EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019AB0028
Opinion of the Governing Council of the European Central Bank of 25 July 2019 on a Council recommendation on the appointment of the President of the European Central Bank (CON/2019/28)
Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2019 dwar rakkomandazzjoni mill-Kunsill dwar il-ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2019/28)
Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2019 dwar rakkomandazzjoni mill-Kunsill dwar il-ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2019/28)
OJ C 258, 1.8.2019, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 258/2 |
OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-25 ta’ Lulju 2019
dwar rakkomandazzjoni mill-Kunsill dwar il-ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew
(CON/2019/28)
(2019/C 258/02)
Introduzzjoni u bażi legali
Fis-16 ta’ Lulju 2019, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2019 dwar il-ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (1).
Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Osservazzjonijiet ġenerali
1. |
Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li ġiet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew u li dwarha qegħdin jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrakkomanda li Christine LAGARDE tinħatar President tal-BĊE għal terminu ta’ tmien snin b’effett mill-1 ta’ Novembru 2019. |
2. |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-opinjoni illi l-kandidata proposta hija persuna ta’ statura rikonoxxuta u b’esperjenza professjonali fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat. |
3. |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu l-ebda oġġezzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex Christine LAGARDE tinħatar bħala l-President tal-BĊE. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Lulju 2019.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI