EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0021(01)

Deċiżjoni (UE) 2019/1311 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Lulju 2019 dwar it-tielet serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2019/21)

OJ L 204, 2.8.2019, p. 100–122 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 08/11/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1311/oj

2.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/100


DEĊIŻJONI (UE) 2019/1311 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta' Lulju 2019

dwar it-tielet serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2019/21)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 12.1, it-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2014/34 (1) tipprovdi għal serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament fuq żmien itwal (TLTROs) li għandhom jitwettqu fuq perjodu ta' sentejn mill-2014 sal-2016 (TLTROs-I) u d-Deċiżjoni (UE) 2016/810 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/10) (2) tipprovdi għat-tieni sensiela ta' TLTROs li għandhom jitwettqu minn Ġunju 2016 sa Marzu 2017 (TLTROs-II).

(2)

Fis-7 ta' Marzu 2019, sabiex iwettaq il-mandat tiegħu għall-istabbiltà tal-prezzijiet, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jniedi serje ġdida ta' seba' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (TLTROs-III), li għandhom jitwettqu minn Settembru 2019 sa Marzu 2021, kollha b'maturità ta' sentejn. It-TLTROs-III huma intiżi biex jassistu fiż-żamma ta' kundizzjonijiet ta' tislif bankarju favorevoli u biex jappoġġjaw il-pożizzjoni aġevolanti tal-politika monetarja fi Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Fil-kuntest ta' din il-miżura s-selfiet eliġibbli jinkludi selfiet lis-settur privat mhux finanzjarju bl-eċċezzjoni ta' self lil unitajiet domestiċi għall-finijiet ta' xiri ta' djar. Flimkien ma' miżuri mhux standard oħrajn fis-seħħ, it-TLTROs-III għandhom l-għan li jikkontribwixxu għar-ritorn tar-rati ta' inflazzjoni għal livelli taħt, imma qrib, it-2 % fuq medda ta' żmien medju.

(3)

Bħal fl-ewwel u t-tieni serje ta' TLTROs, sabiex titħaffef il-parteċipazzjoni ta' istituzzjonijiet li, għal raġunijiet ta' organizzazzjoni, jissellfu mill-Eurosistema billi jużaw struttura ta' grupp, parteċipazzjoni fit-TLTROs-III għandha tkun possibbli fuq bażi ta' grupp soġġetta għal ċerti kondizzjonijiet. Il-parteċipazzjoni ta' grupp għandha ssir permezz ta' membru tal-grupp wieħed speċifiku u fejn ikunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet preskritti. Barra minn hekk, sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet marbutin mad-distribuzzjoni tal-likwidità intragrupp, fil-każ ta' gruppi li huma stabbiliti fuq il-bażi tar-rabtiet mill-qrib bejn il-membri, il-membri kollha tal-grupp għandhom jikkonfermaw b'mod formali bil-miktub il-parteċipazzjoni tagħhom fil-grupp. Grupp TLTRO li kien rikonoxxut għall-finijiet ta' TLTROs-II bis-saħħa tad-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) għandu jkun jista' jipparteċipa fit-TLTROs-III bħala grupp TLTRO-III soġġett għal ċerti proċeduri dwar in-notifika u r-rikonoxximent.

(4)

L-ammont kumplessiv li jista' jittieħed b'self taħt it-TLTROs-III kollha għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-ammont pendenti ta' selfiet eliġibbli ta' parteċipant lis-settur privat mhux finanzjarju fit-28 ta' Frar 2019, u meta jitqies kull ammont meħud b'self qabel mill-parteċipant ta' TLTRO-III taħt it-TLTROs-II skont id-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) u li jkun għadu pendenti. Barra minn hekk, selfiet eliġibbli għas-settur privat mhux finanzjarju li jkunu ġew awtotitolizzati (jiġifieri meta t-titoli ggarantiti b'assi li jirriżultaw mit-titolizzazzjoni jinżammu bis-sħiħ) jistgħu, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, jittieħdu wkoll inkonsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu fuq is-self tal-parteċipant. Dan għandu jtejjeb ir-relazzjoni bejn il-limitu fuq is-self u l-provvediment ta' self għall-ekonomija.

(5)

Limitu massimu tal-offerta għandu japplika għal kull TLTRO-III. Il-limitazzjoni tad-daqs tal-offerti għandu l-għan li jevita konċentrazzjoni eċċessiva ta' offerti fi ftit operazzjonijiet.

(6)

Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal kull TLTRO-III għandha tkun iddeterminata skont l-istorja ta' self tal-parteċipant fil-perijodu mill-1 ta' April 2019 sal-31 ta' Marzu 2021 skont il-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

(7)

Kull TLTRO-III ikollu maturità ta' sentejn. Fid-dawl tat-terminu iqsar sal-maturità, meta mqabbel mal-ewwel TLTROs u t-TLTROs-II, il-parteċipanti ma għandux ikollhom l-għażla li jħallsu lura b'mod volontarju kwalunkwe ammont li jkun ġie allokat taħt it-TLTROs-III qabel il-maturità tagħhom.

(8)

L-istituzzjonijiet li jixtiequ jieħdu sehem fit-TLTROs-III għandhom ikunu soġġetti għal ċerti rekwiżiti ta' rapportar. Id-dejta rapportata se tintuża: (a) fid-determinazzjoni tal-limitu fuq is-self; (b) fil-kalkolu tal-punt ta' riferiment applikabbli; (c) għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-parteċipanti fil-konfront tal-punti ta' riferiment tagħhom; u (d) għal finijiet analitiċi oħra kif meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Eurosistema. Huwa maħsub ukoll li l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”) li jirċievu d-dejta rapportata jistgħu jiskambjaw dik id-dejta fi ħdan l-Eurosistema safejn u sal-livell meħtieġ għall-implimentazzjoni xierqa tal-qafas TLTRO-III, kif ukoll analiżi tal-effettività tagħha u għal finijiet analitiċi oħrajn tal-Eurosistema. Id-dejta rapportata tista' tiġi kondiviża fi ħdan l-Eurosistema għall-finijiet tal-validazzjoni tad-dejta pprovduta.

(9)

Sabiex l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkollhom żmien biżżejjed biex jagħmlu preparamenti operazzjonali għall-ewwel TLTRO-III, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien żejjed,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“punt ta' riferiment ta' tislif nett” tfisser l-ammont ta' tislif nett eliġibbli li parteċipant jeħtieġ li jaqbeż fil-perijodu mill-1 ta' April 2019 sal-31 ta' Marzu 2021 sabiex jikkwalifika għal rata ta' imgħax fuq is-self TLTRO-III tal-parteċipant li huwa inqas mir-rata inizjali applikata u li hija kkalkulata skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet iddettaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness 1, rispettivament;

(2)

“punt ta' riferiment tal-ammont pendenti” tfisser l-ammonti pendenti tas-somma tas-self pendenti eliġibbli tal-parteċipant fil-31 ta' Marzu 2019 u l-punt ta' riferiment ta' tislif nett tal-parteċipant li huwa kkalkulat skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet iddettaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness I, rispettivament;

(3)

“limitu tal-offerta” tfisser l-ammont limitu li jista' jittieħed b'self minn partiċipant fi kwalunkwe TLTRO-III ikkalkulat skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet iddetaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness I, rispettivament;

(4)

“limitu fuq is-self” tfisser l-ammont kumplessiv li jista' jittieħed b'self minn partiċipant fi kwalunkwe TLTRO-III u kkalkulat skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet iddetaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness I, rispettivament;

(5)

“istituzzjoni ta' kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif iddefinita fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (3);

(6)

“devjazzjoni mill-punt ta' riferiment ta' ammont pendenti” tfisser il-punti perċentwali li permezz tagħhom is-selfiet eliġibbli tal-parteċipant li ngħataw fil-perijodu mill-1 ta' April 2019 sal-31 ta' Marzu 2021 żdiedu jew tnaqqsu fir-rigward tal-punt ta' riferiment ta' ammont pendenti, kif ikkalkulat skont id-dispożizzjonijiet iddetaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness I;

(7)

“selfiet eliġibbli” tfisser selfiet lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi (inklużi istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi) residenti, kif iddefinit fil-punt (4) tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 (4), fi Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, ħlief għal selfiet lil unitajiet domestiċi għal xiri ta' djar, kif spjegat f'aktar dettall fl-Anness II;

(8)

“tislif nett eliġibbli” tfisser self gross fil-forma ta' selfiet eliġibbli nett mill-ħlasijiet lura tal-ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli tul perjodu speċifiku, kif spjegat f'aktar dettall fl-Anness II;

(9)

“korporazzjoni finanzjarja vettura” (FVC) tfisser korporazzjoni finanzjarja vettura kif iddefinita fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40) (5);

(10)

“l-ewwel perijodu ta' referenza” tfisser l-perijodu mill-1 ta' April 2018 sal-31 ta' Marzu 2019;

(11)

“kodiċi FVC” tfisser kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għal FVC fil-lista tal-FVCs miżmuma u ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal skopijiet statistiċi skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1075/2103 (BĊE/2013/40);

(12)

“aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax” tfisser it-tnaqqis, jekk ikun hemm, fir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għall-ammonti meħuda b'self taħt it-TLTROs-III, espressa bħala frazzjoni tad-differenza medja bejn ir-rata tal-imgħax massima possibbli u r-rata tal-imgħax minima possibbli, kif ikkalkulata skont id-dispożizzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-Anness I;

(13)

“Identifikatur ta' Entità Ġuridika” (LEI) tfisser kodiċi ta' referenza alfanumeriku skont ISO 17442 li jiġi assenjat lil entità ġuridika;

(14)

“istituzzjoni finanzjarja monetarja” (IFM) tfisser istituzzjoni finanzjarja monetarja kif iddefinita fil-punt (a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (6);

(15)

“kodiċi IFM” ifisser kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għal IFM fil-lista tal-IFMi miżmuma u ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal skopijiet statistiċi skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2103 (BĊE/2013/33);

(16)

“ammonti pendenti fuq selfiet eliġibbli” tfisser selfiet eliġibbli pendenti fil-karta tal-bilanċ, għajr selfiet eliġibbli titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor mingħajr dekontabilizzar mill-karta tal-bilanċ, kif spjegat aktar fid-dettall fl-Anness II;

(17)

“parteċipant” tfisser kontroparti eliġibbli għal operazzjonijiet ta' suq miftuħ tal-politika monetarja tal-Eurosistema b'konformità mal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), li jagħmel offerti fi proċeduri tal-offerti tat-TLTRO-III jew fuq bażi individwali jew fuq bażi ta' grupp bħala istituzzjoni prinċipali, u li huwa soġġett għad-drittijiet u l-obbligi kollha marbutin mal-parteċipazzjoni tiegħu fil-proċeduri tal-offerta tat-TLTRO-III;

(18)

“ammont pendenti ta' referenza” tfisser is-somma ta' ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli u, malli tiġi eżerċitata l-opzjoni fl-Artikolu 6(3), ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli awtotitolizzati fit- 28 ta' Frar 2019;

(19)

“BĊN relevanti” tfisser, b'referenza għal partiċipant partikolari, il-BĊN tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-parteċipant;

(20)

“it-tieni perijodu ta' referenza” tfisser il-perijodu mill-1 ta' April 2019 sal-31 ta' Marzu 2021;

(21)

“titolizzazzjoni” tfisser tranżazzjoni li hija jew: (a) titolizzazzjoni tradizzjonali kif iddefinita fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament (UE) Nru 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); u/jew (b) titolizzazzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40) u li tinvolvi t-trasferiment tas-selfiet li jkunu qegħdin jiġu ttitolizzati lil FVC;

(22)

“selfiet eliġibbli awtotitolizzati” tfisser selfiet eliġibbli oriġinati u titolizzati minn parteċipant jew membru tal-grupp TLTRO-III fejn it-titoli ggarantiti b'assi li jirriżultaw mit-titolizzazzjoni jinżammu 100 % minn dak il-parteċipant jew membru tal-grupp TLTRO-III.

Artikolu 2

It-tielet serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal

1.   L-Eurosistema għandha twettaq seba' TLTROs-III skont kalendarju indikattiv għal TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit tal-BĊE.

2.   Kull TLTRO-III għandu jimmatura, mingħajr opzjoni ta' ħlas lura bikri volontarju, sentejn wara d-data ta' ħlas rispettiv, f'jum li jikkoinċidi mad-data tal-ħlas ta' operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament tal-Eurosistema, skont il-kalendarju indikattiv għal TLTROs-III ippubblikat fis-sit elettroniku tal-BĊE.

3.   It-TLTROs-III għandhom:

(a)

ikunu operazzjonijiet ta' treġġigħ lura li jipprovdu likwidità;

(b)

jiġu eżegwiti b'mod deċentralizzat mill-BĊNi;

(c)

jiġu eżegwiti permezz ta' proċedura ta' offerti standard; u

(d)

jiġu eżegwiti fil-forma ta' proċeduri ta' offerti b'rata fissa.

4.   Il-kundizzjonijiet standard li taħthom il-BĊNi huma lesti li jidħlu f'operazzjonijiet ta' kreditu għandhom japplikaw fir-rigward tat-TLTROs-III, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'din id-Deċiżjoni. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu l-proċeduri għat-twettiq ta' operazzjonijiet ta' suq miftuħ, il-kriterji li jistabbilixxu l-eliġibbiltà tal-kontropartijiet u l-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema u s-sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi tal-kontropartijiet. Kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet hija stabbilita fl-oqfsa legali ġenerali u temporanji applikabbli għal operazzjonijiet ta' rifinanzjament u kif implimentata fl-oqfsa nazzjonali kuntrattwali u/jew regolatorji tal-BĊNi.

5.   F'każ ta' kunflitt bejn din id-Deċiżjoni u l-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), jew kwalunkwe att legali ieħor tal-BĊE li jistabbilixxi l-qafas legali applikabbli għal operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal u/jew kwalunkwe miżura nazzjonali li timplimentah f'livell nazzjonali, għandha tipprevali din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Parteċipazzjoni

1.   L-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu sehem fit-TLTROs-III fuq bażi individwali jekk ikunu kontropartijiet eliġibbli għal operazzjonijiet ta' suq miftuħ tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

2.   L-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu sehem f'TLTROs-III fuq bażi ta' grupp billi jgħaqqdu grupp tat-TLTROs-III. Il-parteċipazzjoni fuq bażi ta' grupp hija relevanti għall-finijiet li jiġi kkalkolat l-limitu fuq is-self u l-punti ta' riferiment applikabbli kif stabbilit fl-Artikolu 4 u l-obbligi ta' rapportar assoċjati kif stabbiliti fl-Artikolu 6. Il-parteċipazzjoni fuq bażi ta' grupp għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet li ġejjin:

(a)

istituzzjoni ma tistax tkun membru ta' iktar minn grupp wieħed ta' grupp TLTRO-III;

(b)

istituzzjoni li tieħu sehem fit-TLTROs-III fuq bażi ta' grupp ma tistax tieħu sehem fuq bażi individwali;

(c)

l-istituzzjoni maħtura bħala l-istituzzjoni prinċipali għandha tkun l-uniku membru tal-grupp tat-TLTRO-III li tista' tieħu sehem fil-proċeduri ta' offerta tat-TLTRO-III; u

(d)

il-kompożizzjoni u l-istituzzjoni prinċipali ta' grupp tat-TLTRO-III għandhom jibqgħu l-istess għat-TLTROs-III kollha, bla ħsara għall-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu.

3.   Għall-parteċipazzjoni fit-TLTROs-III permezz ta' grupp TLTRO-III, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin.

(a)

B'effett mill-aħħar jum tax-xahar li jippreċedi l-applikazzjoni msemmija fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu, kull membru ta' grupp partikolari għandu:

(i)

ikollu rabta mill-qrib ma' membru ieħor tal-grupp skont it-tifsira ta' “rabta mill-qrib” kif iddefinit fl-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u r-referenzi li hemm għal “kontroparti”, “garanti”, “emittent” jew “debitur” għandhom jinftiehmu bħala referenza għal membru ta' grupp; jew

(ii)

ikollu r-riżervi meħtieġa fl-Eurosistema skont ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9) (8) b'mod indirett permezz ta' membru ieħor tal-grupp jew jintuża minn membru ieħor tal-grupp sabiex b'mod indirett iżomm ir-riżervi meħtieġa mal-Eurosistema.

(b)

Il-grupp għandu jaħtar membru wieħed bħala l-istituzzjoni prinċipali għall-grupp. L-istituzzjoni prinċipali għandha tkun kontroparti eliġibbli għal operazzjonijiet ta' suq miftuħ tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

(c)

Kull membru tal-grupp tat-TLTRO-III għandu jkun istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro, u għandu jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 55 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

(d)

Bla ħsara għall-punt (e), l-istituzzjoni prinċipali għandha tapplika għal parteċipazzjoni ta' grupp lill-BĊN tagħha skont il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE. L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(i)

isem l-istituzzjoni prinċipali;

(ii)

lista tal-kodiċijiet tal-IFM u l-ismijiet tal-istituzzjonijiet kollha li ser jiddaħħlu fil-grupp tat-TLTROs-III;

(iii)

spjegazzjoni tal-bażi għal applikazzjoni ta' grupp, inkluża lista tar-rabtiet mill-qrib u/jew ir-relazzjonijiet ta' żamma ta' riżervi b'mod indirett bejn il-membri tal-grupp billi kull membru jiġi identifikat bil-kodiċi tal-IFM tiegħu;

(iv)

fil-każ ta' membri ta' grupp li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (ii) tal-punt (a): konferma bil-miktub mingħand l-istituzzjoni prinċipali li tiċċertifika li kull membru tal-grupp tat-TLTRO-III iddeċieda formalment li jsir membru tal-grupp tat-TLTRO-III inkwistjoni u jaqbel li ma jiħux sehem f'TLTROs-III bħala kontroparti individwali jew bħala membru fi grupp tat-TLTRO-III ieħor, flimkien ma' evidenza xierqa li l-konferma relevanti bil-miktub mill-istituzzjoni prinċipali ġiet eżegwita minn firmatarji awtorizzati kif xieraq. Istituzzjoni prinċipali tista' tagħti l-konferma meħtieġa fir-rigward tal-membri tal-grupp TLTRO-III tagħha fejn ikun hemm fis-seħħ arranġamenti, bħal dawk għaż-żamma indiretta ta' riżervi minimi skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), li jgħidu espressament li l-membri tal-grupp rilevanti jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Eurosistema esklużivament permezz tal-istituzzjoni prinċipali. Il-BĊN rilevanti, f'kooperazzjoni mal-BĊNi tal-membri tal-grupp rilevanti, jistgħu jivverifikaw l-validità tal-konferma bil-miktub kkonċernata; u

(v)

Fil-każ ta' membru ta' grupp li għalih japplika l-punt (i) tal-punt (a): (1) konferma bil-miktub mill-membru tal-grupp rilevanti dwar id-deċiżjoni formali tiegħu li jsir membru fil-grupp tat-TLTROs-III inkwistjoni u li ma jiħux sehem f'TLTROs-III bħala kontroparti individwali jew bħala membru fi grupp ieħor tat-TLTRO-III; u (2) evidenza xierqa, ikkonfermata mill-BĊN tal-membru tal-grupp relevanti, li din id-deċiżjoni formali ttieħdet fl-ogħla livell ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-istruttura korporattiva tal-membru, bħall-Bord tad-Diretturi jew ekwivalenti b'konformità ma' kwalunkwe liġi applikabbli.

(e)

Grupp TLTRO-II rikonoxxut għall-finijiet tat-TLTROs-II bis-saħħa tad-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) jista' jipparteċipa fit-TLTROs-III bħala grupp TLTRO-III sakemm l-istituzzjoni prinċipali tiegħu tissottometti notifika bil-miktub f'dak is-sens lill-BĊN rilevanti skont il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fis-sit elettroniku tal-BĊE. In-notifika għandha tinkludi:

(i)

lista ta' membri tal-grupp TLTRO-II li ddeċidew formalment li jkunu membri tal-grupp TLTRO-III inkwistjoni u ma jipparteċipawx fit-TLTRO-III bħala kontropartijiet individwali jew bħala membri ta' ebda grupp TLTRO-III ieħor. Fil-każ ta' membri tal-grupp li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (ii) tal-punt (a), l-istituzzjoni prinċipali tista' tipprovdi n-notifika meħtieġa meta jkun hemm ftehim fis-seħħ, kif imsemmi fil-punt (iv) tal-punt (d), li jgħid espressament li l-membri tal-grupp rilevanti jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Eurosistema esklussivament permezz tal-istituzzjoni prinċipali. Il-BĊN rilevanti, f'kooperazzjoni mal-BĊNi tal-membri tal-grupp rilevanti, jistgħu jivverifikaw l-validità ta' dik il-lista; u

(ii)

evidenza xierqa, kif jista' jintalab mill-BĊN tal-istituzzjoni prinċipali, li ġiet eżegwita mill-firmatarji debitament awtorizzati.

(f)

L-istituzzjoni prinċipali għandha tikseb konferma mill-BĊN tagħha li l-grupp tat-TLTRO-III ġie rikonoxxut. Qabel ma joħroġ il-konferma tiegħu, il-BĊN relevanti jista' jitlob kull informazzjoni addizzjonali oħra li hija relevanti għall-valutazzjoni tiegħu tal-grupp TLTRO-III potenzjali mill-istituzzjoni prinċipali. Meta jivvaluta applikazzjoni ta' grupp, il-BĊN relevanti għandu jqis ukoll kull valutazzjoni mill-BĊNi tal-membri tal-grupp li tista' tkun meħtieġa, bħal verifiki ta' dokumentazzjoni pprovduta skont il-punti (d) jew (e) skont il-każ.

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, anki istituzzjonijiet ta' kreditu suġġetti għas-superviżjoni konsolidata, inklużi friegħi tal-istess istituzzjoni ta' kreditu, għandhom jitqiesu bħala applikanti xierqa għar-rikonoxximent tal-grupp tat-TLTRO-III, u għandhom ikunu meħtieġa jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu mutatis mutandis. Din tiffaċilita t-tiswir ta' gruppi tat-TLTRO-III fost dawn l-istituzzjonijiet, meta dawn l-istituzzjonijiet ikunu parti mill-istess entità ġuridika. Għall-finijiet tal-konferma tat-tiswir, jew bidla fil-kompożizzjoni, ta' grupp TLTRO-III ta' dan it-tip, il-paragrafu 3(d)(v) u l-paragrafu 6(b)(ii)(5) għandhom japplikaw rispettivament.

4.   Jekk waħda jew iktar mill-istituzzjonijiet inklużi fl-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-grupp tat-TLTRO-III ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3, il-BĊN relevanti jista' jiċħad b'mod parzjali l-applikazzjoni tal-grupp propost. F'dan il-każ, l-istituzzjonijiet li jissottomettu l-applikazzjoni jistgħu jiddeċiedu li jaġixxu bħala grupp TLTRO-II bil-kompożizzjoni limitata għal dawk il-membri tal-grupp li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa jew inkella jirtiraw l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-grupp tat-TLTRO-III.

5.   F'każijiet eċċezzjonali, meta jkun hemm raġunijiet oġġettivi, il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi li jitbiegħed mill-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 3.

6.   Mingħajr ħsara għall-paragrafu 5, il-kompożizzjoni ta' grupp rikonoxxut skont il-paragrafu 3 tista' tinbidel fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a)

Membru għandu jiġi eskluż mill-grupp TLTRO-III jekk ma jissodisfax iktar ir-rekwiżiti tal-punt (a) jew (c) tal-paragrafu 3. Il-BĊN tal-membru tal-grupp relevanti għandu jinforma lill-istituzzjoni prinċipali dwar in-nuqqas tal-membru tal-grupp li jissodisfa dawk ir-rekwiżiti.

F'dawk il-każijiet, l-istituzzjoni prinċipali kkonċernata għandha tgħarraf lill-BĊN relevanti dwar il-bidla fl-istatus tal-membru tal-grupp tagħha.

(b)

Jekk, fir-rigward tal-grupp TLTRO-III, jiġu stabbiliti rabtiet mill-qrib addizzjonali jew investimenti indiretti ta' riżervi meħtieġa mal-Eurosistema wara l-aħħar jum tax-xahar li jippreċedi l-applikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3, il-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-III tista' tinbidel biex tirrifletti ż-żieda ta' membru ġdid, sakwmm:

(i)

l-istituzzjoni prinċipali tapplika mal-BĊN tagħha għar-rikonoxximent tal-bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp tat-TLTROs-III skont il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fis-sit elettroniku tal-BĊE;

(ii)

l-applikazzjoni msemmija fil-punt (i) tinkludi:

(1)

l-isem tal-istituzzjoni prinċipali;

(2)

il-lista tal-kodiċijiet tal-IFM u l-ismijiet tal-istituzzjonijiet kollha li huma intiżi li jiddaħħlu fil-kompożizzjoni ġdida tal-grupp tat-TLTROs-III;

(3)

spjegazzjoni tal-bażi għall-applikazzjoni, inklużi dettalji tat-tibdil fir-rabtiet mill-qrib u/jew ir-relazzjonijiet ta' żamma ta' riżervi b'mod indirett bejn il-membri tal-grupp billi kull membru jiġi identifikat bil-kodiċi IFM tiegħu;

(4)

fil-każ ta' membri ta' grupp li għalihom japplika l-punt (ii) tal-paragrafu 3(a): ikun hemm konferma bil-miktub mingħand l-istituzzjoni prinċipali li tiċċertifika li kull membru tal-grupp tat-TLTRO-III tiegħu iddeċieda formalment li jkun membru tal-grupp tat-TLTRO-III inkwistjoni u biex ma jipparteċipax fit-TLTROs-III bħala kontroparti individwali jew bħala membru ta' kwalunkwe grupp TLTRO-III ieħor. Istituzzjoni prinċipali tista' tagħti ċ-ċertifikazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-membri tal-grupp TLTRO-III tagħha fejn ikun hemm fis-seħħ arranġamenti, bħal dawk għaż-żamma indiretta ta' riżervi minimi bis-saħħa tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), li jgħidu espressament li l-membri tal-grupp relevanti jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Eurosistema esklużivament permezz tal-istituzzjoni prinċipali. Il-BĊN rilevanti, f'kooperazzjoni mal-BĊNi tal-membri tal-grupp relevanti, jistgħu jivverifikaw l-validità ta' dik il-konferma bil-miktub; u

(5)

fil-każ ta' membri ta' grupp li għalihom japplika l-punt (i) tal-paragrafu 3(a), ikun hemm konferma bil-miktub minn kull membru addizzjonali tad-deċiżjoni formali tiegħu biex ikun membru tal-grupp TLTRO-III inkwistjoni u mhux biex jipparteċipa fit-TLTROs-III bħala kontroparti individwali jew bħala membru ta' kwalunkwe grupp TLTRO-III ieħor, u konferma bil-miktub minn kull membru tal-grupp TLTRO-III, inkluż kemm fil-kompożizzjoni l-qadima u dik ġdida, tad-deċiżjoni formali tiegħu biex jaqbel mal-kompożizzjoni ġdida tal-grupp TLTRO-III, flimkien mal-evidenza xierqa, ikkonfermat mill-BĊN tal-membru tal-grupp rilevanti, kif iddettaljat fil-punt (v) tal-paragrafu 3(d); u

(iii)

l-istituzzjoni prinċipali tkun kisbet konferma mill-BĊN tagħha li l-grupp tat-TLTRO-III mibdul ġie rikonoxxut. Qabel ma joħroġ il-konferma tiegħu, il-BĊN relevanti jista' jitlob kull informazzjoni addizjonali relevanti għall-valutazzjoni tiegħu tal-kompożizzjoni ġdida tal-grupp tat-TLTRO-III mill-istituzzjoni prinċipali. Meta jivvaluta applikazzjoni ta' grupp, il-BĊN relevanti għandu jqis ukoll kull valutazzjoni mill-BĊNi tal-membri tal-grupp meħtieġa, bħal verifiki ta' dokumentazzjoni pprovduta skont il-punt (ii).

(c)

Jekk, fir-rigward tal-grupp TLTRO-III, fużjoni, akkwiżizzjoni jew diviżjoni li tinvolvi membri tal-grupp TLTRO-III iseħħu wara l-aħħar jum tax-xahar li jiġi qabel l-applikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3 u dik l-operazzjoni ma tirriżulta fl-ebda bidla fis-sett ta' selfiet eliġibbli, il-kompożizzjoni tal-grupp tat-TLTRO-III tista' tinbidel biex tirrifletti l-fużjoni, akkwiżizzjoni jew diviżjoni, skont il-każ, iżda l-kundizzjonijiet elenkati fil-punt (b) għandhom jitħarsu.

7.   Meta l-Kunsill Governattiv ikun aċċetta tibdil fil-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-III skont il-paragrafu 5, jew tibdil fil-kompożizzjoni tal-gruppi TLTRO-III ikun seħħ skont il-paragrafu 6, sakemm il-Kunsill Governattiv ma jkunx iddeċieda mod ieħor, dan li ġej għandu japplika:

(a)

fir-rigward tat-tibdil li għalih japplikaw il-paragrafu 5, il-paragrafu 6(b), jew il-paragrafu 6(c) l-istituzzjoni prinċipali tista' tieħu sehem f'TLTRO-III fuq il-bażi tal-kompożizzjoni l-ġdida tal-grupp tat-TLTRO-III tagħha biss wara li tkun kisbet konferma mill-BĊN tagħha li l-kompożizzjoni ġdida tal-grupp TLTRO-III ġie rrikonoxxut; u

(b)

istituzzjoni li m'għadhiex membru ta' grupp tat-TLTRO-III m'għandhiex tieħu sehem f'xi TLTRO-III oħrajn la b'mod individwali u lanqas bħala membru ta' grupp ieħor tat-TLTRO-III, sakemm ma tissottomettix applikazzjoni ġdida biex tipparteċipa skont il-paragrafi 1, 3 jew 6.

8.   Jekk istituzzjoni prinċipali titlef l-eliġibbiltà tagħha bħala kontroparti għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-politika monetarja tal-Eurosistema, il-grupp tat-TLTRO-III tagħha m'għandux jibqa' rikonoxxut u din l-istituzzjoni prinċipali għandha tkun obbligata li tħallas lura l-ammonti kollha meħuda b'self taħt it-TLTROs-III.

Artikolu 4

Limitu fuq is-self, limitu tal-offerta u punti ta' riferiment

1.   Il-limitu fuq is-self applikabbli għal parteċipant individwali għandu jiġu kkalkolat fuq il-bażi tad-dejta dwar is-self fir-rigward tal-ammont pendenti ta' referenza tal-parteċipant individwali. Il-limitu fuq is-self applikabbli għall-parteċipant li huwa l-istituzzjoni prinċipali ta' grupp tat-TLTRO-III għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-dejta aggregata dwar is-self fir-rigward tal-ammont pendenti ta' referenza għall-membri kollha tal-grupp tat-TLTRO-III.

2.   Il-limitu fuq is-self ta' kull parteċipant għandu jkun ta' 30 % tal-ammont pendenti totali ta' referenza, wara li jitnaqqas kull ammont misluf qabel mill-parteċipant tat-TLTRO-III taħt TLTROs-II skont id-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) u li għadu pendenti fid-data tal-ħlas ta' TLTRO-III wara li titqies kull notifika legalment vinkolanti għall-ħlas lura bikri sottomessa mill-partiċipant skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊN/2016/10). Il-kalkoli tekniċi rilevanti huma mfissra fl-Anness I.

3.   Jekk membru tal-grupp TLTRO rikonoxxut għall-finijiet tat-TLTROs-II bis-saħħa tad-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) ma jkunx irid ikun membru tal-grupp TLTRO-III rispettiv, għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu fuq is-self tat-TLTO-III għal dik l-istituzzjoni ta' kreditu bħala parteċipant individwali, dik l-istituzzjoni għandha titqies li sselfet taħt it-TLTROs-II ammont daqs l-ammont meħud b'self mill-istituzzjoni prinċipali tal-grupp TLTRO-II fit-TLTROs-II u li għadhom pendenti fid-data tal-ħlas ta' TLTRO-III immultiplikat bis-sehem ta' selfiet eliġibbli tal-membru lil dawk tal-grupp TLTRO-II fil-31 ta' Jannar 2016. Dan l-aħħar ammont jitnaqqas mill-ammont li l-grupp TLTRO-III rispettiv jitqies li ssellef taħt it-TLTROs-II għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu ta' fuq is-self tat-TLTRO-III tal-istituzzjoni prinċipali.

4.   Il-limitu tal-offerta ta' kull parteċipant għal kull TLTRO-III għandu jkun daqs jew: (i) il-limitu fuq is-self tiegħu mnaqqas bl-ammonti meħudin b'self taħt it-TLTROs-III ta' qabel; jew (ii) 10 fil-mija tal-ammont pendenti totali ta' referenza, skont liema jkun l-aktar baxx. Dan l-ammont għandu jitqies li jirrappreżenta limitu massimu tal-offerta għal kull parteċipant u għandhom jgħoddu r-regoli applikabbli għall-offerti li jaqbżu l-limitu massimu tal-offerta, kif stabbilit fl-Artikolu 36 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Il-kalkoli tekniċi rilevanti huma mfissra fl-Anness I.

5.   Il-punt ta' riferiment ta' tislif nett ta' parteċipant għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' tislif nett eliġibbli fl-ewwel perijodu ta' referenza, kif ġej:

(a)

għal parteċipanti li jirrapportaw tislif nett eliġibbli pożittiv jew żero fl-ewwel perijodu ta' referenza, il-punt ta' riferiment tat-tislif nett għandu jkun żero;

(b)

għall-parteċipanti li jirrapportaw tislif nett eliġibbli negattiv fl-ewwel perijodu ta' referenza, il-punt ta' riferiment tat-tislif nett għandu jkun daqs it-tislif nett eliġibbli għall-ewwel perijodu ta' referenza.

Il-kalkoli tekniċi relevanti huma mfissra fl-Anness I. Il-punt ta' riferiment ta' tislif nett għall-parteċipanti li ngħataw liċenzji bankarji wara t-28 ta' Frar 2019 għandu jkun żero ħlief jekk il-Kunsill Governattiv, f'ċirkustanzi fejn huwa oġġettivament ġġustifkat, jiddeċiedi mod ieħor.

6.   Il-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti ta' parteċipant għandu jiġi ddeterminat bħala s-somma tal-ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli fil-31 ta' Marzu 2019 u l-punt ta' riferiment tat-tislif nett. Il-kalkoli tekniċi rilevanti huma mfissra fl-Anness I.

Artikolu 5

Imgħax

1.   Bla ħsara għall-paragrafu 2, ir-rata ta' imgħax applikabbli għall-ammont misluf taħt kull TLTRO-III għandha tiġi stabbilita 10 punti bażi ogħla mir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiv.

2.   Ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b'self mill-parteċipanti li t-tislif nett eliġibbli fit-tieni perijodu ta' referenza jaqbeż il-punt ta' riferiment tat-tislif nett għandu jkun inqas mir-rata speċifikata fl-ewwel paragrafu u jista' jkun baxx sa 10 punti bażi ogħla mir-rata medja fuq il-faċilità ta' depożitu prevalenti tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiv, skont id-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti. Id-dispożizzjonijiet dettaljati u l-kalkoli huma mfissra fl-Anness I.

3.   Id-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment ta' ammont pendenti, l-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax riżultanti, jekk ikun hemm, u r-rati tal-imgħax finali għandhom jiġu kkomunikati lill-parteċipanti skont il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.

4.   L-imgħax għandu jitħallas bl-arretrati mal-maturazzjoni ta' kull TLTRO-III.

5.   Jekk, minħabba l-eżerċitar ta' rimedji disponibbli għal BĊN skont l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji tiegħu, parteċipant ikun meħtieġ li jħallas lura l-ammonti pendenti tat-TLTRO-III qabel ma tiġi kkomunikata d-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment ta' ammont pendenti u l-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax riżultanti, jekk ikun hemm, lil dak il-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt kull TLTRO-III għandha tiġi stabbilita 10 punti bażi ogħla mir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiv sad-data fuq meta kien jenħtieġ li jsir il-ħlas lura mill-BĊN. Jekk dak il-ħlas lura jkun meħtieġ wara d-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti u l-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax riżultanti, jekk ikun hemm, ikunu ġew ikkomunikati lill-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt kull TLTRO-III għandha tiġi ffissata wara li titqies id-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti.

Artikolu 6

Rekwiżiti ta' rapportar

1.   Kull parteċipant fit-TLTROs-III għandu jissottometti lill-BĊN relevanti d-dejta identifikata fil-mudelli tar-rapportar pprovduti fl-Anness II kif ġej:

(a)

l-ammont pendenti ta' referenza għall-finijiet li jiġi stabbilit il-limitu fuq is-self u l-limitu tal-offerta tal-parteċipant, u dejta dwar l-ewwel perijodu ta' referenza għall-finijiet li jiġu stabbiliti l-punti ta' riferiment tal-parteċipant (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ l-“ewwel rapport”); u

(b)

dejta dwar it-tieni perijodu ta' referenza għall-finijiet li jiġu ddeterminati r-rati ta' imgħax applikabbli (iktar 'il quddiem imsejjaħ it-“tieni rapport”).

2.   Id-dejta għandha tiġi pprovduta skont:

(a)

il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fis-sit eletroniku tal-BĊE;

(b)

il-linji gwida stabbiliti fl-Anness II; u

(c)

l-istandards minimi għall-preċiżjoni u konformità mal-kunċetti speċifikati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

3.   Il-parteċipanti li jkun beħsiebhom jinkludu selfiet eliġibbli awtotitolizzati għall-finijiet li jikkalkulaw il-limitu fuq is-self tagħhom għandhom jeżerċitaw din l-opzjoni billi jipprovdu l-partiti supplimentari relatati mas-selfiet eliġibbli awtotitolizzati kollha, kif spjegat fid-dettall fl-Anness II, flimkien mail-valutazzjoni tal-awditur ta' dawk il-partiti supplimentari, skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

Parteċipanti li jieħdu sehem fl-ewwel jew it-tieni operazzjoni TLTRO-III jistgħu jipparteċipaw fuq il-bażi tal-ewwel rapport li jħalli barra l-partiti supplimentari. Madankollu, sabiex selfiet awtotitolizzati jiġu inklużi fil-kalkolu tal-limitu fuq is-self tagħhom u limiti tal-offerta sa mit-tieni jew it-tielet operazzjoni, il-partiti supplimentari u l-evalwazzjoni rispettiva tal-awditur tal-partiti supplimentari għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti qabel l-iskadenza għall-ewwel rapport għal kwalunkwe waħda minn dawn l-operazzjonijiet speċifikati fil-kalendarju indikattiv għal TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.

(b)

Parteċipanti li l-ewwel jipparteċipaw fit-tielet operazzjoni TLTRO-III jew oħrajn sussegwenti għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti, sal-iskadenza relevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għal TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, kemm l-ewwel rapport li jinkludi l-partiti supplimentari, kif ukoll il-valutazzjoni tal-awditur rispettiva tal-partiti supplimentari.

4.   Termini użati fir-rapport sottomess mill-parteċipanti għandhom jiġu interpretati skont id-definizzjonijiet ta' dawk it-termini fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

5.   L-istituzzjonijiet prinċipali tal-gruppi ta' TLTRO-III għandhom jissottomettu rapporti li jirriflettu dejta aggregata fir-rigward tal-membri kollha tal-grupp tat-TLTRO-III. Barra minn hekk, il-BĊN tal-istituzzjoni prinċipali, jew il-BĊN ta' membru ta' grupp tat-TLTRO-III jistgħu, f'koordinazzjoni mal-BĊN tal-istituzzjoni prinċipali, jeħtieġu li l-istituzzjoni prinċipali tissottometti dejta diżaggregata għal kull membru ta' grupp individwali.

6.   Kull parteċipant għandu jiżgura li l-kwalità tad-dejta sottomessa skont il-paragrafi 1 sa 3 tiġi vvalutata minn awditur estern skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

il-valutazzjoni tal-awditur tal-ewwel rapport għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti sal-iskadenza relevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fis-sit eletroniku tal-BĊE;

(b)

ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur fir-rigward tat-tieni rapport għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti sal-iskadenza relevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għal TLTROs-III ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE;

(c)

il-valutazzjonijiet tal-awditur għandhom jiffokaw fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3. B'mod partikolari, l-awditur għandu:

(i)

jivvaluta l-preċiżjoni tad-dejta pprovduta billi jivverifika li s-sett ta' selfiet eliġibbli tal-parteċipant inkluż, fil-każ ta' istituzzjoni prinċipali, is-selfiet eliġibbli għall-membri tal-grupp TLTRO-III, jissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà;

(ii)

jivverifika li d-dejta rapportata tikkonforma mal-linji gwida speċifikati fl-Anness II u mal-kunċetti mdaħħla permezz tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33);

(iii)

jivverifika li d-dejta rapportata hija konsistenti mad-dejta miġbura skont ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33);

(iv)

jivverifika jekk hemmx fis-seħħ kontrolli u proċeduri għall-validazzjoni tal-integrità, il-preċiżjoni u l-konsistenza tad-dejta; u

(v)

fir-rigward tal-partiti supplimentari, jiżgura, permezz ta' proċedura ta' ingaġġ ta' assigurazzjoni pożittiva, jiġifieri proċedura li tiċċertifika li d-dejta rrapportata hija preċiża u relevanti, li selfiet eliġibbli awtotitolizzati inklużi għall-fini tal-kalkolu tal-ammont pendenti ta' referenza ta' parteċipant jikkorrispondu għat-titoli ggarantiti b'assi relevanti li huma miżmuma 100 % mill-parteċipant rispettiv jew membru tal-grupp TLTRO-III, li jkun oriġina s-selfiet eliġibbli awtotitolizzati.

Fil-każ ta' parteċipazzjoni fuq bażi ta' grupp, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-awditur għandhom jiġu kondiviżi mal-BĊNi tal-membri l-oħrajn tal-grupp TLTRO-III. Fuq talba tal-BĊN tal-parteċipant, riżultati ddettaljati tal-valutazzjonijiet li jsiru skont dan il-paragrafu għandhom jiġu pprovduti lil dak il-BĊN u, fil-każ ta' parteċipazzjoni tal-grupp, sussegwentement jiġu kondiviżi mal-BĊNi tal-membri tal-grupp.

(d)

il-valutazzjonijiet tal-awditur għandu jinkludu ta' mill-inqas dawn l-elementi li ġejjin:

(i)

it-tip ta' proċedura ta' awditjar applikata;

(ii)

il-perijodu kopert mill-awditu;

(iii)

id-dokumentazzkjoni analizzata;

(iv)

deskrizzjoni tal-metodi segwiti mill-awdituri sabiex iwettqu l-kompiti deskritti fl-Artikolu 6(6)(c);

(v)

fejn applikabbli, l-identifikaturi (kodiċijiet FVC u/jew LEIs, kif applikabbli) ta' kull vejikolu ta' titolizzazzjoni li jżomm is-selfiet eliġibbli awtotitolizzati msemmija fil-paragrafu (c)(v), u l-kodiċi IFM tal-parteċipant jew il-membru tal-grupp tat-TLTRO-III li jkun oriġina s-selfiet eliġibbli awtotitolizzati;

(vi)

il-korrezzjonijiet imwettqa, jekk ikun hemm, wara li jiġu applikati l-metodi deskritti fil-punt (iv);

(vii)

konferma li d-dejta inkluża fil-mudelli tar-rapportar huma konformi mal-informazzjoni li tinsab fis-sistemi interni tal-parteċipanti; u

(viii)

osservazzjonijiet jew valutazzjoni finali bħala riżultat tal-awditjar estern.

L-Eurosistema tista' tipprovdi gwida ulterjuri fuq il-mod kif il-valutazzjoni tal-awditur għandha ssir, f'liema każ il-parteċipanti għandhom jiżguraw li dik il-gwida tiġi applikata mill-awdituri fil-valutazzjoni tagħhom.

7.   Bla ħsara għall-paragrafu 8, wara bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-III jew riorganizzazzjoni korporattiva, bħal fużjoni, akkwiżizzjoni jew diviżjoni (inkluża waħda li tirriżulta minn riżoluzzjoni jew likwidazzjoni tal-parteċipant), li taffettwa is-sett tas-selfiet eliġibbli tal-partiċipant, l-ewwel rapport rivedut għandu jiġi sottomess skont l-istruzzjonijiet riċevuti mill-BĊN tal-partecipant. Il-BĊN relevanti għandu jevalwa l-impatt tar-reviżjoni u jieħu azzjoni xierqa. Din l-azzjoni tista' tinkludi rekwiżit biex jitħallsu lura ammonti meħuda b'self li, wara li tittieħed inkunsiderazzjoni l-bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-III jew ir-riorganizzazzjoni korporattiva, jaqbżu l-limitu fuq is-self relevanti. Il-parteċipant ikkonċernat, li jista' jinkludi entità ġdida stabbilita wara riorganizzazzjoni korporattiva, għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba mill-BĊN relevanti għall-għajnuna fil-valutazzjoni tal-impatt tar-reviżjoni.

8.   B'eċċezzjoni mill-paragrafu 7, reviżjoni tal-ewwel rapport mhuwiex meħtieġ, imma l-impatt relevanti fuq selfiet eliġibbli jista' minflok jiġi rreġistrat bħala aġġustament fit-tieni rapport f'każijiet fejn:

(a)

ir-riorganizzazzjoni korporattiva tinvolvi istituzzjonijiet li, qabel ir-riorganizzazzjoni korporattiva, kienu soġġetti għal miżuri superviżorji jew ta' riżoluzzjoni u dawn il-miżuri, kif ikkonfermat mill-BĊN relevanti, tabilħaqq fixklu l-kapaċità tagħhom li jsellfu waqt l-aħħar nofs tat-tieni perijodu ta' referenza;

(b)

ir-riorganizzazzjoni korporattiva tinvolvi akkwiżizzjoni minn parteċipant li tlestiet fl-aħħar sitt xhur tat-tieni perijodu ta' referenza; jew

(c)

il-BĊN relevanti jevalwa l-impatt tal-bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp jew riorganizzazzjoni korporattiva bħala li ma jeħtieġx rapport rivedut.

Għall-każijiet (b) u (c), il-parteċipanti xorta jistgħu jagħżlu li jirrevedu l-ewwel rapport sabiex jitqiesu r-riorganizzazzjonijiet korporattivi.

9.   Id-dejta pprovduta mill-parteċipanti skont dan l-Artikolu tista' tintuża mill-Eurosistema għall-implimentazzjoni tal-qafas TLTRO-III, kif ukoll għall-analiżi tal-effettività tal-qafas u għanijiet analitiċi tal-Eurosistema oħrajn. Għal dawn il-finijiet, il-BĊNi li jirċievu dejta rapportata skont dan l-Artikolu jistgħu jpartu din id-dejta fi ħdan l-Eurosistema. Id-dejta rapportata skont dan l-Artikolu tista' tiġi kondiviża wkoll fi ħdan l-Eurosistema għall-finijiet tal-validazzjoni tad-dejta pprovduta.

Artikolu 7

Nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' rapportar

1.   Meta parteċipant jonqos milli jirrapporta jew jikkonforma mar-rekwiżiti tal-awditu, jew fejn jiġu identifikati żbalji fid-dejta rapportata, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

Jekk parteċiplant jonqos milli jpoġġi l-ewwel rapport għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti sal-iskadenza relevanti, il-limitu fuq is-self tiegħu għandu jiġi ffissat għal żero.

(b)

Jekk parteċiplant jonqos milli jpoġġi għad-disżizzjoni tal-BĊN relevanti r-riżultati tail-valutazzjoni tal-awditur tal-ewwel rapport sal-iskadenza relevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, il-parteċipant għandu jħallas lura l-ammonti kollha pendenti li ssellef taħt it-TLTRO-III fid-data ta' saldu tal-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament li jmiss bir-rata tal-imgħax ta' 10 punti bażi ogħla mir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' refinanzjament tul il-ħajja ta' kull TLTRO-III rispettiv.

(c)

Jekk parteċiplant jonqos milli jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti t-tieni rapport sal-iskadenza relevanti, ir-rata tal-imgħax ta' 10 punti bażi ogħla mir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' refinanzjament tul il-ħajja ta' kull TLTRO-III rispettiv għandha tapplika għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III flimkien ma' penali addizjonali ta' EUR 500 kuljum sakemm jintbagħat it-tieni rapport, iżda sa massimu ta' EUR 15 000. Il-penali għandhom jakkumulaw u jintalab il-ħlas tagħhom malli l-BĊN relevanti jirċievi t-tieni rapport jew meta l-penali massima tkun intlaħqet jekk it-tieni rapport ikun għadu ma ġiex riċevut sa dak il-punt.

(d)

Jekk parteċiplant jonqos milli jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti r-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur tat-tieni rapport sal-iskadenza relevanti, ir-rata tal-imgħax ta' 10 punti bażi ogħla mir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' refinanzjament tul il-ħajja ta' kull TLTRO-III rispettiv għandha tapplika għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III.

(e)

Jekk parteċipant jonqos milli b'mod ieħor jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(6) jew (7), ir-rata tal-imgħax ta' 10 punti bażi ogħla mir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' refinanzjament tul il-ħajja ta' kull TLTRO-III rispettiv għandha tapplika għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III.

(f)

Jekk parteċipant, jew fir-rigward tal-verifika msemmija fl-Artikolu 6(6) jew b'xi mod ieħor, jidentifika żbalji fid-dejta sottomessa fir-rapporti, inklużi ineżattezzi jew inkompletezza, għandu jinnotifika lill-BĊN relevanti bihom fl-iqsar żmien possibbli. Meta l-BĊN rilevanti ikun ġie nnotifkat b'dawn l-iżbalji, ineżattezzi jew omissjonijiet, jew fejn dawn l-iżbalji, ineżattezzi jew omissjonijiet jaslu għall-attenzjoni tiegħu mod ieħor: (i) il-parteċipant għandu jipprovdi kull informazzjoni addizzjonali mitluba mill-BĊN relevanti fl-iqsar żmien possibbli biex jgħin fil-valutazzjoni tal-impatt tal-iżbalji, ineżattezzi jew omissjonijiet ikkonċernati; u (ii) il-BĊN relevanti jista' jieħu l-azzjoni xierqa, li tista' tinkludi kalkolu mill-ġdid tal-valuri relevanti li, min-naħa tagħhom jistgħu jaffettwaw ir-rata tal-imgħax applikata lis-self tal-parteċipant taħt it-TLTROs-III u rekwiżit għall-ħlas lura tal-ammonti meħuda b'self li, minħabba żball, jaqbżu l-limitu fuq is-self tal-parteċipant.

2.   Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe sanzjoni li tista' tiġi imposta skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 (9) fir-rigward tal-obbligi ta' rapportar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Awwissu 2019.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta' Lulju 2019.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Id-Deċiżjoni BĊE/2014/34 tad-29 ta' Lulju 2014 dwar miżuri relatati ma' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament fuq żmien itwal (ĠU L 258, 29.8.2014, p.11).

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2016/810 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar it-tieni serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2016/10)(ĠU L 132, 21.5.2016, p. 107).

(3)  Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol.3, p. 23).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 107).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi (BĊE/2003/9), (ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10).

(9)  Id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 tad-19 ta' Awwissu 2010 dwar nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għar-rapportar tal-istatistika (ĠU L 226, 28.8.2010, p. 48).


ANNESS I

IT-TWETTIQ TAT-TIELET SERJE TA' OPERAZZJONIJIET TA' RIFINANZJAMENT SPEĊIFIĊI FUQ ŻMIEN ITWAL

1.   Kalkolu tal-limitu fuq is-self u l-limitu tal-offerta

Il-parteċipanti f'waħda mit-tielet sensiela ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-III), li jaġixxu jew individwalment jew bħala istituzzjoni prinċipali ta' grupp TLTRO-III, huma suġġetti għal limitu fuq is-self. Il-limitu fuq is-self ikkalkolat jitqarreb għall-figura multipla li jmiss ta' EUR 10 000.

Il-limitu fuq is-self applikabbli għal parteċipant individwali fit-TLTROs-III huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-ammont pendenti ta' referenza li jinkludi l-ammont pendenti ta' selfiet eliġibbli u, malli tiġi eżerċitata l-opzjoni fl-Artikolu 6(3), selfiet eliġibbli awtotitolizzati fit-28 ta' Frar 2019. Il-limitu fuq is-self applikabbli għall-istituzzjoni prinċipali ta' grupp tat-TLTRO-III huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-ammont pendenti ta' referenza b'rabta mal-membri kollha tal-grupp TLTRO-III.

II-limitu fuq is-self huwa ta' 30 % tal-ammont pendenti ta' referenza li jirrigwarda lill-parteċipant (1) wara li jitnaqqsu l-ammonti meħuda b'self mill-parteċipant fl-operazzjoni speċifika ta' rifinanzjament għal żmien itwal skont id-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) (TLTROs-II) u li għadhom pendenti fid-data tal-ħlas tal-TLTRO-III rispettiv, jew żero jekk dak l-ammont huwa negattiv, jiġifieri:

BAk = max(0,3 × ORFeb 2019OBk , 0) għal k = 1,…,7.

Fejn BAk huwa l-limitu fuq is-self fit-TLTRO-III k (bi k = 1,…,7), ORFeb 2019 huwa l-ammont pendenti ta' referenza fit-28 ta' Frar 2019 u OBk huwa l-ammont meħud b'self mill-parteċipant fit-TLTROs-II u li għadu pendenti fid-data tas-saldu tal-TLTRO-III k.

Il-limitu tal-offerta applikabbli għal kull parteċipant f'kull TLTRO-III huwa jew: a) il-limitu fuq is-self tiegħu BAk li minnu jitnaqqsu l-ammonti meħuda b'self taħt TLTROs-III preċedenti; jew b) għaxra fil-mija tal-ammont pendenti totali ta' referenza, skont liema jkun l-aktar baxx. Fejn Ck ≥ 0 ikun is-self ta' parteċipant fit-TLTRO-III k, mela Ck BLk fejn BLk ikun il-limitu tal-offerta għal dan il-parteċipant fl-operazzjoni k li hija ddefinita kif ġej:

BL 1 = min(BA 1, 0,1 × ORFeb 2019)

u

Formula

għal k = 2,…,7.

2.   Kalkolu tal-punti ta' riferiment

Fejn NLm huwa t-tislif nett eliġibbli ta' parteċipant f'xahar kalendarju m, ikkalkulat bħala l-fluss gross ta' parteċipant ta' selfiet eliġibbli ġodda f'dak ix-xahar bit-tnaqqis ta' ħlasijiet lura ta' selfiet eliġibbli, kif iddefinit fl-Anness II.

Indika b'NLB il-punt ta' riferiment tat-tislif nett għal dan il-parteċipant. Dan huwa ddefinit kif ġej:

NLB = min (NLApr 2018 + NLMay 2018 + … + NLMar 2019, 0)

Dan jimplika li jekk il-parteċipant għandu tislif nett eliġibbli pożittiv jew żero fl-ewwel perijodu ta' referenza, mela NLB = 0. Jekk, madankollu, il-parteċipant għandu tislif nett eliġibbli negattiv fl-ewwel perijodu ta' referenza, mela NLB = NLApr 2018 + NLMay 2018 + … + NLMar 2019.

Indika b'OAB l-punt ta' riferiment ta' ammont pendenti ta' parteċipant. Dan huwa ddefinit kif ġej:

OAB = max (OLMar 2019 + NLB, 0)

fejn OLMar 2019 huwa l-ammont pendenti ta' selfiet eliġibbli fi tmiem Marzu 2019.

3.   Kalkolu tar-rata ta' imgħax

Fejn NSMar 2021 juri l-ammont miksub billi jingħadd it-tislif nett eliġibbli fuq perijodu mill-1 ta' April 2019 sal-31 ta' Marzu 2021 u l-ammont pendenti ta' selfiet eliġibbli mill-31 ta' Marzu 2019; dan huwa kkalkulat bħala NSMar 2021 = OLMar 2019 + NLApr 2019 + … + NLMar 2021.

Indika issa b'EX il-perċentwali ta' devjazzjoni ta' NSMar 2021 mill-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti, jiġifieri,

Formula

EX tiġi espressa bħala perċentwali imqarreb sal-eqreb 15-il pożizzjoni deċimali. Fejn OAB huwa żero, EX jitqies daqs 2.5.

Fejn Formula hija l-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament (MRO) prevalenti għat-tul tal-TLTRO-III k u espress bħala rata perċentwali annwali u fejn Formula hija l-medja tar-rata tal-faċilità tad-depożitu prevalenti tul il-ħajja tat-TLTRO-III k u espressa bħala rata perċentwali annwali, jiġifieri:

Formula

Formula

Fil-ekwazzjonijiet hawn fuq nk (għal k=1,..7) jindika n-numru ta' ġranet tat-TLTRO-III k, MROk,t jindika r-rata applikata lill-MRO fil-ġurnata t tat-TLTRO-III k, jekk dan l-MRO jitwettaq taħt reġim ta' allokazzjoni sħiħa b'rata fissa, jew MROk,t jindika r-rata minima tal-offerta applikata lill-MRO fil-ġurnata t tat-TLTRO-III k, jekk dan l-MRO jitwettaq taħt proċedura ta' sejħa għal offerti b'rata varjabbli, u espress bħala rata perċentwali annwali. Fil-ekwazzjonijiet hawn fuq DFk,t jindika r-rata applikata lill-faċilità tad-depożitu fil-ġurnata t tat-TLTRO-III k, u espressa bħala rata perċentwali annwali.

Fejn l-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax, imkejjel bħala proporzjon tal-kuritur medju bejn ir-rata tal-imgħax massima possibbli (Formula) u rata tal-imgħax minima possibbli (Formula), tkun indikata iri; fejn ir-rata tal-imgħax li se tiġi applikata għat-TLTRO-III k, espressa bħala rata perċentwali annwali, tiġi indikata rk ; iri u rk huma stabbiliti kif ġej:

(a)

Jekk partiċipant ma jaqbiżx il-punt ta' riferiment tiegħu għal ammont ta' selfiet eliġibbli pendenti fil-31 ta' Marzu 2021, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata lill-ammonti kollha meħuda b'self mill-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija stabbilita għal 10 punti bażi ogħla mir-rata medja tal-MRO tul il-ħajja tat-TLTRO-III, jiġifieri:

jekk EX ≤ 0, mela iri = 0 % u Formula

(b)

Jekk partiċipant jaqbeż il-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti tas-selfiet eliġibbli b'mill-inqas 2,5 % fil-31 ta' Marzu 2021, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata lill-ammonti kollha meħuda b'self mill-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija daqs 10 punti bażi ogħla mir-rata tal-imgħax medja fuq il-faċilità ta' depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

jekk EX ≥ 2,5, mela iri = 100 % u Formula

(c)

Jekk partiċipant jaqbeż il-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti ta' selfiet eliġibbli imma b'inqas minn 2,5 % fil-31 ta' Marzu 2021, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata lill-ammonti kollha meħuda b'self mill-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija ggradata b'mod lineari skont il-perċentwali li biha il-parteċipant jaqbeż il-punt ta' riferiment tal-ammonti pendenti tas-selfiet eliġibbli, jiġifieri,

jekk 0 < EX < 2,5, mela Formula u Formula

L-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax (iri) tiġi espressa bi tqarrib sa 15-il pożizzjoni deċimali.

Ir-rata tal-imgħax (rk ) tiġi espressa bħala rata ta' perċentwali annwali, imqarrba sar-raba' pożizzjoni deċimali.


(1)  Ir-referenzi għal “parteċipant” għandhom jinftiehmu li japplikaw għal parteċipanti individwali jew gruppi TLTRO-III.


ANNESS II

IT-TIELET SERJE TA' OPERAZZJONIJIET TA' RIFINANZJAMENT SPEĊIFIĊI FUQ ŻMIEN ITWAL — LINJI GWIDA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAD-DEJTA MEĦTIEĠA GĦALL-MUDELLI TA' RAPPORTAR

1.   Introduzzjoni (1)

Dawk il-linji gwida jipprovdu struzzjonijiet għall-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta li l-parteċipanti fit-TLTROs-III għandhom jissottomettu skont l-Artikolu 6. Ir-rekwiżiti tar-rapportar huma ppreżentati fil-mudelli ta' rapportar fl-aħħar ta' dan l-Anness. Dawn il-linji gwida jispeċifikaw ukoll ir-rekwiżiti ta' rapportar tal-istituzzjonijiet prinċipali tal-gruppi tat-TLTRO-III li jieħdu sehem fl-operazzjonijiet.

It-Taqsimiet 2 u 3 jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar il-kumpilazzjoni u t-trasmissjoni tad-dejta u t-Taqsima 4 tispjega l-indikaturi li għandhom jiġu rrapportati.

2.   Informazzjoni ġenerali

Il-miżuri li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-limitu fuq is-self huma relatati ma' self tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM) lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji taż-żona tal-euro u self IFM lil unitajiet domestiċi taż-żona tal-euro (2), bl-esklużjoni ta' self għax-xiri ta' djar, fil-muniti kollha. Skont l-Artikolu 6, żewġ rapporti tad-dejta għandhom jiġu sottomessi: l-ewwel rapport ikopri dejta dwar l-ammont pendenti ta' referenza u dejta relatata mal-ewwel perijodu ta' referenza, u t-tieni rapport ikopri dejta relatata mat-tieni perijodu ta' referenza. L-ammonti għandhom jiġu rrapportati separatament għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji u għal unitajiet domestiċi. L-ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli huma aġġustati biex jaħsbu għal selfiet li huma titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor u mhux dekontabilizzati, iżda l-parteċipanti jistgħu jeżerċitaw l-opzjoni skont l-Artikolu 6(3) li jżidu selfiet eliġibbli awtotitolizzati għall-fini li jikkalkolaw il-limitu fuq is-self tagħhom, irrispettivament mill-istatus ta' rikonoxximent fuq il-karta tal-bilanċ. Informazzjoni ddettaljata hija meħtieġa wkoll fuq subkomponenti relevanti ta' dawn il-partiti, kif ukoll fuq l-effetti li jirriżultaw f'tibdil lil ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli imma ma humiex relatati ma' tislif nett eliġibbli (iktar 'il quddiem “aġġustamenti għall-ammonti pendenti”), li jkopru wkoll xiri u bejgħ ta' self u trasferimenti ta' self oħra.

Fir-rigward tal-użu tal-informazzjoni miġbura, id-dejta fuq l-ammont pendenti ta' referenza se tintuża għad-determinazzjoni tal-limitu fuq is-self. Barra minn hekk, id-dejta fuq tislif nett eliġibbli matul l-ewwel perijodu ta' referenza għandu jintuża għall-kalkolu tal-punt ta' riferiment tat-tislif nett u l-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti. Fil-frattemp dejta fuq tislif nett eliġibbli matul it-tieni perijodu ta' referenza għandha tintuża għall-valutazzjoni tal-iżviluppi tas-self u, għaldaqstant, ir-rati ta' imgħax applikabbli. L-indikaturi kollha huma meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konsistenza interna tal-informazzjoni u l-konsistenza tagħha mad-dejta statistika miġbura fi ħdan l-Eurosistema, kif ukoll għall-monitoraġġ profond tal-impatt tal-programm tat-TLTRO-III.

Il-qafas ġenerali sottostanti t-tlestija tar-rapporti tad-dejta huwa pprovdut mir-rekwiżiti ta' rapportar tal-IFM taż-żona tal-euro fil-kuntest tal-istatistika dwar il-partiti tal-karta tal-bilanċ (BSI) tal-IFM, kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). B'mod partikolari, fir-rigward tas-self, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) jeħtieġ li dan “[għandu jiġi rrapportat] skont l-ammont tal-kapital pendenti fl-aħħar tax-xahar. It-tħassir u tnaqqis fil-valur kif iddeterminat mill-prattiki ta' kontabbiltà relevanti għandhom ikunu esklużi minn dan l-ammont. […] is-self m'għandux ikun nnettjat kontra ebda assi jew passiv oħra”. Madankollu, għall-kuntrarju tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 8(2), li jimplikaw ukoll li s-self irid jiġi rrapportat gross mill-provvedimenti, l-Artikolu 8(4) jistipula li l-“BĊNi jistgħu jħallu r-rapportar ta' self kopert wara li jitnaqqsu l-koperturi u r-rapportar ta' self mixtri skont il-prezz miftiehem fil-ħin tal-akkwist tagħhom [jiġifieri l-valur tat-tranżazzjoni tagħhom], sakemm dawn il-prattiċi tar-rapportar ikunu applikati mill-operaturi kollha residenti li jirrapportaw”. Selfiet eliġibbli awtotitolizzati jistgħu ma jiġux irraportati jekk ikunu dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ. L-implikazzjonijiet li din id-devjazzjoni mill-gwida ġenerali dwar il-BSI għandha għall-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta huma rriveduti f'iktar dettall iktar 'il quddiem.

Ir-Regolament (UE) No 1071/2013 (BĊE/2013/33) għandu jintuża wkoll bħala d-dokument ta' referenza fir-rigward tad-definizzjonijiet li jridu jiġu applikati fil-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta. Ara, b'mod partikolari, l-Artikolu 1 għad-definizzjonijiet ġenerali, u l-Partijiet 2 u 3 tal-Anness II għal definizzjoni tal-kategoriji tal-istrumenti li għandhom ikunu koperti taħt “self” u tas-setturi ta' parteċipanti rispettivament. Huwa importanti, fil-qafas tal-BSI, li r-riċevibbli tal-imgħax dovut fuq is-self ikun, bħala regola, soġġett għal reġistrazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ hekk kif isir dovut (jiġifieri fuq bażi tad-dovuti minflok meta fil-fatt jiġi riċevut), iżda għandu jkun eskluż mid-dejta fuq l-ammonti pendenti ta' self. Madankollu, imgħax kapitalizzat għandu jiġi rreġistrat bħala parti mill-ammonti pendenti.

Filwaqt li ħafna mid-dejta li trid tiġi rrapportata diġà tinġabar mill-IFM skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), il-parteċipanti li jagħmlu offerti fit-TLTRO-III għandhom jiġbru ċerta informazzjoni addizzjonali. Il-qafas metodoloġiku għall-istatistika tal-BSI, kif stipulat fil-“Manual on MFI balance sheet statistics” (3) (“Manwal dwar l-istatistiki tal-karta tal-bilanċ tal-IFM”), jipprovdi t-tagħrif ta' sfond kollu meħtieġ biex tinġabar din id-dejta addizzjonali; iktar dettalji huma pprovduti fil-punt 4 dwar id-definizzjonijiet tal-indikaturi individwali.

3.   Struzzjonijiet ġenerali ta' rapportar

(a)   Struttura tal-mudelli dwar ir-rapportar

Il-mudelli jinkludu indikazzjoni tad-dati ta' referenza li għalihom tirreferi d-dejta u jiġbru l-indikaturi f'żewġ blokok:: selfiet IFM lill-korporazzjonijiet mhux finanzjarji taż-żona tal-euro u selfiet IFM lil unitajiet domestiċi taż-żona tal-euro, esklużi selfiet għal xiri ta' djar. Id-dejta fiċ-ċelloli kollha mmarkati bl-isfar hija kkalkolata mid-dejta mdaħħla f'ċelloli oħrajn, fuq il-bażi tal-formuli pprovduti. Il-mudelli jinkorporaw ukoll regoli ta' validazzjoni li jivverifikaw il-konsistenza interna tad-dejta.

Hemm żewġ rapporti fit-TLTRO-III.

L-ewwel rapport jeħtieġ il-mudell A tad-dejta komplut b'rabta mal-ammont pendenti ta' referenza għall-fini tal-kalkolu tal-limitu fuq is-self u l-limiti tal-offerta. Il-parteċipanti li jeżerċitaw l-opzjoni skont l-Artikolu 6(3) iridu jipprovdu l-partiti supplimentari relatati ma' selfiet eliġibbli awtotitolizzati, u l-valutazzjoni tal-awditur għal dawk il-partiti, skont l-Artikolu 6(6)(c)(v). L-ewwel rapport jeħtieġ ukoll il-mudell B komplut għall-“ewwel perijodu ta' referenza”, jiġifieri mill-1 ta' April 2018 sat-31 ta' Marzu 2019, għall-finijiet tal-kalkolu tat-tislif nett eliġibbli u l-punti ta' riferiment.

It-tieni rapport jeħtieġ il-mudell B tad-dejta komplut għat-“tieni perijodu ta' referenza”, jiġifieri mill-1 ta' April 2019 sal-31 ta' Marzu 2021, għall-finijiet tal-kalkolu tat-tislif nett eliġibbli u t-tqabbil kontra l-punti ta' riferiment li fuqhom huma bbażati r-rati tal-imgħax applikabbli.

Fil-Mudell B, l-indikaturi marbutin ma' ammonti pendenti jridu jiġu rrapportati kif kienu fi tmiem ix-xahar ta' qabel ma beda l-perijodu tar-rapportar u fi tmiem il-perjodu tar-rapportar; għalhekk, għall-ewwel perjodu ta' referenza ammonti pendenti għandhom jiġu rrapportati kif huma fil-31 ta' Marzu 2018 u fil-31 ta' Marzu 2019, u għat-tieni perijodu ta' referenza l-ammonti pendenti jridu jiġu rrapportati kif huma fil-31 ta' Marzu 2019 u l-31 ta' Marzu 2021. Min-naħa tagħha, id-dejta fuq tranżazzjonijiet u aġġustamenti trid tkopri l-effetti relevanti kollha li jseħħu matul il-perjodu tar-rapportar.

(b)   Ir-rapportar fir-rigward ta' gruppi tat-TLTRO-III

Fir-rigward ta' parteċipazzjoni ta' grupp fit-TLTROs-III, bħala regola d-dejta għandha tiġi rrapportata fuq bażi aggregata. Madankollu, il-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊNi) għandhom il-possibbiltà li jiġbru t-tagħrif fuq bażi ta' istitituzzjonijiet individwali, jekk iqisu li dan ikun xieraq.

(c)   Tranżmissjoni tar-rapporti tad-dejta

Ir-rapporti tad-dejta kompletati għandhom jintbagħtu lill-BĊN relevanti kif speċifikat fl-Artikolu 6 u skont il-kalendarju indikattiv għal TLTROs-III ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, li jistipula wkoll il-perjodi ta' referenza li jridu jkunu koperti f'kull trażmizzjoni u liema vintages tad-dejta għandhom jintużaw għall-kumpilazzjoni tad-dejta.

(d)   Unità tad-dejta

Id-dejta trid tiġi rrapportata f'termini ta' eluf ta' euro.

4.   Definizzjonijiet

Din is-sezzjoni tipprovdi definizzjonijiet tal-partiti li jridu jiġu rrapportati; l-enumerazzjoni użata fil-mudell ta' rapportar hija indikata fil-parenteżi.

(a)   Ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli (1 u 4)

Id-dejta f'dawn iċ-ċelloli tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-figuri rrapportati fir-rigward tal-partiti li ġejjin fil-karta tal-bilanċ: “Ammonti pendenti fil-karta tal-bilanċ” (1.1 u 4.1), nieqes l-“Ammonti pendenti ta' selfiet li huma titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor iżda mhux dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ” (1.2 u 4.2), b'żieda ta' “Provvedimenti pendenti” (1.3 u 4.3). L-aħħar subterminu huwa relevanti biss f'każijiet li fihom, għall-kuntrarju tal-prattika ġenerali tal-BSI, is-self jiġi rrapportat nett mill-provvedimenti.

Il-partiti sottostanti tal-ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli huma skont kif ġej:

(i)

Ammonti pendenti fil-karta tal-bilanċ (1.1 u 4.1)

Din il-partita tinkludi ammonti pendenti ta' self mogħti lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi taż-żona tal-euro, bl-esklużjoni ta' self għax-xiri ta' djar. Għall-kuntrarju tal-imgħax kapitalizzat, l-imgħax dovut huwa eskluż mill-indikaturi.

Dawn iċ-ċelloli huma marbuta direttament mar-rekwiżiti tal-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) (Taqsima 2 tat-Tabella 1 fuq stokks tax-xahar).

Għal definizzjoni iktar dettaljata tal-partiti li jridu jiddaħħlu fir-rapporti tad-dejta, ara l-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 4.3 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

(ii)

L-ammonti pendenti ta' selfiet titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor iżda mhux dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ (1.2 u 4.2)

Din il-partita tinkludi l-ammonti pendenti ta' selfiet li huma titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor iżda li ma ġewx dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ. L-attivitajiet kollha ta' titolizzazzjoni jridu jiġu rrapportati, indipendentement minn fejn huma residenti l-korporazzjonijiet finanzjarji vetturi. Selfiet ipprovduti bħala kollateral lill-Eurosistema għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-politika monetarja fil-forma ta' pretensjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw fi trasferiment mingħajr dekontabilizzar mill-karta tal-bilanċ huma esklużi minn din il-partita.

Il-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) (Taqsima 5.1 tat-Tabella 5a fuq id-dejta tax-xahar) tkopri l-informazzjoni meħtieġa fuq selfiet titolizzati lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi li ma ġewx dekontabilizzati, iżda ma teħtieġx li dawn tal-aħħar jitqassmu skont l-iskop. Barra minn hekk, ammonti pendenti ta' selfiet li ġew ittrasferiti b'xi mod ieħor (jiġifieri mhux permezz ta' titolizzazzjoni) iżda li mhumiex dekontabilizzati, mhumiex koperti mir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Għalhekk, għall-finijiet tal-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta, huma meħtieġa estrazzjonijiet ta' dejta separati mid-databases interni tal-IFM.

Għal iktar dettalji tal-partiti li jridu jiddaħħlu fir-rapporti tad-dejta, ara l-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 3.11 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

(iii)

Provvedimenti pendenti (1.3 u 4.3)

Din id-dejta hija relevanti biss għal dawk l-istituzzjonijiet li, għall-kuntrarju tal-prattika ġenerali tal-BSI, jirrapportaw tislif nett mill-provvedimenti. Fil-każ ta' istituzzjonijiet li jagħmlu offerti bħala grupp tat-TLTRO-III, dan ir-rekwiżit japplika biss għal dawk l-istituzzjonijiet fil-grupp li jirreġistraw tislif nett mill-provvedimenti.

Din il-partita tinkludi provvedimenti individwali u kollettivi għal indeboliment u telf minn self (qabel ma jsir tħassir u tniżżil fil-valur). Id-dejta trid tirreferi għal “Ammonti pendenti ta' selfiet fuq il-karta tal-bilanċ” (1.1 u 4.1), esklużi “Ammonti pendenti ta' selfiet titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor iżda mhux dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ” (1.2 u 4.2).

Kif intqal iktar 'il fuq fit-tielet subparagrafu tal-punt 2, bħala regola, fl-istatistika tal-BSI is-selfet għandhom jiġu rrapportati bl-ammont pendenti ta' kapital, bil-provvedimenti korrispondenti li jiġu allokati f'“Kapital u riżervi”. F'dawn il-każijiet, m'għandha tiġi rrapportata l-ebda informazzjoni separata dwar provvedimenti. Fl-istess ħin, f'każijiet li fihom is-self jiġi rrapportat nett mill-provvedimenti, dan it-tagħrif addizzjonali jrid jiġi rrapportat sabiex tinġabar dejta kompletament paragunabbli bejn l-IFM.

Meta tkun il-prattika li jiġu rrapportati ammonti pendenti ta' tislif nett mill-provvedimenti, il-BĊNi għandhom l-għażla li jagħmlu r-rapportar ta' dan it-tagħrif mhux obbligatorju. Madankollu, f'dawn il-każijiet il-kalkoli skont il-qafas tat-TLTROs-III ser ikunu msejsin fuq l-ammonti ta' self pendenti fil-karta tal-bilanċ nett mill-provvedimenti (4).

Għal dettalji addizzjonali, ara r-referenza għad-dispożizzjonijiet fid-definizzjoni ta' “Kapital u riżervi” fil-Parti 2 tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

(b)   Tislif nett eliġibbli (2)

Dawn iċ-ċelloli jirreġistraw it-tislif nett (tranżazzjonijiet) mogħti matul il-perjodu tar-rapportar. Id-dejta tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-figuri rrapportati għas-subpartiti, jiġifieri s-“Self gross” (2.1) nieqes il-“Ħlasijiet lura” (2.2).

Self li huwa negozjat mill-ġdid matul il-perjodu tar-rapportar għandu jiġi rrapportat kemm bħala “Ħlasijiet lura” kif ukoll bħala “Self gross” meta jseħħ in-negozjar mill-ġdid. Id-dejta dwar l-aġġustament trid tinkludi effetti marbutin man-negozjar mill-ġdid tas-self.

Fil-prinċipju, tranżazzjonijiet “mreġġa' lura” matul il-perjodu (jiġifieri self mogħti u mħallas lura matul il-perjodu) għandhom jiġu rrapportati kemm bħala “Self gross” kif ukoll bħala “Ħlasijiet lura”. Madankollu, l-IFM li jagħmlu offerti jistgħu jitħallew jeskludu dawn l-operazzjonijiet ukoll meta jikkompilaw ir-rapporti tad-dejta, sabiex jittaffa l-piż tar-rapportar tagħhom. F'dan il-każ, għandhom jinfurmaw lill-BĊN relevanti u d-dejta fuq l-aġġustamenti għall-ammonti pendenti għandha teskludi wkoll effetti marbutin ma' dawn l-operazzjonijiet imreġġa' lura. Din l-eċċezzjoni ma tapplikax għal self mogħti matul il-perjodu li huwa ttitolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor.

Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll dejn tal-karta tal-kreditu, self ċirkolanti u kreditu fuq kont kurrenti bankarju. Għal dawn l-istrumenti, bidliet fil-bilanċi minħabba ammonti użati jew prelevati matul il-perjodi tar-rapportar għandhom jintużaw bħala indikaturi għat-tislif nett. L-ammonti pożittivi għandhom jiġu rrapportati bħala “Self gross” (2.1), filwaqt li l-ammonti negattivi għandhom jiġu rrapportati (bis-sinjal pożittiv) bħala “Ħlasijiet lura” (2.2).

(i)

Tislif gross (2.1)

Din il-partita tinkludi l-fluss ta' selfiet ġodda grossi fil-perjodu tar-rapportar, għajr kwalunkwe akkwiżizzjoni ta' self. Kreditu mogħti relatat ma' dejn tal-karta tal-kreditu, self ċirkolanti u kreditu fuq kont kurrenti bankarju għandu jiġi rrapportat ukoll, kif spjegat iktar 'il fuq.

Ammonti miżjudin matul il-perjodu mal-bilanċi dovuti tal-klijent, pereżempju, mal-kapitalizzazzjoni tal-imgħax (għall-kuntrarju tad-dovuti tal-imgħax) u t-tariffi, għandhom ikunu inklużi wkoll.

(ii)

Ħlasijiet lura (2.2)

Din il-partita tinkludi l-fluss ta' ħlasijiet lura tal-kapital matul il-perjodu tar-rapportar, bl-esklużjoni ta' dawk marbutin ma' selfiet titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor li mhumiex dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ. Il-ħlasijiet lura relatati mad-dejn tal-karta tal-kreditu, self ċirkolanti u kreditu fuq kont kurrenti bankarju għandhom jiġu rrapportati wkoll, kif spjegat iktar 'il fuq.

Il-ħlasijiet tal-imgħax marbutin mal-imgħax dovut li ma jkunx għadu ġie kapitalizzat, ċessjoni tas-self u aġġustamenti oħrajn fl-ammonti pendenti (inklużi tħassir u tniżżil fil-valur) ma għandhomx jiġu rrapportati.

Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) jeħtieġ li konverżjoni dejn-għal-ekwità jiġu trattati bħala transazzjonijiet. Madankollu għall-finijiet tal-kompilazzjoni tar-rapporti tad-dejta ta' TLTRO-III, il-konverżjonijiet ta' dejn-għal-ekwità, li permezz tagħhom self mogħti minn parteċipant lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji huwa sostitwit b'ekwità miżmuma minn dak il-parteċipant f'dawn il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, jista' jiġi rrappurtat bħala riklassifikazzjoni minflok ħlas lura tas-self sakemm l-ammont ta' finanzjament ipprovdut mill-parteċipant għall-ekonomija reali ma jitnaqqasx b'dan il-mod, kif determinat mill-BĊN relevanti. Il-parteċipant għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-BĊN sabiex ikun jista' jiddeċiedi kif għandha tiġi ttrattata l-konverżjoni.

(c)   Aġġustamenti fl-ammonti pendenti (3)

Dawn iċ-ċelloli huma sabiex jiġu rrapportati bidliet fl-ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli (tnaqqis (-) u żidiet (+)) li jseħħu tul il-perjodu tar-rapportar li mhumiex marbutin mat-tislif nett eliġibbli. Tali bidliet iseħħu minn operazzjonijiet bħal titolizzazzjonijiet tas-self u trasferimenti oħrajn ta' self matul il-perjodu tar-rapportar, u minn aġġustamenti oħrajn marbutin mar-rivalutazzjonijiet dovuti għal bidliet fir-rati tal-kambju, tħassir u tniżżil fil-valur ta' self u riklassifikazzjonijiet.

Il-partiti relatati ma' aġġustamenti ta' ammonti pendenti jiġu kkalkolati b'mod awtomatiku fuq il-bażi tal-figuri rrapportati fis-subpartiti, jiġifieri “Bejgħ u xiri ta' self u trasferimenti oħrajn ta' self matul il-perjodu tar-rapportar” (3.1) miżjuda ma' “Aġġustamenti oħrajn” (3.2).

(i)

Bejgħ u xiri ta' self u trasferimenti ta' self oħrajn matul il-perjodu tar-rapportar (3.1)

Flussi netti ta' selfiet li huma titolizzati b'impatt fuq l-istokks tas-self (3.1A)

Din il-partita tinkludi fiha l-ammont nett tas-selfiet li huma titolizzati matul il-perjodu tar-rapportar b'impatt fuq l-istokks tas-self irrapportati, ikkalkolati bħala l-akkwisti wara li jitnaqqsu ċ-ċessjonijiet (5). L-attivitajiet kollha ta' titolizzazzjoni jridu jiġu rrapportati, indipendentement minn fejn huma residenti l-korporazzjonijiet finanzjarji vetturi. It-trasferimenti tas-self għandhom jiġu rreġistrati bl-ammont nominali ta' tħassir u tniżżil fil-valur fi żmien il-bejgħ. Dan it-tħassir u tniżżil fil-valur għandu jiġi rrapportat, meta jkun jista' jiġi identifikat, taħt il-partita 3.2B (ara iktar 'il quddiem). Fil-każ ta' IFM li jirrapportaw tislif nett mill-provvedimenti, it-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bil-valur tal-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-ammont nominali nett mill-provvedimenti pendenti) (6).

Ir-rekwiżiti tal-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) (Taqsima 1.1 tat-Tabella 5a fuq id-dejta tax-xahar u t-Tabella 5b fuq id-dejta trimestrali) ikopru dawn l-elementi.

Għal definizzjoni iktar dettaljata tal-partiti li għandhom jiġu rrapportati, ara l-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 4.3.11 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

Flussi netti ta' selfiet li huma ttrasferiti b'xi mod ieħor b'impatt fuq l-istokks tas-self (3.1B)

Din il-partita tinkludi l-ammont nett ta' selfiet ittrasferiti jew akkwistati matul il-perjodu b'impatt fuq l-istokks tas-selfiet irrapportati f'operazzjonijiet mhux relatati ma' attivitajiet ta' titolizzazzjoni, u hija kkalkolata bħala l-akkwisti wara li jitnaqqsu ċ-ċessjonijiet. It-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bl-ammont nominali nett mit-tħassir u tniżżil fil-valur fi żmien il-bejgħ. Dan it-tħassir u tniżżil fil-valur għandu jiġi rrapportat, meta jkun jista' jiġi identifikat, taħt il-partita 3.2B. Fil-każ ta' IFM li jirrapportaw tislif nett mill-provvedimenti, it-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bil-valur tal-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-ammont nominali nett mill-provvedimenti pendenti).

Ir-rekwiżiti tal-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) ikopru dawn l-elementi b'mod parzjali. It-taqsimiet 1.2 tat-Tabella 5a fuq id-dejta tax-xahar u t-Tabella 5b dwar id-dejta trimestrali jkopru dejta fuq il-flussi netti tas-selfiet li altrimenti huma ttrasferiti b'impatt fuq l-istokks tas-self, iżda jeskludu:

(1)

Selfiet ittrasferiti jew akkwistati mingħand IFM domestika oħra, inklużi trasferimenti intragrupp dovuti għar-ristrutturar tan-negozju korporattiv (eż. it-trasferiment ta' ġabra ta' selfiet minn sussidjarja domestika tal-IFM lill-IFM prinċipali);

(2)

trasferimenti ta' selfiet fil-kuntest ta' riorganizzazzjonijiet intragrupp dovuti għal fużjonijiet, akkwiżizzjonijiet u diviżjonijiet.

Għall-finijiet tal-mili tar-rapporti tad-dejta, għandhom jiġu rrapportati dawn l-effetti kollha. Għal definizzjoni iktar dettaljata tal-partiti li għandhom jiġu rrapportati, ara l-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 4.3.11 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”. Fir-rigward tal-“Bidliet fl-istruttura tas-settur tal-IFM”, is-Sezzjoni 5.6 tal-“Manual on IFM balance sheet statistics” tipprovdi deskrizzjoni dettaljata ta' trasferimenti intragrupp, li tagħmel distinzjoni bejn il-każijiet li fihom iseħħu trasferimenti bejn unitajiet istituzzjonali separati (eż. qabel ma unità waħda jew iktar ma jibqgħux jeżistu f'fużjoni jew akkwiżizzjoni) u dawk li jseħħu meta xi unitajiet ma jibqgħux jeżistu, f'liema każ għandha ssir riklassifikazzjoni statistika. Għall-finijiet tal-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta fiż-żewġ każijiet l-implikazzjonijiet huma l-istess u d-dejta għandha tiġi rrapportata taħt il-partita 3.1C (u mhux taħt il-partita 3.2C).

Il-flussi netti tas-selfiet li huma titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor mingħajr impatt fuq l-istokks tas-self (3.1C)

Din il-partita tinkludi l-ammont nett ta' selfiet titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor matul il-perjodu tar-rapportar mingħajr ebda impatt fuq l-istokks tas-selfiet irrapportati, u hija kkalkolata bħala l-akkwisti wara li jitnaqqsu ċ-ċessjonijiet. It-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bl-ammont nominali nett mit-tħassir u tniżżil fil-valur fi żmien il-bejgħ. Dan it-tħassir u tniżżil fil-valur għandu jiġi rrapportat, meta jkun jista' jiġi identifikat, taħt il-partita 3.2B. Fil-każ ta' IFM li jirrapportaw tislif nett mill-provvedimenti, it-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bil-valur tal-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-ammont nominali nett mill-provvedimenti pendenti). Flussi netti dwar l-għoti ta' self bħala kollateral lill-Eurosistema għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-politika monetarja fil-forma ta' pretensjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw fi trasferiment mingħajr dekontabilizzar mill-karta tal-bilanċ huma esklużi minn din il-partita.

Ir-rekwiżiti tal-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) ikopru dawn l-elementi b'mod parzjali. It-Taqsimiet 2.1 tat-Tabella 5a dwar id-dejta tax-xahar u t-Tabella 5b dwar id-dejta trimestrali jkopru dejta fuq il-flussi netti ta' selfiet li huma titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor mingħajr ebda impatt fuq l-istokks tas-self, iżda selfiet lil unitajiet domestiċi għax-xiri ta' djar mhumiex identifikati separatament u b'hekk għandhom jinstiltu għalihom mid-databases interni tal-IFM. Barra minn hekk, kif ġie speċifikat iktar 'il fuq, ir-rekwiżiti jeskludu:

(1)

Selfiet li huma ttrasferiti jew akkwistati minn IFM domestika oħra, inklużi trasferimenti intragrupp dovuti għal ristrutturar tan-negozju korporattiv (eż. meta sussidjarja ta' IFM domestika tittrasferixxi grupp ta' self lill-IFM prinċipali);

(2)

Trasferimenti ta' self fil-kuntest ta' riorganizzazzjonijiet intragrupp dovuti għal fużjonijiet, akkwiżizzjonijiet u diviżjonijiet.

Għall-finijiet tal-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta, għandhom jiġu rrapportati dawn l-effetti kollha.

Għal dettalji addizzjonali dwar il-partiti li jridu jiġu inklużi, ara l-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 3.11 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

(ii)

Aġġustamenti oħrajn (3.2)

Il-partiti li ġejjin li huma relatati ma' aġġustamenti oħrajn trid tiġi rrapportata għal selfiet pendenti fil-karta tal-bilanċ, esklużi selfiet titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor li ma ġewx dekontabilizzati.

Rivalwazzjonijiet dovuti għal bidliet fir-rati tal-kambju (3.2A)

Ċaqliq fir-rati tal-kambju kontra l-euro jġib miegħu bidliet fil-valur tas-self denominat f'muniti barranin meta jkun espress f'euro. Id-dejta fuq dawn l-effetti għandha tiġi rrapportata b'sinjal negattiv (pożittiv) meta f'termini netti jwasslu għal tnaqqis (żieda) fl-ammonti pendenti, u huma meħtieġa biex tkun tista' ssir rikonċiljazzjoni sħiħa bejn it-tislif nett u l-bidliet fl-ammonti pendenti.

Dawn l-aġġustamenti mhumiex koperti mir-rekwiżiti stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Għall-finijiet tar-rapporti tad-dejta, jekk id-dejta (jew anki approssimazzjoni) ma tkunx disponibbli minnufih għall-IFM, dawn jistgħu jiġu kkalkolati skont il-gwida pprovduta fis-Sezzjoni 4.2.2 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”. Il-proċedura ta' stima ssuġġerita tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tal-kalkoli għall-muniti ewlenin u hija msejsa fuq l-istadji li ġejjin:

(1)

l-ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli fl-aħħar tax-xahar li jippreċedi l-bidu tal-perijodu u fl-aħħar tal-perijodu (partiti 1 u 4) jinqasmu skont il-munita ta' denominazzjoni, bl-iffokar ikun fuq il-grupp ta' self denominat f'GBP, USD, CHF u JPY. Jekk din id-dejta ma tkunx faċilment disponibbli, tista' tintuża dejta fuq l-ammonti pendenti totali fuq il-karta tal-bilanċ, inkluż self titolizzat jew ittrasferit mod ieħor li ma huwiex dekontabilizzat - partiti 1.1 u 4.1;

(2)

kull ġabra ta' selfiet hija ttrattata kif ġej. In-numri tal-ekwazzjoni relevanti fil-“Manual on MFI balance sheet statistics” huma pprovduti fil-parenteżi:

l-ammonti pendenti fi tmiem ix-xahar li jiġi qabel ma jibda l-perjodu tar-rapportar u fi tmiem il-perjodu huma kkonvertiti fil-munita oriġinali ta' denominazzjoni, billi jintużaw ir-rati tal-kambju nominali korrispondenti (7) (l-ekwazzjonijiet [7.2.2] u [7.2.3]);

il-bidla fl-ammonti pendenti matul il-perjodu ta' referenza denominati f'munita barranija hija kkalkolata u kkonvertita lura f'euro billi jintuża l-valur medju tar-rati tal-kambju ta' kuljum matul il-perjodu tar-rapportar (ekwazzjoni [7.2.4]);

id-differenza bejn il-bidla fl-ammonti pendenti kkonvertiti f'euro, kif ikkalkolata fl-istadju ta' qabel, u l-bidla fl-ammonti pendenti f'euro hija kkalkolata (ekwazzjoni [7.2.5], bis-sinjal oppost);

(3)

l-aġġustament finali tar-rata tal-kambju huwa stmat bħala s-somma tal-aġġustamenti għal kull munita.

Għal iktar tagħrif, ara s-Sezzjonijiet 5.8 u 7.2.2 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

Tħassir/tnaqqis tal-valur (3.2B)

Skont il-punt (g) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), “tniżżil fil-valur” tfisser it-tnaqqis dirett tal-ammont riportat ta' self fuq il-karta tal-bilanċ statistika dovut għall-indeboliment tiegħu. “B'mod simili, skont il-punt (h) l-Artikolu 1 tal-istess Regolament ‘tħassir’ tfisser tniżżil fil-valur tal-ammont riportat sħiħ ta' self li jwassal għat-tneħħija tiegħu mill-karta tal-bilanċ.” L-effetti tat-tniżżil fil-valur u t-tneħħija għandhom jiġu rrapportati b'sinjal negattiv jew pożittiv meta f'termini netti dan jirriżulta, kif ikun applikabbli, fi tnaqqis jew żieda fl-ammonti pendenti. Din id-dejta hija meħtieġa biex tkun tista' ssir rikonċiljazzjoni sħiħa bejn it-tislif nett u l-bidliet fl-ammonti pendenti.

Fir-rigward tat-tneħħija u t-tniżżil fil-valur marbut ma' self pendenti fil-karta tal-bilanċ, tista' tintuża d-dejta miġbura biex tinżamm konformità mar-rekwiżiti minimi tal-Parti 4 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) Tabella 1A dwar l-aġġustamenti ta' kull xahar tar-rivalutazzjoni). Madankollu, is-separazzjoni tal-impatt tat-tneħħija u tniżżil fil-valur ta' self fuq selfiet titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor li ma ġewx dekontabilizzati teħtieġ estrazzjoni ta' dejta separata mid-databases interni tal-IFM.

Fil-prinċipju, dejta fuq ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli (partiti 1 u 4) hija kkoreġuta għall-ammonti pendenti ta' provvedimenti f'każijiet li fihom is-self jiġi rreġistrat bħala nett mill-provvedimenti fuq il-karta tal-bilanċ statistika.

F'każijiet li fihom il-parteċipanti jirrapportaw il-partiti 1.3 u 4.3, id-dejta fuq tħassir u tniżżil fil-valur tas-self għandha tinkorpora t-tħassir tal-kanċellazzjoni fl-imgħoddi fuq self li ma għadux rekuperabbli (b'mod parzjali jew sħiħ) u, barra minn hekk, għandha tinkludi wkoll kwalunkwe telf li jmur lill hinn mill-provvedimenti, jekk dan ikun applikabbli. B'mod simili, meta self provvedut ikun titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor, irid jiġi rreġistrat tħassir jew tniżżil fil-valur li jiġi daqs il-provvedimenti pendenti, bis-sinjal oppost, sabiex jaqbel mal-bidla fil-valur fil-karta tal-bilanċ, ikkoreġut għall-ammonti ta' provvedimenti u l-valur tal-fluss nett. Il-provvedimenti jistgħu jinbidlu maż-żmien minħabba provvedimenti għal indebolimenti ġodda u telf minn self (nett minn treġġigħ lura possibbli, inkluż dak li jseħħ meta self jitħallas lura mill-mutwatarju). Tali bidliet ma għandhomx jiġu rreġistrati fir-rapporti tad-dejta bħala parti mit-tħassir/tniżżil fil-valur (peress li r-rapporti tad-dejta jibnu mill-ġdid il-valuri gross tal-provvedimenti) (8).

Is-separazzjoni tal-impatt tat-tħassir u tniżżil fil-valur tas-self fuq selfiet titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor li ma ġewx dekontabilizzati tista' titneħħa jekk ma tistax tiġi estratta dejta separata mid-databases interni tal-IFM.

Meta tkun il-prattika li l-ammonti pendenti ta' self jiġu rrapportati netti mill-provvedimenti, iżda l-partiti relevanti (1.3 u 4.3) relatati mal-provvedimenti ma jkunux irrapportati ara l-punt 4(a), it-tħassir/tniżżil fil-valur irid jinkludi provvedimenti għal indeboliment ġodda u telf minn self fuq il-portafoll tas-self (nett minn treġġigħ lura possibbli, inkluż dak li jseħħ meta self jitħallas lura mill-mutwatarju) (9).

Ma hemmx bżonn li jiġi separat l-impatt tat-tħassir u tniżżil fil-valur fuq self titolizzat jew self ittrasferit b'xi mod ieħor li mhuwiex dekontabilizzat jekk ma tkunx tista' tiġi estratta dejta separata fuq provvedimenti mid-databases interni tal-IFM.

Fil-prinċipju, dawn il-partiti jkopru wkoll rivalutazzjonijiet li jirriżultaw meta s-self ikun titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor u l-valur tat-tranżazzjoni jvarja mill-ammont nominali pendenti meta jseħħ it-trasferiment. Dawn ir-rivalutazzjonijiet għandhom jiġu rrapportati, meta jkunu jistgħu jiġu identifikati, u għandhom jiġu kkalkolati bħala d-differenza bejn il-valur tat-tranżazzjoni u l-ammont nominali pendenti fi żmien il-bejgħ.

Għal iktar tagħrif, ara l-Parti 4 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 5.4 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

Riklassifikazzjonijiet (3.2C)

Ir-riklassifikazzjonijiet jirreġistraw l-effetti kollha l-oħrajn li mhumiex marbutin mat-tislif nett, kif iddefinit fil-punt 4(b), iżda jirriżultaw f'bidliet fl-ammonti pendenti ta' selfiet fil-karta tal-bilanċ, għajr selfiet titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor li ma ġewx dekontabilizzati.

Dawn l-effetti mhumiex koperti mir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u l-impatt tagħhom normalment jiġi stmat fuq bażi aggregata meta jissawru statistiċi makroekonomiċi. Madankollu, huma importanti fil-livell tal-istituzzjonijiet individwali (jew gruppi tat-TLTRO-III) sabiex jiġu rikonċiljati t-tislif nett u l-bidliet fl-ammonti pendenti.

Iridu jiġu rrapportati l-effetti li ġejjin, fir-rigward tal-ammonti pendenti ta' selfiet fil-karta tal-bilanċ, għajr selfiet titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor li ma ġewx dekontabilizzati u l-konvenzjoni tas-soltu ta' reġistrazzjoni tal-effetti li jwasslu għat-tnaqqis (żidiet) fl-ammonti pendenti b'sinjal negattiv (pożittiv) tapplika għal:

(1)

Bidliet fil-klassifikazzjoni tas-settur jew il-post ta' residenza tal-mutwatarji li jirriżultaw f'bidliet fil-pożizzjonijiet pendenti rrapportati li mhumiex dovuti għat-tislif nett u b'hekk iridu jiġu rreġistrati;

(2)

Bidliet fil-klassifikazzjoni tal-istrumenti. Dawn jistgħu jaffettwaw l-indikaturi wkoll jekk l-ammonti pendenti ta' selfiet jiżdiedu jew jonqsu minħabba, pereżempju, ir-riklassifikazzjoni ta' titolu ta' dejn bħala self jew self bħala titolu ta' dejn;

(3)

L-aġġustamenti li jirriżultaw mill-korrezzjoni ta' żbalji ta' rapportar, skont l-istruzzjonijiet riċevuti mill-BĊN relevanti skont il-punt (f) tal-Artikolu 7(1):

(4)

Aġġustamenti relatati ma' riorganizzazzjonijiet korporattivi u tibdil fil-kompożizzjonijiet tal-gruppi TLTRO-III li għalihom sottomissjonijiet mill-ġdid tal-ewwel rapport li jirriflettu l-istruttura korporattiva ġdida u l-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-III mhumiex meħtieġa, skont l-Artikolu 6(8).

Għal informazzjoni addizzjonali, ara s-Sezzjoni 5.6 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”. Madankollu, id-differenzi kunċettwali enfasizzati iktar 'il fuq għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tad-derivazzjoni ta' dejta tal-klassifikazzjoni mill-ġdid fil-livell tal-istituzzjonijiet individwali.

(d)   Ammonti supplimentari relatati ma' selfiet eliġibbli awtotitolizzati (S.1)

Il-parteċipanti li jeżerċitaw l-opzjoni skont l-Artikolu 6(3) għandhom jipprovdu wkoll il-partiti supplimentari li ġejjin relatati ma' ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli awtotitolizzati fil-mudell A:

(i)

“Ammonti pendenti ta' selfiet awtotitolizzati eliġibbli mhux dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ” (S.1.1)

Din id-dejta tirreferi għal selfiet li jkunu ġew awtotitolizzati u huma inklużi fl-ammonti rrapportati taħt il-partita 1.2.

(ii)

“Ammonti pendenti ta' selfiet awtotitolizzati eliġibbli dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ” (S.1.2)

Din id-dejta tirreferi għal selfiet li jkunu ġew awtotitolizzati u li m'għadhomx irreġistrati fuq il-kart tal-bilanċ għaliex ġew dekontabilizzati. Sakemm is-selfiet ikomplu jiġu sservisjati mill-parteċipant, dawn jibqgħu soġġetti għal rapportar taħt il-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) (Taqsima 3.1 tat-Tabelli 5a u 5b).

(iii)

“Ammonti pendenti ta' provvedimenti kontra selfiet awtotitolizzati eliġibbli mhux dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ” (S.1.3)

Din id-dajta tirreferi għal selfiet mhux dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ – jiġifieri rrapportati taħt S.1.1. Dawn il-partiti għandhom jiġu rrapportati biss f'każijiet fejn, għall-kuntrarju tal-prattika ġenerali tal-BSI, is-selfiet jiġu rrapportati netti mill-provvedimenti. Madankollu, meta dan ikun il-każ, il-parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li ma jipprovdux din l-informazzjoni, u f'dak il-każ l-ammonti relevanti ma jiġux inklużi fil-kalkolu tal-ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli.

TLTRO-III mudell tar-rapportar A

Perijodu ta' rapportar:28 ta' Frar 2019

 

Self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi, bl-esklużjoni ta' self lil unitajiet domestiċi għax-xiri tad-djar (EUR eluf)

 

 

Aggregati ewlenin għall-ammont pendenti ta' referenza

 

Self lill-korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Self lil unitajiet domestiċi (inklużi istituzzjonijiet mhux għal skop ta' profitt li jservu unitajiet domestiċi), bl-esklużjoni ta' self għal xiri ta' djar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

partita

formula

validazzjoni

 

1

Ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli …

 

0

0

1

1 = 1.1 – 1.2 (+ 1.3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

S.1

Ammonti supplimentari relatati ma' self eliġibbli awtotitolizzat …

 

0

0

S.1

S.1 = S.1.1 + S.1.2 (+ S.1.3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Partiti sottostanti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli fuq il-karta tal-bilanċ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.1

Ammonti pendenti fuq il-karta tal-bilanċ …

 

 

 

1.1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.2

L-ammonti pendenti ta' self li huwa titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor iżda mhux dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ …

 

 

 

1.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.3

Provvedimenti pendenti kontra self rapportat fil-partita 1.1 eskluż 1.2 (*1)

 

 

 

1.3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Partiti supplimentari relatati ma' self eliġibbli awtotitolizzat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

S.1.1

Ammonti pendenti ta' self eliġibbli awtotitolizzat mhux dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ …

 

 

 

S.1.1

 

S.1.1 <= 1.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

S.1.2

Ammonti pendenti ta' self eliġibbli awtotitolizzat dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ …

 

 

 

S.1.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

S.1.3

Ammonti pendenti ta' provvedimenti kontra self eliġibbli awtotitolizzat mhux dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ  (*1)

 

 

 

S.1.3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


TLTRO-III mudell tar-rapportar B

Perijodu ta' rapportar: L-1 ta' April 2018 sal-31 ta' Marzu 2019 (l-ewwel perijodu ta' referenza) / l-1 ta' April 2019 sal-31 ta' Marzu 2021 (it-tieni perijodu ta' referenza)

 

Self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi, bl-esklużjoni ta' self lil unitajiet domestiċi għax-xiri tad-djar (EUR eluf)

 

 

Aggregati ewlenin

 

Self lill-korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Self lil unitajiet domestiċi (inklużi istituzzjonijiet mhux għal skop ta' profitt li jservu unitajiet domestiċi), bl-esklużjoni ta' self għal xiri ta' djar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

partita

formula

validazzjoni

 

1

Ammonti pendenti ta' self eliġibbli fl-aħħar tax-xahar qabel il-bidu tal-perijodu ta' rapportar …

 

0

0

1

1 = 1.1 - 1.2 (+1.3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

Self nett eliġibbli fil-perijodu ta' rapportar …

 

0

0

2

2 = 2.1 + 2.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

Aġġustament għall-ammonti pendenti: tnaqqis (–) u żidiet (+) …

 

0

0

3

3 = 3.1 + 3.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

Ammonti pendenti ta' self eliġibbli fl-aħħar tal-perijodu ta' rapportar …

 

0

0

4

4 = 4.1 – 4.2 (+4.3)

4 = 1 + 2 + 3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Partiti sottostanti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ammonti pendenti ta' self eliġibbli fl-aħħar tax-xahar qabel il-bidu tal-perijodu ta' rapportar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.1

Ammonti pendenti fuq il-karta tal-bilanċ …

 

 

 

1.1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.2

L-ammonti pendenti ta' self li huwa titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor iżda mhux dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ …

 

 

 

1.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.3

Provvedimenti pendenti kontra self rapportat fil-partita 1.1 eskluż 1.2 (*2)

 

 

 

1.3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Self nett eliġibbli fil-perijodu ta' rapportar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.1

Self gross …

 

 

 

2.1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.2

Ħlasijiet lura …

 

 

 

2.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Aġġustament għall-ammonti pendenti: tnaqqis (-) u żidiet (+)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.1

Bejgħ u xiri ta' self u trasferimenti ta' self oħrajn matul il-perjodu tar-rapportar …

 

0

0

3.1

3.1 = 3.1A + 3.1B + 3.1C

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.1A

Flussi netti ta' self li huwa titolizzat b'impatt fuq l-istokks tas-self …

 

 

 

3.1A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.1B

Flussi netti ta' self li huwa ttrasferit b'xi mod ieħor b'impatt fuq l-istokks tas-self …

 

 

 

3.1B

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.1C

Flussi netti tas-self li huwa titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor mingħajr impatt fuq l-istokks tas-self …

 

 

 

3.1C

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2

Aġġustamenti oħrajn …

 

0

0

3.2

3.2 = 3.2A + 3.2B + 3.2C

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2A

Rivalutazzjonijiet dovuti għal bidliet fir-rati tal-kambju …

 

 

 

3.2A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2B

Tħassir/tnaqqis tal-valur …

 

 

 

3.2B

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2C

Klassifikazzjonijiet mill-ġdid …

 

 

 

3.2C

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ammonti pendenti ta' self eliġibbli fl-aħħar tal-perijodu ta' rapportar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.1

Ammonti pendenti fuq il-karta tal-bilanċ …

 

 

 

4.1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.2

L-ammonti pendenti ta' self li huwa titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor iżda mhux dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ …

 

 

 

4.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.3

Provvedimenti pendenti kontra self rapportat fil-partita 4.1 eskluż 4.2 (*2)

 

 

 

4.3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Il-qafas kunċettwali sottostanti tar-rekwiżiti tar-rapportar baqa' ma nbidilx meta mqabbel ma' dak speċifikat fid-Deċiżjonijiet BĊE/2014/34 u (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10), bl-eċċezzjoni ta' bidliet relatati għall-inklużjoni ta' selfiet eliġibbli awtotitolizzati għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu fuq is-self.

(2)  Għall-finijiet tar-rapportar ta' dejta, “unitajiet domestiċi” tinkludi istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li jaqdu lil unitajiet domestiċi.

(3)  Ara l-“Manual on MFI balance sheet statistics”, BĊE, Jannar 2019, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE www.ecb.europa.eu. B'mod partikolari, is-Sezzjoni 4.3, p. 40, titratta r-rappurtar statistiku tas-self.

(4)  Din l-eċċezzjoni għandha implikazzjonijiet għar-rapportar tad-dejta fuq tħassir u tniżżil fil-valur ukoll, kif iċċarat iktar 'il quddiem.

(5)  Din il-konvenzjoni tas-sinjali, li hija l-kontra tar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), hija konsistenti mar-rekwiżit ġenerali dwar id-dejta ta' aġġustament, kif speċifikat iktar 'il fuq – jiġifieri effetti li jwasslu għal żidiet jew tnaqqis fl-ammonti pendenti għandhom jiġu rrapportati, rispettivament, b'simbolu pożittiv jew negattiv.

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) jippermetti lill-IFM sabiex jirrapportaw self mixtri bil-valur tat-tranżazzjoni tagħhom sakemm din tkun prattika nazzjonali applikata mill-IFM kollha residenti fil-pajjiż. F'każijiet bħal dawn, il-komponenti ta' rivalwazzjoni li jistgħu jiġġarrbu għandhom jiġu rrapportati taħt il-partita 3.2B.

(7)  Għandhom jintużaw ir-rati tal-kambju ta' referenza tal-BĊE. Ara l-istqarrija għall-istampa tat-8 ta' Lulju 1998 dwar l-istabbiliment ta' standards tas-suq komuni li hija disponibbli fis-sit tal-BĊE http://www.ecb.europa.eu.

(8)  Dan ir-rekwiżit huwa differenti mir-rekwiżiti ta' rapportar taħt ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

(9)  Dan ir-rekwiżit huwa l-istess bħall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata skont ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) mill-IFM li jirreġistraw tislif nett mill-provvedimenti.

(*1)  Applikabbli biss f'dawk il-każijiet fejn is-self huwa rrapportat nett mill-provvedimenti; ara l-istruzzjonijiet tar-rappurtar għal iktar dettall.

(*2)  Applikabbli biss f'dawk il-każijiet fejn is-self huwa rrapportat nett mill-provvedimenti; ara l-istruzzjonijiet tar-rappurtar għal iktar dettall.


Top