EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018HB0015
Recommendation of the European Central Bank of 18 May 2018 to the Council of the European Union on the external auditors of Lietuvos bankas (ECB/2018/15)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas (BĊE/2018/15)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas (BĊE/2018/15)
OJ C 181, 28.5.2018, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 181/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta’ Mejju 2018
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas
(BĊE/2018/15)
(2018/C 181/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Lietuvos bankas, UAB Pricewaterhouse Coopers, intemm wara l-verifika g]as-sena finanzjarja 2017. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2018. |
(3) |
Lietuvos bankas għażel lil UAB Deloitte Lietuva bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sa 2021, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi UAB Deloitte Lietuva jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Lietuvos bankas għas-snin finanzjarji 2018 sa 2021.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ Mejju 2018.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI