EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0032
Decision (EU) 2019/1848 of the European Central Bank of 29 October 2019 amending Decision ECB/2007/7 concerning the terms and conditions of TARGET2-ECB (ECB/2019/32)
Deċiżjoni (UE) 2019/1848tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Ottubru 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (BĊE/2019/32)
Deċiżjoni (UE) 2019/1848tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Ottubru 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (BĊE/2019/32)
OJ L 283, 5.11.2019, p. 57–63
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 19/03/2023; Impliċitament imħassar minn 32022D0911
5.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/57 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/1848TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta’ Ottubru 2019
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (BĊE/2019/32)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 11.6 u l-Artikoli 17, 22 u 23 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-4 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill Governattiv emenda (1) l-Linja Gwida BĊE/2012/27 (2) sabiex: (a) jintroduċi funzjonalità ta’ SSP ġdida, li tippermetti l-ipproċessar ta’ pagamenti kritiċi ħafna u pagamenti kritiċi f’kontinġenza, li l-banek ċentrali tal-Eurosistem a jridu jaderixxu miegħu; (b) jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet li taħthom id-ditti ta’ investiment jistgħu jipparteċipaw fit-TARGET2, inkluż ir-rekwiżit għal opinjoni legali rigward ditti ta’ investiment stabbiliti barra ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u li japplikaw għal parteċipazzjoni diretta f’sistema komponenti tat-TARGET2; (c) jiġi ċċarat li l-parteċipanti f’sistemi komponenti tat-TARGET2 għandhom jaderixxu mar-rekwiżit ta’ awtoċertifikazzjoni TARGET2 u mar-rekwiżiti ta’ sigurtà tal-punt tat-tmiem ta’ fornituri ta’ servizz ta’ netwerk tat-TARGET2, u jinformaw lill-bank ċentrali tal-Eurosistema rilevanti dwar kwalunkwe miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżi jew miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżi li huma soġġetti għalihom; u (d) jiġu ċċarati u aġġornati ċerti aspetti oħra tal-Linja Gwida BĊE/2012/27. |
(2) |
Emendi li jsiru għal-Linja Gwida BĊE/2012/27 li jaffetwaw it-termini u kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE għandhom jiġu riflessi fid-Deċiżjoni BĊE/2007/7 (3). |
(3) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2007/7 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
L-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mis-17 ta’ Novembru 2019.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Ottubru 2019.
Il-President tal-BĊE
MarioDRAGHI
(1) Linja gwida (UE) 2019/1849 tal-4 ta’ Ottubru 2019 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2019/30) (Ara paġna 64 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).
(3) Deċiżjoni BĊE/2007/7 tal-24 ta’ Lulju 2007 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (ĠU L 237, 8.9.2007, p. 71).
ANNESS
L-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 huma emendati kif gej:
1. |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Anness II huwa emendat kif gej:
|
3. |
L-Anness III huwa emendat kif gej:
|
(*1) Directive 2014/59/EU of the European Parliament and of the Council of 15 May 2014 establishing a framework for the recovery and resolution of credit institutions and investment firms and amending Council Directive 82/891/EEC, and Directives 2001/24/EC, 2002/47/EC, 2004/25/EC, 2005/56/EC, 2007/36/EC, 2011/35/EU, 2012/30/EU and 2013/36/EU, and Regulations (EU) No 1093/2010 and (EU) No 648/2012, of the European Parliament and of the Council (OJ L 173, 12.6.2014, p. 190).”;”