EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020HB0001
Recommendation of the European Central Bank of 17 January 2020 on dividend distribution policies (ECB/2020/1)2020/C 30/01
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2020 dwar politiki għad-distribuzzjoni ta' dividendi (BĊE/2020/1)2020/C 30/01
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2020 dwar politiki għad-distribuzzjoni ta' dividendi (BĊE/2020/1)2020/C 30/01
OJ C 30, 29.1.2020, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 30/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-17 ta’ Jannar 2020
dwar politiki għad-distribuzzjoni ta' dividendi
(BĊE/2020/1)
(2020/C 30/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(6) u l-Artikolu 132 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 34 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (2),
Billi:
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkomplu jħejju għal applikazzjoni f’waqtha u sħiħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u jħejju għall-iskadenza tal-perijodu tranżitorju pprovdut mir-Regolament (UE) 2017/2395 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) biex jittaffa l-impatt negattiv potenzjalment sinifikanti fuq kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jirriżulta minn kontabilità tat-telf ta’ kreditu mistenni taħt IFRS 9 f’ambjent makroekonomiku u finanzjarju ta’ sfida, li jeżerċita pressjoni fuq il-profittabbiltà tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u, bħala riżultat, fuq il-kapaċità tagħhom li jibnu l-bażijiet kapitali tagħhom. Barra minn hekk, waqt li huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jiffinanzjaw l-ekonomija, politika ta’ distribuzzjoni konservattiva hija parti minn sistema adegwata ta’ ġestjoni tar-riskju u sistema bankarja soda. Għandu jiġi applikat l-istess metodu li ġie stabbilit fir-Rakkomandazzjoni BĊE/2019/1 tal-Bank Ċentrali Ewropew (6),
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
I.
1. |
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jistabbilixxu politiki ta’ dividendi billi jużaw suppożizzjonijiet konservattivi u prudenti sabiex, wara kull distribuzzjoni, jissodisfaw ir-rekwiżiti kapitali applikabbli u l-eżiti tal-proċess superviżorju ta’ rieżami u evalwazzjoni (SREP).
Dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfatti fuq livell ikkonsolidat u, jekk applikabbli, subkonsolidat, kif ukoll fuq bażi individwali ħlief jekk l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali tkun ġiet irrinunzjata fuq bażi individwali, kif stipulat fl-Artikoli 7 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
2. |
Fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jħallsu dividendi (8) fl-2020 għas-sena finanzjarja 2019, il-BĊE jirrakkomanda li:
L-Istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex kapaċi jikkonformaw ma’ din ir-Rakkomandazzjoni għaliex iqisu li huma legalment meħtieġa li jħallsu dividendi għandhom jikkuntattjaw lit-tim superviżorju konġunt tagħhom minnufih. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-kategoriji 1, 2, u 3 kif imsemmi fil-paragrafu 2(a), (b) u (c) ukoll huma mistennija li jissodisfaw il-gwida tal-Pilastru 2. Jekk istituzzjoni ta’ kreditu topera jew tistenna li ser topera taħt il-gwida tal-Pilastru 2, hija għandha tikkuntattja minnufih lit-tim superviżorju konġunt tagħha minnufih. Il-BĊE għandu jirrevedi r-raġunijiet għaliex il-livell ta’ kapital tal-istituzzjoni ta’ kreditu waqa’, jew huwa mistenni li jaqa’, u għandu jikkunsidra li jieħu miżuri speċifiċi għall-istituzzjoni li jkunu xierqa u proporzjonati. Fil-politika tagħhom dwar id-dividendi u l-ġestjoni tal-kapital, l-istituzzjonijiet huma mistennija wkoll li jqisu l-impatt potenzjali fuq id-domanda kapitali minħabba bidliet futuri fl-oqfsa legali, regolatorji u ta’ kontabbiltà tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni speċifika għall-kuntrarju, ir-rekwiżiti futuri tal-Pilastru 2 u l-gwida tal-Pilastru 2 użati fl-ippjanar tal-kapital huma mistennija li jkunu għoljin ta’ mill-inqas daqs il-livelli attwali. |
II.
Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lil entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni kif iddefiniti fil-punti (16) u (22) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17).
III.
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata wkoll lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet nominati fir-rigward ta’ entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni kif iddefiniti fil-punti (7) u (23) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17). L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet nominati huma mistennija li japplikaw din ir-Rakkomandazzjoni għal dawk l-entitajiet u gruppi, kif jidhrilhom li huwa xieraq (10).
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Jannar 2020.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 06 Vol. 02 p. 16.).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(5) Ir-Regolament (UE) 2017/2395 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' arranġamenti transizzjonali biex jittaffa l-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 fuq il-fondi proprji u għat-trattament tal-iskoperturi l-kbar ta' ċerti skoperturi fis-settur pubbliku denominati fil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 27).
(6) Ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2019/1 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Jannar 2019 dwar politiki għad-distribuzzjoni ta’ dividendi (ĠU C 11, 11.1.2015, p. 1).
(7) Ir-riżervi kollha huma f’livelli mgħobbija totalment.
(8) L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jista’ jkollhom diversi forom legali, eż. kumpaniji elenkati u kumpanniji mhux b’ishma konġunti bħal kumpaniji reċiproki, kooperattivi jew istituzzjonijiet ta’ tfaddil. It-terminu “dividend” kif użat f’din ir-rakkomandazzjoni jirreferi għal kwalunkwe tip ta’ ħlas fi flus kontanti li jkun soġġett għall-approvazzjoni tal-assemblea ġenerali.
(9) Fil-prattika, dan ifisser li għall-bqija tal-perijodu tranżitorju, l-istituzzjonijiet ta' kreditu fil-prinċipju għandhom iżommu ta' mill-inqas l-ammont pro rata fis-sena tad-distakk lejn il-proporzjon tal-kapital tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1 tagħhom li jkun totalment mgħobbi, il-proporzjon tal-kapital tagħhom Grad 1 u l-proporzjon tal-kapital totali tagħhom, kif imsemmi fil-paragrafu 1(e).
(10) Jekk din ir-Rakkomandazzjoni tiġi applikata lil entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni, li jqisu lilhom infushom li ma jistgħux jikkonformaw għaliex jifhmu li huma legalment meħtieġa li jħallsu dividendi, huma għandhom jikkuntattjaw minnufih lill-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom.