EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019O0013

Linja Gwida (UE) 2019/1034 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Mejju 2019 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2019/13)

OJ L 167, 24.6.2019, p. 79–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2019/1034/oj

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/79


LINJA GWIDA (UE) 2019/1034 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta' Mejju 2019

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2019/13)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari lewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 5.1, 12.1, 14.3 u 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li għall-finijiet tal-Artikoli 1(3), 6(1) u l-Artikolu 8 tal-Linja Gwida BĊE/2014/31 (1), ir-Repubblika Ellenika m'għandhiex tibqa' titqies bħala Stat Membru taż-żona tal-euro taħt programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali (2).

(2)

Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li għall-finijiet tal-Artikolu 8 tal-Linja Gwida BĊE/2014/31, ir-Repubblika ta' Ċipru m'għandhiex tibqa' titqies bħala Stat Membru taż-żona tal-euro taħt programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali (3).

(3)

Is-sospensjoni tar-rekwiżiti għal livelli minimi ta' kwalità tal-kreditu għal xi strumenti negozjabbli għandha tkun soġġetta għal deċiżjoni espliċita tal-Kunsill Governattiv.

(4)

Għaldaqstant, il-Linja Gwida BĊE/2014/31 għandha tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida BĊE/2014/31 hija emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 3 huwa mħassar;

2.

l-Artikolu 6 huwa mħassar;

3.

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fuq il-bażi ta' deċiżjoni speċifika tal-Kunsill Governattiv għal dak l-għan, il-livell minimu ta' kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema m'għandux japplika għal strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti bis-sħiħ mill-gvern ċentrali ta' Stat Membru taż-żona tal-euro taħt programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali, sakemm tali Stat Membru jibqa' jitqies mill-Kunsill Governattiv li jikkonforma mal-kundizzjonalità tal-appoġġ finanzjarju u/jew il-programm makroekonomiku.”;

4.

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 huwa mħassar;

5.

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3 huwa mħassar;

6.

L-Annessi I u II huma mħassra.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-5 ta' Awwissu 2019. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE dwar it-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-21 ta' Ġunju 2019.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta' Mejju 2019.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida BĊE/2014/31 tad-9 ta' Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28).

(2)  Deċiżjoni (UE) 2018/1148 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Awwissu 2018 dwar l-eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/1041 (BĊE/2018/21) (ĠU L 208, 17.8.2018, p. 91).

(3)  Deċiżjoni (UE) 2016/457 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Marzu 2016 dwar l-eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta' Ċipru (BĊE/2016/5) (ĠU L 79, 30.3.2016, p. 41).


Top