EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019O0017

Linja gwida (UE) 2019/1335 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2019 li temenda l-Linja gwida (UE) 2018/876 dwar ir-Reġistru ta' Dejta dwar Istituzzjonijiet u Affiljati (BĊE/2019/17)

OJ L 208, 8.8.2019, p. 47–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2019/1335/oj

8.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/47


LINJA GWIDA (UE) 2019/1335 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta' Ġunju 2019

li temenda l-Linja gwida (UE) 2018/876 dwar ir-Reġistru ta' Dejta dwar Istituzzjonijiet u Affiljati (BĊE/2019/17)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 127(2) u (5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 5.1, 12.1 u 14.3 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iżomm ir-Reġistru ta' Dejta dwar Istituzzjonijiet u Affiljati (RIAD), li huwa sett ta' dejta kondiviż għas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) ta' dejta ta' referenza dwar unitajiet istituzzjonali legali u statistiċi oħrajn.

(2)

Ir-RIAD għandu jkollu dejta neċessarja għal xi tibdiliet fil-parametri referenzjarji fis-swieq monetarji biex jingħata appoġġ aħjar lil proċessi tan-negozju madwar l-Eurosistema u t-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ. F'dan il-kuntest ir-RIAD għandu jkollu dejta aġġornata u relevanti għad-determinazzjoni tar-rata tal-euro fuq terminu qasir skont l-Artikolu 8(5) tal-Linja gwida (UE) 2019/1265 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/19) (1). Għalhekk, jenħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 22 tal-Linja gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/16) (2) biex jipprovdi għal dan.

(3)

Il-ġbir u r-rapportar ta' informazzjoni statistika dwar fondi tal-pensjoni (PFs) skont ir-Regolament (UE) 2018/231 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/2) (3) huma meħtieġa biex jappoġġjaw lill-BĊE fit-twettiq ta' analiżi monetarja u finanzjarja, u għall-kontribut tas-SEBĊ għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Għaldaqstant, il-PFs għandhom jiġu rreġistrati fir-RIAD. Peress li d-dejta tar-RIAD tintuża għat-tħejjija ta' listi uffiċjali ta' istituzzjonijiet finanzjarji, għandha tiġi ppubblikata lista ġdida ta' PFs. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġi aġġornat il-Kapitolu VI tal-Linja gwida (UE) 2018/876 (BĊE/2018/16) b'rabta mad-dispożizzjonijiet seċifiċi dwar ir-reġistrazzjoni ta' dejta ta' referenza għall-pubblikazzjoni tal-lista ta' PFs.

(4)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta' kontropartijiet fifil-bażi ta' dejta komuni ta' mikrodejta analitika dwar il-kreditu (iktar 'il quddiem “AnaCredit”) mill-aġenti li jirrapportaw skont ir-Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/13) (4) u l-Linja gwida (UE) 2017/2335 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/38) (5), valur ta' attribut addizzjonali għall-istatus ta' kunfidenzjalità ta' dejta rreġistrata f'RIAD għandu jiġi inkluż fil-mudell ta' skambju ta' dejta ta' RIAD. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 10 tal-Linja gwida (UE) 2018/876 (BĊE/2018/16) biex jipprovdi għal dan.

(5)

L-emendi għall-Anness I u II huma meħtieġa biex jirriflettu d-dispożizzjonijiet ġodda dwar ir-rata tal-euro fuq terminu qasir u l-PFs.

(6)

Għalhekk, il-Linja gwida (UE) 2018/876 (BĊE/2018/16) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja gwida (UE) 2018/876 (BĊE/2018/16) hija emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

“2.   RIAD għandu jkun is-sett ta' dejta kondiviż tas-SEBĊ ta' dejta ta' referenza dwar entitajiet individwali u r-relazzjonijiet bejniethom. RIAD għandu jiffaċilita l-integrazzjoni tas-CSDB, l-SHSDB u AnaCredit, kif ukoll is-settijiet ta' dejta dwar istituzzjonijiet finanzjarji monetarji, fondi ta' investiment, korporazzjonijiet li huma vetturi finanzjarji involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni, istituzzjonijiet li huma relevanti għal statistiċi dwar ħlasijiet, korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni, ipprovduti skont l-atti legali rispettivi tal-BĊE dwar ir-rekwiżiti ta' rapportar statistiku ta' dawn l-entitajiet. RIAD b'hekk għandu jappoġġja lis-SEBĊ billi jippermettilha tislet, fost affarijiet oħrajn, skoperturi bankarji kkonsolidati u l-livelli ta' djun ta' min jissellef fuq bażi kkonsolidata.”;

2.

fl-Artikolu 2, qegħdin jiżdiedu d-definizzjonijiet li ġejjin:

“(28)

‘fond ta' pensjoni’ jew ‘PF’ għandha l-istess tifsira kif iddefinita fil-punt 1 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2018/231 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/2) (*1);

(29)

‘rata tal-euro fuq terminu qasir’ għandha l-istess tifsira kif iddefinita fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tal-Linja gwida (UE) 2019/1265 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/19) (*2);

(30)

‘sponsor’ għandha l-istess tifsira bħal ‘impriża sponsor’ kif iddefinita fil-punt 3 tal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3);

(31)

‘maniġer tal-pensjoni’ għandha l-istess tifsira kif stipulat fil-paragrafu 5.185 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013;

(32)

‘informazzjoni statistika kunfidenzjali’ għandha l-istess tifsira kif iddefinita fil-punt 12 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;

(*1)  Regolament (UE) 2018/231 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Jannar 2018 dwar rekwiżiti ta' rappurtar statistiku għal fondi tal-pensjoni (BĊE/2018/2) (ĠU L 45, 17.2.2018, p. 3)."

(*2)  Linja gwida (UE) 2019/1265 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Lulju 2019 dwar ir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR) (BĊE/2019/19) (ĠU L 199, 26.7.2019, p. 8)."

(*3)  Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).”;"

3.

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“1.   Skont ir-reġim ta' kunfidenzjalità stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98, dejta ta' referenza kunfidenzjali m'għandhiex tiġi ppubblikata. L-informazzjoni statistika meħuda minn sorsi li huma disponibbli għall-pubbliku skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali m'għandhiex titqies bħala kunfidenzjali u l-informazzjoni rreġistrata fir-RIAD normalment tiġi ppubblikata mill-entitajiet legali li magħhom tkun relatata. Kull dejta ta' referenza li ma tkunx inġabret oriġinarjament taħt il-qafas legali tas-SEBĊ għall-istatistika għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità, li japplikaw għad-dejta. Dawn jinkludu pereżempju dispożizzjonijiet ta' kunfidenzjalità ta' oqfsa legali mhux statistiċi, li taħthom tkun inġabret id-dejta, u ta' kuntratti mal-entità relevanti li tkun ipprovdiet id-dejta.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

“2.   Il-BĊNi għandhom jiddikjaraw l-istatus ta' kunfidenzjalità ta' kull valur ta' attribut li jiddeskrivi entità billi jingħażel wieħed mill-valuri definiti minn qabel:

(a)

‘F’ tfisser ħieles, jiġifieri mhux kunfidenzjali u jista' jsir pubbliku;

(b)

‘N’ tfisser li valur ta' attribut jista' jiġi rilaxxat biss għall-użu tas-SEBĊ u ta' istituzzjonijiet li għalihom hemm fis-seħħ memorandum ta' ftehim, jiġifieri mhux għal rilaxx estern;

(c)

‘C’ tfisser informazzjoni statistika kunfidenzjali jew informazzjoni mhux miġbura oriġinarjament taħt il-qafas legali tas-SEBĊ għall-istatistika li tkun soġġetta għal restrizzjonijiet ta' kunfidenzjalità; jew

(d)

‘R’ tfisser li, minbarra l-użi permessi taħt 2(b) ta' dan l-Artikolu, valur ta' attribut jista' jiġi kondiviż mal-aġent li jirrapporta, li jkun ipprovda dik l-informazzjoni, u - soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni ta' kunfidenzjalità applikabbli – ma' aġenti oħrajn li jirrapportaw, jiġifieri rilaxx ristress biss.”;

(c)

il-paragrafu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

“3.   Il-BĊE għandu jittratta l-informazzjoni pprovduta li tipproteġi l-kunfidenzjalità b'mod xieraq, sabiex il-BĊE ma jippubblikax dejta mmarkata bħala ‘C’, ‘N’ jew ‘R’. Fir-rigward ta' miżuri kwantitattivi mmarkati bħala ‘C’, ‘N’ jew ‘R’, il-BĊE jista', madankollu, jippubblika jew iqassam firxa ta' klassijiet ta' daqs.”;

(d)

il-paragrafu 4 huwa mibdul b'dan li ġej:

“4.   Il-LEI u kull identifikatur użat pubblikament, inklużi l-identifikaturi amministrattivi, dejjem għandu jkollhom il-valur ‘F’.”;

(e)

il-paragrafu 6 huwa mibdul b'dan li ġej:

“6.   L-attributi li ġejjin dejjem għandu jkollhom il-valur ‘F’ għal entitajiet li l-attributi tagħhom huma elenkati fl-Anness I u ‘F’. ‘R’ jew ‘N’ għal entitajiet li l-attributi tagħhom huma elenkati fl-Anness II:

(a)

isem;

(b)

settur istituzzjonali.”;

4.

L-Artikolu 18a li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 18a

Reġistrazzjoni ta' data ta' referenza għal PFs

1.   Sabiex jippermettu l-istabbiliment u ż-żamma tal-lista tal-PFs imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/231 (BĊE/2018/2), il-BĊNi għandhom jirreġistraw fir-RIAD l-attributi speċifikati fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I ta' din il-Linja gwida fl-intervalli preskritti. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw kwalunkwe aġġornament ta' dawn l-attributi, b'mod partikolari meta PF jingħaqad ma' jew jitlaq mill-popolazzjoni ta' PF, u għandhom jirreġistrawhom f'RIAD fuq bażi trimestrali, fi żmien tliet xhur wara kull tmiem tat-trimestru għall-attributi trimestrali u fuq bażi annwali, fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tas-sena għall-attributi annwali.

2.   Fl-ewwel sottomissjoni tal-lista ta' PFs, il-BĊNi għandhom jirreġistraw fir-Riad dejta ta' referenza trimestrali kompluta kif speċifikat fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għal din il-Linja gwida sa mhux aktar tard mit-2 ta' Ottubru 2019. Il-BĊNi għandhom jirreġistraw l-attributi annwali fir-RIAD sal-31 ta' Marzu 2020.

3.   Fejn PF hija fergħa, ir-relazzjonijiet tagħha mas-sede mhux residenti tagħha għandhom jiġu rreġistrati fir-RIAD. Bil-maqlub, fejn PF hija sede, ir-relazzjonijiet tagħha mal-fergħat tagħha residenti fi Stati Membri oħrajn li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu rreġistrati fir-RIAD.

4.   Ir-relazzjonijiet bejn il-PFs u l-kumpaniji maniġerjali u l-isponsors għandhom jiġu rreġistrati fir-RIAD, kif applikabbli. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, it-terminu ‘kumpaniji maniġerjali’ għandu jirreferi għall-maniġers tal-pensjonijiet fir-rigward tad-dejta li għandha tiġi rrapportata minn dawn l-entitajiet skont ir-Regolament (UE) 2018/231 (BĊE/2018/2).”;

5.

L-Artikolu 19 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 19

Pubblikazzjoni regolari ta' settijiet ta' dejta

Il-BĊE għandu jippubblika s-settijiet ta' dejta elenkati hawn isfel skont kif ġej:

1.

Sas-18.00 CET ta' kull ġurnata tax-xogħol, il-BĊE għandu jagħmel kopja tas-sett ta' dejta MFI disponibbli fuq is-sit elettroniku tiegħu.

2.

Sas-18.00 CET fir-raba' jum tax-xogħol wara l-iskadenza għat-trasmissjoni tal-aġġornamenti, il-BĊE għandu jagħmel kopja tas-sett ta' dejta IF disponibbli fuq is-sit elettroniku tiegħu.

3.

Sas-18.00 CET fit-tieni jum tax-xogħol wara l-iskadenza għat-trasmissjoni tal-aġġornamenti, il-BĊE għandu jagħmel kopja tas-sett ta' dejta FVC disponibbli fuq is-sit elettroniku tiegħu.

4.

Sas-18.00 CET fl-aħħar jum tax-xogħol tax-xahar wara x-xahar tal-iskadenza għat-trasmissjoni ta' aġġornamenti, il-BĊE għandu jagħmel kopja tas-sett ta' dejta PSRI disponibbli fuq is-sit elettroniku tiegħu.

5.

Sas-18.00 CET fir-raba' jum tax-xogħol wara x-xahar tal-iskadenza għat-trasmissjoni tal-aġġornamenti, il-BĊE għandu jagħmel kopja tas-sett ta' dejta IC disponibbli fuq is-sit elettroniku tiegħu.

6.

Sas-18.00 CET fir-raba' jum tax-xogħol wara x-xahar tal-iskadenza għat-trasmissjoni tal-aġġornamenti, il-BĊE għandu jagħmel kopja tas-sett ta' dejta PF disponibbli fuq is-sit elettroniku tiegħu.

F'kull każ is-sett ta' dejta relevanti għandu jkun il-lista ta' entitajiet msemmija fir-regolament rispettiv tal-BĊE għar-rapportar statistiku skont it-tip ta' entità kkonċernata.”;

6.

L-Artikolu 22 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 22

Dejta ta' referenza rilevanti għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48)

1.   Il-BĊNi kompetenti għandhom jiżguraw li d-dejta ta' referenza għal entitajiet li għalihom ikunu ġew assenjati LEIs u li huma relevanti għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) jiġu rreġistrati fir-RIAD. Il-BĊNi għandhom jirreġistraw kwalunkwe dejta ta' referenza nieqsa fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol ta' notifika mill-BĊE tad-dejta ta' referenza nieqsa li tkun relevanti għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48). Il-BĊE għandu jinnotifika lill-BĊNi fuq bażi ta' kull ġimgħa dwar liema dejta ta' referenza hija relevanti għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48). Il-BĊNi kompetenti għandhom ikomplu jaġġornaw id-dejta ta' referenza għal entitajiet li huma relevanti għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) u li huma rreġistrati fir-RIAD, hekk kif isiru jafu dwar bidla għal attribut wieħed jew aktar.

2.   Ir-rata tal-euro fuq terminu qasir hija bbażata fuq subsett ta' dejta rrapportata skont ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48). Meta entità li għaliha jkun ġie assenjat LEI tkun relevanti għad-determinazzjoni tar-rata tal-euro fuq terminu qasir, il-BĊNi għandhom jirreġistraw fir-RIAD il-klassifikazzjoni tas-settur taħt is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 2010 (‘l-ESA 2010’) u l-attributi l-oħrajn elenkati fl-Anness II għal dik l-entità fl-istess jum tax-xogħol tan-notifika mill-BĊE ta' liema entità hija relevanti għad-determinazzjoni tar-rata tal-euro fuq terminu qasir. Il-BĊE għandu jinnotifika lill-BĊNi fuq bażi ta' kuljum dwar liema dejta ta' referenza hija relevanti għad-determinazzjoni tar-rata tal-euro fuq terminu qasir.”;

7.

L-Anness I huwa mibdul bl-Anness I ta' din il-Linja gwida;

8.

L-Anness II huwa mibdul bl-Anness II ta' din il-Linja gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jikkonformaw ma' din il-Linja gwida mit-2 ta' Ottubru 2019.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja gwida hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja gwida (UE) 2019/1265 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Lulju 2019 dwar ir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR) (BĊE/2019/19) (ĠU L 199, 26.7.2019, p. 8).

(2)  Linja gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2018 dwar ir-Reġistru ta' Dejta tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (BĊE/2018/16) (ĠU L 154, 18.6.2018, p. 3).

(3)  Regolament (UE) 2018/231 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Jannar 2018 dwar rekwiżiti ta' rappurtar statistiku għal fondi tal-pensjoni (BĊE/2018/2) (ĠU L 45, 17.2.2018, p. 3).

(4)  Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2016 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2016/13) (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 44).

(5)  Linja Gwida (UE) 2017/2335 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Novembru 2017 dwar il-proċeduri għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2017/38) (ĠU L 333, 15.12.2017, p. 66).


ANNESS I

“ANNESS I

REĠISTRU TA' DEJTA DWAR ISTITUZZJONIJIET U AFFILJATI (RIAD) — LISTI GĦALL-PUBBLIKAZZJONI

PARTI 1

Attributi li għandhom jiġu rrappurtati għal settijiet tad-dejta miżmuma għall-pubblikazzjoni

Isem tal-attribut (1)

Relevanti fil-kuntest tal-lista ta'

MFIs

IFs

FVCs

PSRIs (1)

ICs

PFs

Tip

Frekwenza ta' aġġornament

Tip

Frekwenza ta' aġġornament

Tip

Frekwenza ta' aġġornament

Tip

Frekwenza ta' aġġornament

Tip

Frekwenza ta' aġġornament

Tip

Frekwenza ta' aġġornament

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Identifikaturi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kodiċi RIAD

M

d

M

q

M

q

M

a

M

q

M

q

Identifikatur nazzjonali

(kif ikun disponibbli)

M

d

O

q

M

q

M

a

M

q

M

q

EGR code

O

d

 

 

O

q

 

 

 

 

 

 

LEI (kif ikun disponibbli)

M

d

M

q

M

q

M

a

M

q

M

q

Kodiċi tal-Identità tal-bank (BIC)

O

d

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ISINs (kif ikun disponibbli)

O

m

M

q

M

q

 

 

O

q

O

q

Isem

M

d

M

q

M

q

M

a

M

q

M

q

Pajjiż ta' residenza

M

d

M

q

M

q

M

a

M

q

M

q

Indirizz  (***)

M

d

O

q

O

q

M

a

M

q

M

q

Forma legali  (***)

M

d

O

q

O

q

O

a

O

q

O

q

Marka (Flag) elenkat

M

d

M

q

M

q

O

a

M

q

M

q

Tip ta' superviżjoni

M

d

M

q

M

q

M

a

M

q

M

q

Rekwiżiti ta' rapportar

M

d

M

q

M

q

M

a

M

q

M

q

Tip ta' liċenzja bankarja

M

d

 

 

 

 

O

a

 

 

 

 

Struttura legali

 

 

M

q

 

 

 

 

 

 

 

 

Marka konformità UCITS

 

 

M

q

 

 

 

 

 

 

 

 

Marka Sub-fund

 

 

M

q

 

 

 

 

 

 

 

 

Natura tat-titolizzazzjoni

 

 

 

 

M

q

 

 

 

 

 

 

Tip ta' Fondi ta' Investiment

 

 

M

q

 

 

 

 

 

 

 

 

Politika ta' investiment għal IFs

 

 

M

q

 

 

 

 

 

 

 

 

Tip ta' Fondi tal-Pensjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

M

q

Marka ‘Hija sponsorjata’

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

M

q

Marka fornitur tas-servizzi ta' pagament (PSP)

 

 

 

 

 

 

M

a

 

 

 

 

Marka Operatur tas-sistema tal-ħlas (PSO)

 

 

 

 

 

 

M

a

 

 

 

 

Marka PSP żgħir

 

 

 

 

 

 

M

a

 

 

 

 

Marka deroga PSP mogħtija

 

 

 

 

 

 

M

a

 

 

 

 

Tip ta' liċenzja PSP

 

 

 

 

 

 

M

a

 

 

 

 

Ambitu ġeografiku PSP

 

 

 

 

 

 

M

a

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Settur istituzzjonali

M

d

M

q

M

q

M

a

M

q

M

q

Dettalji tas-settur istituzzjonali

M

d

M

q

M

q

M

a

M

q

M

q

Kontroll tas-settur istituzzjonali

M

d

M

q

M

q

M

a

M

q

M

q

Kodiċi NACE

M

d

M

q

M

q

O

a

M

q

M

q

Pożizzjoni ġeografika (NUTS)  (***)

M

d

O

q

O

q

M

a

M

q

M

q

Impjieg domestiku  (1)

O

a

O

a

O

a

O

a

O

a

O

a

Total karta tal-bilanċ (Regolament BĊE) domestiku  (1)

M

a

 

 

 

 

 

 

O (2)

a

O

a

Assi netti domestiċi  (1)

O

a

M

a

 

 

 

 

 

 

 

 

Primjums grossi meħuda domestiċi  (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

M

a

 

 

Impjieg totali  (2)

O

a

O

a

O

a

O

a

O

a

O

a

Total tal-karta tal-bilanċ  (2)

M

a

O

a

O

a

 

 

O (2)

a

O

a

Primjums grossi meħuda  (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

M

a

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Data ta' twelid

O

d

O

q

O

q

O

a

O

q

O

q

Data tal-għeluq

M

d

M

q

M

q

M

a

M

q

M

q

Marka ‘Is Inactive’

M

d

M

q

M

q

M

a

M

q

M

q

Marka ‘taħt likwidazzjoni’

M

d

O

q

M

q

M

a

M

q

O

q

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kontropartijiet meħtieġa

Oriġinatur ta' FVC

 

 

 

 

M

q

 

 

 

 

 

 

Kumpannija ta' ġestjoni

(kif japplika)

 

 

M

q

M

q

 

 

 

 

M  (3)

q

Sede

(kif japplika)

M

d

 

 

 

 

 

 

M

q

M

q

Rilevanza: M (obbligatorju), O (fakoltattiv), vojt (ma japplikax).

Frekwenza: a (annwali), q (trimestrali), m (mensili), d (kuljum/kif ikun hemm bidla).

Skeda taż-żmien: għal dejta annwali hija (jekk mhux speċifikata x'imkien ieħor) xahar wara d-data ta' referenza.

PARTI 2

Tipi ta' relazzjonijiet bejn l-entitajiet

 

Tip

Frekwenza ta' aġġornament

1.

Relazzjonijiet fi ħdan impriża

 

 

Relazzjoni bejn unità(jiet) legali u impriża

O

-

2.

Relazzjonijiet ġewwa gruppi ta' impriża

Relazzjoni ta' kontroll bejn l-unitajiet legali

M  (d)

q

Relazzjoni ta' sjieda (mhux ikkontrollata) bejn l-unitajiet legali

O

q

3.

Relazzjonijiet oħra

Ness bejn oriġinatur u l-FVC tiegħu

M

q

Ness bejn kumpannija ta' ġestjoni u l-FVC/IF/PF tagħha (g)  (***)

M

q

Ness bejn fergħa mhux residenti u s-sede residenti tagħha

M

q  (e)

Ness bejn fergħa residenti u s-sede mhux residenti tagħha

M

q

Ness bejn subfond u fond umbrella (***)

M

q

Ness bejn entità u l-parent aħħari (f)  (***)

M

m

Ness bejn fond tal-pensjoni u l-isponsor tiegħu (***)

O

q


(1)  

(+)

bl-esklużjoni ta' friegħi mhux residenti (jew sede).

(2)  

(++)

inklużi friegħi mhux residenti (jekk japplika).

(***)  kif japplika.

(1)  Jekk jogħġbok innota li l-lista ta' PSRIs tista' tikkoinċidi mal-lista ta' MFIs.

(2)  Dan għandu jiġi rrappurtat għall-inqas għal waħda mill-varjabbli skont is-sistema tal-ġbir tad-data.

(3)  Dan l-attribut jirreferi għall-maniġers tal-pensjonijiet fir-rigward tad-data rrapportata minn dawn l-entitajiet skont ir-Regolament (UE) 2018/231 (BĊE/2018/2).

(d)  għal ‘gruppi bankarji’ biss bis-sede prinċipali fiż-żona tal-euro u għall-kontropartijiet ikkontemplati mir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13); inkella fakoltattiv.

(e)  tal-inqas trimestrali, skont is-settur.

(f)  għall-entitajiet tal-AnaCredit rilevanti biss.

(g)  ħlief għal entitajiet awtoġestiti.

(***)  kif japplika.


ANNESS II

“ANNESS II

REĠISTRU TA' DEJTA DWAR ISTITUZZJONIJIET U AFFILJATI (RIAD) — LISTI MHUX GĦALL-PUBBLIKAZZJONI

L-attributi għandhom jiġu rrappurtati għal datasets skont il-qafas legali rispettiv tagħhom imsemmi fil-Kapitolu VII ta' din il-Linja gwida

Isem tal-attribut

Statistiki BSI u MIR individwali (iBSI-iMIR)

Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) u r-rata tal-euro fuq żmien qasir

Entitajiet rilevanti għall-Ġestjoni Kollaterali

Sistema tal-Ġestjoni tat-Teżor (TMS)

Bażi ta' dejta tal-Istatistika tal-Investimenti fit-Titoli (SHSDB) (1)

Bażi ta' Dejta Ċentralizzata dwar it-Titoli (CSDB)

Bażi ta' dejta komuni ta' mikrodejta analitika dwar il-kreditu

(AnaCredit) (2)

Identifikaturi tal-Entità

 

 

 

 

 

 

 

Kodiċi RIAD

x

x

x

x

x

x

x

LEI (1)

 

x

x

 

x

x

x

Identifikaturi nazzjonali (1)

 

 

x

 

x

x

x

Identifikaturi oħra

 

 

x

x

x

x

x

Identifikatur tal-istrument

 

 

 

 

 

 

 

ISIN

 

 

 

 

x

x

 

Isem

x

x

x

x

x

x

x

Pajjiż ta' residenza

x

x

x

x

x

x

x

Indirizz

 

 

 

 

 

 

x

Forma legali

 

 

 

 

 

 

x

Settur istituzzjonali

x

x

x

x

x

x

x

Dettalji tas-Settur istituzzjonali

x

x

x

x

x

x

x

Kontroll tas-settur istituzzjonali

x

x

x

x

x

x

x

Grupp kollaterali

 

 

x

 

 

 

 

Kodiċi NACE

 

 

 

 

x

x

x

Pożizzjoni ġeografika (NUTS)

 

 

 

 

 

 

x

Flag CCP

 

x

 

 

 

 

 

Rekwiżiti ta' rapportar

 

 

 

 

 

 

x

Qafas ta' Kontabbiltà

 

 

 

 

 

 

x

Impjieg totali

 

 

 

 

 

 

x

Karta tal-bilanċ totali

 

 

 

 

 

 

x

Daqs tal-impriża

 

 

 

 

 

 

x

Fatturat Annwali

 

 

 

 

 

 

x

Status tal-proċeduri legali

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

Data ta' twelid

x

x

x

x

x

x

x

Data tal-għeluq

x

x

x

x

x

x

x

Marka ‘Is Inactive’

x

x

x

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Relazzjonijiet

 

 

 

 

 

 

 

Relazzjoni fis-Sjieda

 

 

x

 

 

 

 

Relazzjoni tal-fergħa

 

 

x

 

 

 

 

Ness

 

 

 

 

 

 

 

mas-sede

 

 

 

 

x

 

x

lil parent li jikkontrolla dirett

 

 

 

 

x

 

x

lil parent li jikkontrolla aħħari

 

 

 

 

x

 

x

lil kumpannija ta' ġestjoni

 

 

 

 

 

 

x


(1)  Il-lista ta' attributi obbligatorji għar-rwoli rilevanti tal-kontroparti tal-SHSDB hija speċifikata fl-atti legali rispettivi.

(2)  Il-lista ta' attributi obbligatorji għal kontroparti speċifika ta' AnaCredit tiddependi fuq ir-rwol tagħha (mutwatarju, garanti, eċċ.), ir-residenza (fi ħdan Stat Membru ta' rapportar jew barra) u fid-data meta ngħata s-self kif speċifikat fl-atti legali rispettivi.

(1)  

(*1)

‘LEI’ jew, jekk mhux disponibbli, ‘Identifikaturi Nazzjonali’ għandhom jiġu pprovduti bħala attributi obbligatorji.

Top