007 at the request of the Council of the European Union on a proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on European statistics (CON/2007/35)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l- 14 ta' Novembru 2007 fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea (CON/2007/35)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l- 14 ta' Novembru 2007 fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea (CON/2007/35)
OJ C 291, 5.12.2007, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 291/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
ta' l-14 ta' Novembru 2007
fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea
(CON/2007/35)
(2007/C 291/01)
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-8 ta' Novembru 2007, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea (1) (minn issa 'l quddiem “ir-regolament propost”).
Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 105(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita` Ewropea. Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta' Proċedura tal-BĊE, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
1. Osservazzjonijiet ġenerali
1.1 |
Il-BĊE jilqa' r-regolament propost billi jirrikonoxxi l-eżistenza ta' żewġ reġimi paralleli u kumplimentari għall-produzzjoni ta' statistika Ewropea u fl-istess ħin jirrikonoxxi l-indipendenza tas-SEBĊ fis-segwitu tal-funzjonijiet statistiċi tagħha (recitals 7 u 8). Il-BĊE jilqa' wkoll ir-referenza, fir-recital 9, għar-rwol konsultattiv importanti mwettaq mill-Kumitat dwar l-istatistika monetarja, finanzjarja u tal-bilanċ tal-ħlasijiet (CMFB). |
1.2 |
Il-BĊE jinnota wkoll b'sodisfazzjon li r-regolament propost jirrikonoxxi l-bżonn għal kooperazzjoni mill-qrib bejn l-ESS u s-SEBĊ fl-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' statistika Ewropea prodotta miż-żewġ sistemi (l-Artikolu 8). F'dan ir-rigward, il-BĊE jinnota li l-obbligu fuq l-ESS u s-SEBĊ biex jikkooperaw mill-qrib, kif indikat fir-recital 6 tar-regolament propost, se jopera ġewwa l-qafas tal-liġi primarja li japplika għas-SEBĊ skond it-Trattat. B'mod partikolari l-Artikolu 5 ta' l-Istatut tas-SEBĊ jistabbilixxi li, sabiex iwettaq il-ħidmiet tas-SEBĊ, il-BĊE, assistit mill-banek ċentrali nazzjonali, jiġbor l-informazzjoni statistika meħtieġa jew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew direttament mill-aġenti ekonomiċi, u li għal dawn il-finijiet huwa jikkoopera ma' l-istituzzjonijiet jew mal-korpi tal-Komunita` u ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. |
1.3 |
Barra minn dan, il-BĊE jilqa' li l-Artikolu 20(3) tar-regolament propost jindirizza l-kwistjoni ta' l-iskambju tad-data kunfidenzjali, għal finijiet ta' statistika biss, bejn l-ESS u s-SEBĊ. Huwa aċċettat sew li jinħtieġ dejjem aktar skambju mtejjeb ta' informazzjoni kunfidenzjali bejn l-ESS u s-SEBĊ biex jiżgura l-kwalita` u l-konsistenza ta' l-istatistika Ewropea, filwaqt li jnaqqas il-piż fuq ir-rispondenti. Dan jista' jsir billi l-istess data tintalab darba biss, u din tiġi mqassma ma' l-awtoritajiet statistiċi li għandhom bżonnha filwaqt li jinżammu dispożizzjonijiet ta' kunfidenzjalita` stretta. Madankollu, il-BĊE huwa tal-fehma li, bil-kuntrarju ta' dak li hemm stabbilit bħalissa fl-Artikolu 20(3), dan l-iskambju m'għandux jiddependi fuq il-promulgazzjoni ta' atti legali settorali oħra, li jkollhom jawtorizzaw b'mod ċar dawn l-iskambji ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali. Sabiex jiġi żgurat skambju effiċjenti w effettiv ta' l-informazzjoni statistika meħieġa, il-qafas legali għandu jara minn qabel li din it-trasmissjoni tista' ssir bil-kundizzjoni li hija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew it-tixrid effiċjenti ta' l-istatistika Ewropea, wara l-eżempju ta' l-Artikolu 20(1) tar-regolament propost li jirregola l-iskambju ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali ġewwa l-ESS. |
1.4 |
Il-BĊE jisħaq li huwa importanti li jakkwista aċċess legali sħiħ għad-data kollha eżistenti meħtieġa sabiex jitnaqqas il-piż fuq ir-rispondenti. Dan huwa msemmi wkoll fl-Artikolu 23 (Aċċess għar-reġistri amministrattivi) tar-regolament propost. Madankollu, il-BĊE jissuġġerixxi li l-qafas legali għandu bżonn jistabbilixxi d-determinazzjoni ta' arranġamenti prattiċi u “modalitajiet” biex ikun hemm aċċess effettiv, aktar milli “limiti u kundizzjonijiet”, billi dan jissuġġerixxi restrizzjoni bla bżonn ta' dak l-aċċess. |
1.5 |
L-Artikolu 253 tat-Trattat jistabbilixxi li regolamenti adottati konġuntament mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirreferu għal kull opinjoni li ntalbu li jiġu akkwistati skond it-Trattat. Il-BĊE għalhekk jissuġġerixxi li r-recitals għar-regolament propost iqisu din l-opinjoni tal-BĊE. |
2. Proposti t'abbozzar
Fejn il-parir tal-BĊE iwassal għal tibdiliet fir-regolament propost, il-proposti ta' abbozzar huma stabbiliti fl-Anness.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fl-14 ta' Novembru 2007.
Il-Viċi President tal-BĊE
Lucas D. PAPADEMOS
(1) COM(2007) 625.
ANNESS
PROPOSTI T'ABBOZZAR
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
||||||||
Emenda 1 |
|||||||||
Artikolu 20 — Trasmissjoni tad-data kunfidenzjali |
Artikolu 20 — Trasmissjoni tad-data kunfidenzjali |
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 1.3 ta' l-opinjoni |
|||||||||
Emenda 2 |
|||||||||
Artikolu 23 — Aċċess għar-reġistri amministrattivi Sabiex jitnaqqas il-piż fuq ir-rispondenti, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummisjoni (Eurostat) għandu jkollhom aċċess għas-sorsi tad-data amministrattiva, kull wieħed u waħda minnhom fl-oqsma t'attivita` ta' l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom, sakemm din id-data hija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistika Ewropea. L-arranġamenti prattiċi u l-limiti u l-kundizzjonijiet biex ikun hemm aċċess effettiv għandhom ikunu ddeterminati meta meħtieġ minn kull Stat Membru u l-Kummissjoni fl-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom. |
Artikolu 23 — Aċċess għar-reġistri amministrattivi Sabiex jitnaqqas il-piż fuq ir-rispondenti, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummisjoni (Eurostat) għandu jkollhom aċċess għas-sorsi tad-data amministrattiva, kull wieħed u waħda minnhom fl-oqsma t'attivita` ta' l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom, sakemm din id-data hija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistika Ewropea. L-arranġamenti prattiċi u l-modalitajiet l-limiti u l-kundizzjonijiet biex ikun hemm aċċess effettiv għandhom ikunu ddeterminati meta meħtieġ minn kull Stat Membru u l-Kummissjoni fl-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom |
||||||||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 1.4 ta' l-opinjoni |
|||||||||
Emenda 3 |
|||||||||
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkonsulta r-Regolatur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, |
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, Wara li kkonsulta r-Regolatur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, |
||||||||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 1.5 ta' l-opinjoni |
(1) It-tipa skura fil-qalba tat-test tindika fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ittri ngassati fil-qalba tat-test jindikaw fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid.