EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0614
Decision (EU) 2020/614 of the European Central Bank of 30 April 2020 amending Decision (EU) 2019/1311 on a third series of targeted longer-term refinancing operations (ECB/2020/25)
Deċiżjoni (UE) 2020/614 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta’ April 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2020/25)
Deċiżjoni (UE) 2020/614 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta’ April 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2020/25)
OJ L 141, 5.5.2020, p. 28–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/28 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/614 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-30 ta’ April 2020
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2020/25)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 2.1, it-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2014/60) (1),
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 1(4) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), il-Kunsill Governattiv jista’, f’kull ħin, ibiddel l-għodod, l-istrumenti, ir-rekwiżiti, il-kriterji u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. |
(2) |
Din id-Deċiżjoni pprovdiet għat-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTROs-III) li għandhom jitwettqu fuq il-perjodu ta’ bejn Settembru 2019 u Marzu 2021. |
(3) |
Fil-12 ta' Marzu 2020, sabiex jappoġġja s-self bankarju lil dawk l-aktar affettwati mit-tifrix tal-marda tal-coronavirus (COVID-19), b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jbiddel ċerti parametri ewlenin tat-TLTRO-III. Fit-16 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/407 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/13) (2) sabiex jimplimenta xi wħud minn dawn it-tibdiliet. Din id-Deċiżjoni hija meħtieġa sabiex jiġu implimentati t-tibdiliet addizzjonali deċiżi mill-Kunsill Governattiv, b’mod partikolari sabiex jiġi pprovdut għal tnaqqis temporanju fir-rati tal-imgħax applikati għat-TLTROs-III kollha u sabiex jitnaqqas il-limitu tal-prestazzjoni tas-self taħt ċerti kundizzjonijiet. |
(4) |
Fir-rigward tad-deċiżjoni biex jitbaxxa l-livell limitu tal-prestazzjoni tas-self, il-Kunsill Governattiv, fit-12 ta’ Marzu 2020, iddeċieda li għandu jitnaqqas għal 0% fir-rigward tal-perjodu bejn l-1 ta’ April 2020 u l-31 ta’ Marzu 2021. Sabiex jitqies ukoll il-kreditu diġà pprovdut mill-banek mill-bidu tal-kriżi tal-marda tal-coronavajrus (COVID-19) fl-Ewropa, id-data tal-bidu ta’ dak il-perjodu qed titmexxa għall-1 ta’ Marzu 2020, hekk kif ġie deċiż fit-30 ta’ April 2020, filwaqt li d-data tat-tmiem ser tibqa’ l-istess fil-31 ta’ Marzu 2021. Barra minnhekk, biex tkopri t-tnaqqis mistenni fis-self mill-banek mill-1 ta’ Marzu 2020, id-devjazzjoni mill-kriterju ta' referenza ta' ammont pendenti biex jinkiseb l-iskont massimu permezz tal-kriterji tal-prestazzjoni tas-self preċedenti hija mnaqqsa għal 1.15% minn 2.5%. |
(5) |
Barra minn hekk, nhar it-30 ta’ April 2020, sabiex jingħata aktar appoġġ lill-għoti ta’ kreditu lil unitajiet domestiċi u lil ditti f’dan iż-żmien ta’ tfixkil ekonomiku u inċertezza kbira prevalenti, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jipprovdi tnaqqis temporanju addizzjonali fir-rati tal-imgħax applikati għat-TLTROs-III kollha taħt ċerti kundizzjonijiet. |
(6) |
Sabiex dawn il-parametri aġġustati jiġu applikati b’effett immedjat, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien. |
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) Nru 2019/1311 (BĊE/2019/21) tkun emendata kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 (BĊE/2019/21) hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej;
|
2. |
L-Artikolu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Imgħax 1. Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħuda b'self taħt kull TLTRO-III minn parteċipanti li s-self nett eliġibbli tagħhom matul il-perjodu ta' referenza speċjali jkun daqs jew jaqbeż il-punt ta' riferiment ta' tislif nett għandha tiġi kkalkolata kif ġej, soġġetta għall-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(3a):
2. Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħudin b'self taħt kull TLTRO-III minn parteċipanti li s-self nett eliġibbli tagħhom matul il-perjodu ta' referenza ikun anqas mill-punt ta' riferiment tat-tislif nett tagħhom iżda li s-self nett eliġibbli tagħhom matul il-perjodu ta' referenza speċjali jaqbeż il-punt ta' riferiment tat-tislif nett għandha tiġi kkalkolata kif ġej:
3. Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħudin b'self taħt kull TLTRO-III minn parteċipanti li s-self nett eliġibbli tagħhom, kemm matul il-perjodu ta' referenza speċjali u anki matul it-tieni perjodu ta' referenza, ikun anqas mill-punt ta' riferiment tat-tislif nett tagħhom għandha tiġi kkalkolata kif ġej:
4. Aktar dettalji dwar il-kalkoli tar-rati tal-imgħax huma stabbiliti fl-Anness I. Ir-rata tal-imgħax finali u d-data rilevenati dwar il-kalkolu tagħha, għandhom jiġu kkomunikati lill-parteċipanti f’konformità mal-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE. 5. L-imgħax għandu jitħallas bl-arretrati mal-maturazzjoni ta' kull TLTRO-III jew mal-ħlas lura bikri kif previst fl-Artikolu 5a, skont kif ikun applikabbli. 6. Jekk, minħabba l-eżerċitar ta' rimedji disponibbli għal BĊN skont l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji tiegħu, parteċipant ikun meħtieġ li jħallas lura l-ammonti pendenti tat-TLTRO-III qabel ma tiġi kkomunikata d-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment ta' ammont pendenti u l-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax riżultanti, jekk ikun hemm, lil dak il-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt kull TLTRO-III għandha tiġi stabbilita: (a) għall-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi; u (b) għall-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, ir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament fuq il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva sad-data li fiha kien meħtieġ li jsir il-ħlas lura mill-BĊN. Jekk dak il-ħlas lura jkun meħtieġ wara d-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti u l-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax riżultanti, jekk ikun hemm, ikunu ġew ikkomunikati lill-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt kull TLTRO-III għandha tiġi ffissata f’konformità mal-paragrafi 1 sa 3.”. |
3. |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej;
|
4. |
Fl-Artikolu 7(1), il-punti (b), (d) u (e) huma ssostitwiti b’dan li ġej:
|
5. |
L-Annessi I u II huma emendati f'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Mejju 2020.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-30 ta’ April 2020.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(2) Deċiżjoni (UE) 2020/407 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2020/13) (ĠU L 80, 17.3.2020, p. 23).
ANNESS
L-Annessi I, II u t-tabella B ta' rapportar tat-TLTRO-III huma emendati kif ġej:
1. |
Fl-Anness I, it-Taqsima 3 hija ssostitwita b’din li ġejja: |
“‘3. Kalkolu tar-rata tal-imgħax
A. |
Ħalli tindika l-ammont ta’ tislif nett eliġibbli matul il-perjodu ta’ referenza speċjali mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Marzu 2021. |
B. |
Ħalli tindika l-ammont miksub billi jingħaddu flimkien it-tislif nett eliġibbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ April 2019 u l-31 ta’ Marzu 2021 u l-ammont pendenti ta’ tislif eliġibbli sal-31 ta’ Marzu 2019; dan huwa kkalkolat bħala: . Indika issa permezz ta’ id-devjazzjoni perċentwali ta’ mill-punt ta' riferiment ta' ammont pendenti matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2019 u l-31 ta' Marzu 2021, jiġifieri, EX titqarreb sal-eqreb 15-il pożizzjoni deċimali. Fejn OAB huwa żero, EX jitqies daqs 1.15. |
C. |
Ħalli tkun il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (MRO) applikabbli tul il-ħajja tat-TLTRO-III u espressa bħala rata perċentwali annwali u ħalli tkun il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu (DF) applikabbli tul il-ħajja tat-TLTRO-III k, fejn ir-rata tal-imgħax applikabbli tirreferi għall-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, u espressa bħala rata perċentwali annwali, jiġifieri: Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq (għal k=1,…,7) tindika n-numru ta’ jiem tat-TLTRO-III k u fejn l-MRO ssir taħt reġim ta’ allokazzjoni sħiħa b’rata fissa tindika r-rata applikata għall-MRO fil-ġurnata t tat-TLTRO-III k, jew, fejn l-MRO ssir taħt proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli, tindika r-rata minima tal-offerta applikata għall-MRO fil-ġurnata t tat-TLTRO-III k, u f’kull każ tiġi espressa bħala rata perċentwali annwali. Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq tindika r-rata applikata għall-faċilità ta’ depożitu fil-ġurnata t tat-TLTRO-III k, u espressa bħala rata perċentwali annwali. |
D. |
Ħalli kspeċjali tfisser li l-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali jkun il-perjodu mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta' Ġunju 2021, u krol tindika ż-żewġ perjodi li jikkostitwixxu l-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III k rispettiva (b’referenza għall-perjodu mid-data ta’ ħlas tat-TLTRO-III rispettiva sat-23 ta’ Ġunju 2020 u l-perjodu mill-24 ta' Ġunju 2021 sal-maturità tat-TLTRO-III rispettiva jew sad-data tal-ħlas lura bikri tagħha, skont kif ikun applikabbli). Ħalli tkun il-medja tar-rata tal-MRO applikabbli matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta' Ġunju 2020 sat-23 ta' Ġunju 2021 tat-TLTRO-III k espressa bħala rata perċentwali annwali u ħalli tkun il-medja tar-rata DF applikabbli matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta’ Ġunju 2021 tat-TLTRO-III k u f'kull każ espress bħala rata perċentwali annwali, jiġifieri: Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq tindika n-numru ta’ jiem tal-perjodu tat-TLTRO-III k u, fejn l-MRO ssir taħt reġim ta’ allokazzjoni sħiħa b’rata fissa tindika r-rata applikata għall-MRO fil-ġurnata t tal-perjodu tat-TLTRO-III k, jew, fejn l-MRO ssir taħt proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli, tindika r-rata minima tal-offerta applikata għall-MRO fil-ġurnata t tal-perjodu tat-TLTRO-III k, u f’kull każ tiġi espressa bħala rata perċentwali annwali. Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq tindika r-rata applikata għall-faċilità ta’ depożitu fil-ġurnata t tal-perjodu tat-TLTRO-III k, u espressa bħala rata perċentwali annwali. |
E. |
Ħalli l-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax, fejn applikabbli, imkejjel bħala frazzjoni tal-kuritur medju bejn u , jiġi indikat ; |
F. |
Ħalli r-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għall-ħajja sħiħa tat-TLTRO-III k (rata tal-imgħax finali), espressa bħala rata perċentwali annwali, tkun indikata Ħalli r-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal perjodu , b’j = speċjali jew rol, ta’ TLTRO-III k, espressa bħala rata perċentwali annwali, tkun indikata . |
G. |
Ir-rata tal-imgħax hija ddefinita bħala: Fl-ekwazzjoni ta’ hawn fuq jindika n-numru ta’ ġranet tal-perjodu tat-TLTRO-III k. |
Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal kull TLTRO-III k hija kkalkolata kif ġej:
a) |
Jekk parteċipant ikun daqs jew jaqbeż il-punt ta' riferiment tat-tislif nett fil-perijodu ta' referenza speċjali, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:
|
b) |
Jekk parteċipant ma jkunx daqs jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett fil-perjodu ta’ referenza speċjali iżda jaqbeż il-punt ta’ riferiment tal-ammont pendenti ta’ self eliġibbli matul it-tieni perjodu ta’ referenza b’tal-anqas 1.15 %, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:
|
c) |
Jekk parteċipant ma jkunx daqs jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett fil-perjodu ta’ referenza speċjali iżda jaqbeż il-punt ta’ riferiment tal-ammont pendenti ta’ self eliġibbli matul it-tieni perjodu ta’ referenza b’anqas minn 1.15 %, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:
|
(d) |
Jekk parteċipant ma jkunx daqs jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett fil-perjodu ta’ referenza speċjali u lanqas ma jaqbeż il-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti fit-tieni perijodu ta' referenza, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:
L-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax () jiġi espress bi tqarrib sa 15-il pożizzjoni deċimali. Ir-rati tal-imgħax u jiġu espressi bi tqarrib sa 15-il pożizzjoni deċimali. Ir-rata tal-imgħax finali tiġi espressa bħala rata perċentwali annwali, imqarrba sar-raba' pożizzjoni deċimali.” |
2. |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
“TLTRO-III mudell tar-rapportar B