EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0441
Decision (EU) 2020/441 of the European Central Bank of 24 March 2020 amending Decision (EU) 2016/948 of the European Central Bank on the implementation of the corporate sector purchase programme (ECB/2020/18)
Deċiżjoni (UE) 2020/441 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2020/18)
Deċiżjoni (UE) 2020/441 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2020/18)
OJ L 91, 25.3.2020, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/5 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/441 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-24 ta’ Marzu 2020
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv
(BĊE/2020/18)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar ’il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu joperaw fis-swieq finanzjarji billi, fost affarijiet oħra, jixtru u jbiegħu strumenti negozjabbli b’mod definittiv, sabiex jilħqu l-għanijiet tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. |
(2) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/16) (1), stabbilixxiet programm ta' xiri mis-settur korporattiv (CSPP). Flimkien mat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti, il-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti b'assi u l-programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku mis-swieq sekondarji, is-CSPP huwa parti mill-programm ta' xiri ta' assi estiż (APP) tal-BĊE. L-għan tal-APP huwa li jtejjeb it-trasmissjoni tal-politika monetarja, jiffaċilita l-għoti ta' kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro, iħaffef il-kundizzjonijiet għat-teħid ta' self minn unitajiet domestiċi u ditti, u jappoġġa l-konverġenza sostnuta tar-rati tal-inflazzjoni għal livelli li huma taħt, iżda qrib għal, 2 % fuq medda ta' żmien medju, b'mod konsistenti mal-għan ewlieni tal-BĊE li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. |
(3) |
Filwaqt li kkunsidra ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali mill-aspett ekonomiku u finanzjarju li huma marbuta mat-tixrid tal-marda coronavirus 2019 (COVID-19), fit-18 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jespandi l-firxa ta’ assi eliġibbli taħt is-CSPP għal dokumenti kummerċjali mhux finanzjarji, b'hekk id-dokumenti kummerċjali kollha jsiru ta’ kwalità ta’ kreditu suffiċjenti eliġibbli għal xiri taħt is-CSPP. |
(4) |
Sabiex ikun hemm reazzjoni fil-pront għas-sitwazzjoni pandemika attwali, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2016/948 (BĊE/2016/16) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2016/948 (BĊE/2016/16) il-punt 2 huwa mibdul b’dan li gej:
‘2. Jekk strument ta' dejn negozjabbli għandu maturità inizjali ta' 365/366 jum jew inqas, il-maturità rimanenti minima għandha tkun ta’ 28 jum fiż-żmien meta jinxtara mill-bank ċentrali relevanti tal-Eurosistema.
Jekk strument ta' dejn negozjabbli għandu maturità inizjali ta’ 367 jum jew iktar, il-maturità rimanenti minima għandha tkun ta' 30 sena u 364 jum fiż-żmien meta jinxtara mill-“bank” ċentrali relevanti tal-Eurosistema.’
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 24 ta’ Marzu 2020.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2016/16) (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 28).