EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018HB0023

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Ottubru 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas (BĊE/2018/23)

OJ C 370, 12.10.2018, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-4 ta’ Ottubru 2018

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas

(BĊE/2018/23)

(2018/C 370/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Lietuvos bankas, UAB Pricewaterhouse Coopers, intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2017.

(3)

Bir-Rakkomandazzjoni BĊE/2018/15 tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), il-BĊE rrakkomanda li UAB Deloitte Lietuva jinħatru bħala awdituri esterni tal-Lietuvos bankas għas-snin finanzjarji 2018 sa 2021. UAB Deloitte Lietuva ma laqgħux il-ħatra u għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2018.

(4)

Lietuvos bankas għażel lil Ernst & Young Baltic bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sa 2021,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi UAB Ernst & Young Baltic għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka għas-snin finanzjarji 2018 sa 2021.

Magħmul fi Frankfurt am Main, ir-4 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Rakkomandazzjoni (UE) BĊE/2018/15 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas (ĠU C 181, 28.5.2018, p. 1).


Top