EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0040

Deċiżjoni (UE) 2019/2231 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2019 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2020 (BĊE/2019/40)

OJ L 333, 27.12.2019, p. 149–150 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2231/oj

27.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/149


DEĊIŻJONI (UE) 2019/2231 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta’ Diċembru 2019

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2020 (BĊE/2019/40)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(9) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv sa mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn’ il quddiem “Stati Membri taż-żona tal-euro”).

(2)

Id-19-il Stat Membru taż-żona tal-euro bagħtu lill-BĊE it-talbiet tagħhom għall-approvazzjoni tal-volum ta’ muniti li għandhom jinħarġu fl-2020, supplimentati minn noti ta’ spjegazzjoni dwar il-metodoloġija tat-tbassir. Uħud minn dawn l-Istati Membri pprovdew ukoll informazzjoni addizzjonali rigward il-muniti għaċ-ċirkolazzjoni, fejn tali informazzjoni hija disponibbli u meqjusa importanti mill-Istati Membri kkonċernati biex tissostanzja t-talba ta’ approvazzjoni.

(3)

Peress li d-dritt tal-Istati Membri taż-żona tal-euro li joħorġu muniti tal-euro huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħruġ, skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43) il-volumi approvati mill-BĊE ma jistgħux jinqabżu mill-Istati Membri mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-BĊE.

(4)

Skont l-Artikolu 2(9) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), minħabba li ma hi meħtieġa l-ebda modifika tal-volum mitlub ta’ ħruġ ta’ muniti, il-Bord Eżekuttiv għandu s-setgħa li jadotta din id-deċiżjoni dwar it-talbiet għall-approvazzjoni għall-volum tal-ħruġ ta’ muniti fl-2020 ippreżentati mill-Istati Membri taż-żona tal-euro,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“volum ta’ ħruġ ta’ muniti” tfisser volum ta’ ħruġ ta’ muniti kif iddefinit fil-punt 3 tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43);

(b)

“muniti għaċ-ċirkolazzjoni” tfisser muniti għaċ-ċirkolazzjoni kif iddefinit fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 (2);

(c)

“muniti għall-kolletturi” tfisser muniti għall-kolletturi kif iddefiniti fil-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 2

Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2020

Il-BĊE b’dan japprova l-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri taż-żona tal-euro fl-2020 kif stabbilit fit-tabella li ġejja:

 

Volum ta’ muniti euro approvati għall-ħruġ fl-2020

Muniti fiċ-ċirkolazzjoni

Muniti għall-kollezzjonisti

(mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni)

Volum ta’ ħruġ ta’ muniti

(EUR miljun)

(EUR miljun)

(EUR miljun)

Il-Belġju

59,0

1,0

60,0

Il-Ġermanja

412,0

209,0

621,0

L-Estonja

10,1

0,3

10,4

L-Irlanda

10,5

0,5

11,0

Il-Greċja

119,1

0,7

119,8

Spanja

357,3

30,0

387,3

Franza

224,0

50,0

274,0

L-Italja

174,0

2,7

176,7

Ċipru

12,0

0,1

12,1

Il-Latvja

8,3

0,2

8,5

Il-Litwanja

22,0

0,7

22,7

Il-Lussemburgu

14,6

1,0

15,6

Malta

9,4

0,2

9,6

In-Netherlands

17,0

3,0

20,0

L-Awstrija

71,5

153,5

225,0

Il-Portugall

61,1

2,1

63,2

Is-Slovenja

23,0

1,0

24,0

Is-Slovakkja

19,0

1,2

20,2

Il-Finlandja

15,0

10,0

25,0

Artikolu 3

Effettività

Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Deciżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri taż-żona tal-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Diċembru 2019.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU L 328, 12,12,2015, p. 123.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 tal-24 ta’ Ġunju 2014 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 194, 2.7.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 135).


Top