EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018HB0025

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Ottubru 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ De Nederlandsche Bank (BĊE/2018/25)

OJ C 394, 30.10.2018, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 394/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta’ Ottubru 2018

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ De Nederlandsche Bank

(BĊE/2018/25)

(2018/C 394/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIVE TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali ta’ De Nederlandsche Bank, Deloitte Accountants B.V., jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2018. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2019.

(3)

De Nederlandsche Bank għażel lil KPMG Accountants N.V. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2019 sa 2022, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż fuq bażi annwali sas-sena finanzjarja 2025,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li KPMG Accountants N.V. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji 2019 sa 2022, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż fuq bażi annwali sas-sena finanzjarja 2025.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Top