EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020HB0014
Recommendation of the European Central Bank of 19 March 2020 to the Council of the European Union on the external auditors of Latvijas Banka (ECB/2020/14) 2020/C 98/01
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Marzu 2020 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka (BĊE/2020/14) 2020/C 98/01
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Marzu 2020 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka (BĊE/2020/14) 2020/C 98/01
OJ C 98, 25.3.2020, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 98/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-19 ta’ Marzu 2020
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka (BĊE/2020/14)
(2020/C 98/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Latvijas Banka ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2019. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2020. |
(3) |
Latvijas Banka għażel lil SIA Ernst & Young Baltic bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2020 sa 2024, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi SIA Ernst & Young Baltic għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka għas-snin finanzjarji 2020 sal-2024.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ Marzu 2020.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE