EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019O0016

Linja Gwida (UE) 2019/1007 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2019 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/13 dwar it-TARGET2-Securities (BĊE/2019/16)

OJ L 163, 20.6.2019, p. 108–109 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2019/1007/oj

20.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/108


LINJA GWIDA (UE) 2019/1007 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta' Ġunju 2019

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/13 dwar it-TARGET2-Securities (BĊE/2019/16)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikli 3.1 u 12.1, u l-Artikli 17, 18 u 22 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Jannar 2019, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/166 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/3) (1) li waqqaf il-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq (MIB) fil-format kurrenti tiegħu. Preċedentement, l-MIB kien iltaqa' f'formati dedikati differenti u l-Bord għall-Programm TARGET2-Securities, li ġie stabbilit oriġinarjament taħt id-Deċiżjoni BĊE/2012/6 (2) li ġiet imħassra mid-Deċiżjoni (UE) 2019/166 (BĊE/2019/3), kien opera bħala wieħed minn dawn il-formati dedikati. L-MIB, fil-format rivedut tiegħu, huwa l-korp governattiv li jappoġġa lill-Kunsill Governattiv billi jiżgura li s-servizzi ta' infrastruttura tal-Eurosistema jinżammu u jiġu żviluppati ulterjorment u li proġetti li jikkonċernaw s-servizzi ta' infrastruttura tal-Eurosistema huma amministrati f'kull każ skont l-għanijiet tat-Trattat għas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), il-bżonnijiet tan-negozju tas-SEBĊ, avvanzi teknoloġiċi, il-qafas legali applikabbli għas-servizzi tal-infrastruttura tal-Eurosistema u proġetti kif ukoll rekwiżiti regolatorji u ta' superviżjoni, u b'mod konsistenti mal-mandat ta' kumitat tas-SEBĊ kif stabbilit mill-Kunsill Governattiv skont l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (3).

(2)

L-Artikolu 15(1) tal-Linja Gwida BĊE/2012/13 (4) jistabbilixxi l-kriterji sabiex depożitorju ċentrali tat-titoli jkun eliġibbli li jaċċessa servizzi tat-TARGET2-Securities, li jinkludi rekwiżit li depożitorju ċentrali tat-titoli għandu jiġi ivvalutat pożittivament mill-awtorità kompetenti fil-konfront tar-Rakkomandazzjonijiet tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali/tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli dwar is-Sistemi ta' Saldu tat-Titoli. Ir-Rakkomandazzjonijiet tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali/tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli dwar is-Sistemi ta' Saldu tat-Titoli ġew sostitwiti mill-Prinċipji għal Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju tal-Kumitat għall-Pagamenti u l-Infrastrutturi tas-Swieq u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli ddatat April 2012 jew sett ta' rekwiżiti li jimplimentaw dawk il-prinċipji, li, per eżempju, fiż-Żona Ekonomika Ewropea, huma implimentati mir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(3)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2012/13 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida BĊE/2012/13 hija emendata kif ġej:

1.

ir-referenzi kollha f'kull artikolu għall-“Bord T2S” huma sostitwiti bi “MIB”;

2.

fl-Artikolu 2, jitħassar il-punt (18);

3.

fl-Artikolu 2, il-punt (26) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(26)

‘Bord tal-Infrastruttura tas-Suq’ jew ‘MIB’ tfisser il-korp ta' governanza tal-Eurosistema stabbilit skont id-Deċiżjoni (UE) 2019/166 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/3) (*1);

(*1)  Deċiżjoni (UE) 2019/166 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta' Jannar 2019 dwar il-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2012/6 dwar it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities (BĊE/2019/3) (ĠU L 32, 4.2.2019, p. 14).”;"

4.

L-Artikolu 5 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq

Il-kompożizzjoni u l-mandat tal-MIB huma stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2019/166 (BĊE/2019/3). L-MIB għandu jkun inkarigat mill-kompiti assenjati lilu skont id-Deċiżjoni (UE) 2019/166 (BĊE/2019/3).”;

5.

fl-Artikolu 15(1), il-punt (b) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(b)

ikunu ġew ivvalutati b'mod pożittiv mill-awtoritajiet kompetenti fil-konfront ta' (i) r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), għal CSDs li jinsabu f'ġurisdizzjoni taż-ŻEE, jew (ii) il-Prinċipji għal Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju tal-Kumitat għall-Pagamenti u l-Infrastrutturi tas-Swieq u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli ddatat April 2012 jew qafas legali li jimplimenta dawk il-prinċipji, għal CSDs li jinsabu f'ġurisdizzjoni mhux fiż-ŻEE;

(*2)  Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014. p. 1).”."

Artikolu 2

Effettività

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2019/166 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta' Jannar 2019 dwar il-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2012/6 dwar it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities (BĊE/2019/3) (ĠU L 32, 4.2.2019, p. 14).

(2)  Id-Deċiżjoni BĊE/2012/6 tad-29 ta' Marzu 2012 dwar it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2009/6 (ĠU L 117, 1.5.2012, p. 13).

(3)  Kif stipulat fid-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta' Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33).

(4)  Linja Gwida BĊE/2012/13 tat-18 ta' Lulju 2012 dwar TARGET2-Securities (ĠU L 215, 11.8.2012, p. 19).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014. p. 1).


Top