EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0010
Decision (EU) 2019/685 of the European Central Bank of 18 April 2019 on the total amount of annual supervisory fees for 2019 (ECB/2019/10)
Deċiżjoni (UE) 2019/685 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' April 2019 fuq l-ammont totali ta' drittijiet superviżorji annwali għall-2019 (BĊE/2019/10)
Deċiżjoni (UE) 2019/685 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' April 2019 fuq l-ammont totali ta' drittijiet superviżorji annwali għall-2019 (BĊE/2019/10)
OJ L 115, 2.5.2019, p. 16–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
2.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/16 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/685 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta' April 2019
fuq l-ammont totali ta' drittijiet superviżorji annwali għall-2019 (BĊE/2019/10)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropea tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jinġabru skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) għandhom ikopru, imma mhux jaqbżu, in-nefqa magħmula mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fir-rigward tal-kompiti superviżorji tiegħu fil-perijodu tariffarju rilevanti. Din in-nefqa tikkonsisti fi spejjeż relatati direttament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, bħal pereżempju s-superviżjoni ta' entitajiet sinifikanti, is-sorveljanza tas-superviżjoni ta' entitajiet inqas sinifikanti u t-twettiq ta' kompiti orizzontali u servizzi speċjalizzati. Tinkludi wkoll spejjeż relatati indirettament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, bħal pereżempju servizzi pprovduti mill-oqsma ta' appoġġ tan-negozju tal-BĊE, inklużi binjiet, ġestjoni tar-riżorsi umani, servizzi amministrattivi, servizzi tal-ibbaġitjar u l-kontroll, kontabilità, legali, servizzi ta' komunikazzjoni u traduzzjoni, awditu intern, u servizzi tal-istatistika u tat-teknoloġija tal-informazzjoni. |
(2) |
Sabiex jiġu kkalkulati d-drittijiet superviżorji annwali pagabbli fir-rigward ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni, u entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni, l-ispejjeż totali għandhom jinqasmu fuq il-bażi tan-nefqa allokata lill-funzjonijiet rilevanti li jwettqu s-superviżjoni diretta tal-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u tal-gruppi sinifikanti taħt superviżjoni u s-superviżjoni indiretta ta' entitajiet inqas sinjifikanti taħt superviżjoni u ta' gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni. |
(3) |
L-ammont totali tat-tariffa superviżorja annwali għal 2019 għandha tiġi kkalkulata bħala s-somma ta': (a) l-ispejjeż annwali stmati ta' kompiti superviżorji għall-2019, ibbażati fuq il-baġit tal-BĊE approvat għall-2019, wara li jittieħed inkunsiderazzjoni kull żvilupp fl-ispejjeż annwali stmati li jsiru mill-BĊE li kienu magħrufa fiż-żmien meta din id-Deċiżjoni ġiet adottata; u (b) l-bilanċ pożittiv jew tal-iżbilanċ mill-2018. |
(4) |
Il-bilanċ pożittiv jew l-iżbilanċ għandu jiġi ddeterminat billi jitnaqqsu l-ispejjeż annwali attwali tal-kompiti superviżorji li saru fl-2018, kif rifless fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE għall-2018 (3), mill-ispejjeż annwali stmati miġburin għall-2018, kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2018/667 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/12) (4). |
(5) |
Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), l-ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma kinux għall-ġbir, ħlasijiet ta' imgħax riċevuti skont l-Artikolu 14 u ammonti riċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament, jekk hemm, għandhom jittieħdu inkunsidrazzjoni wkoll fl-ispejjeż annwali stmati tal-kompiti superviżorji għall-2019. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (5) u r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41).
Artikolu 2
L-ammont totali ta' drittijiet superviżorji annwali għall-2019
1. L-ammont totali ta' drititjiet superviżorji annwali għall-2019 għandu jkun ta' EUR 576 020 336, ikkalkulati kif jidher fl-Anness I.
2. Kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni għandha tħallas l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali li ġej:
(a) |
entitajiet sinjifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 524 196 987; |
(b) |
entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 51 823 349. |
Il-mod kif huwa maqsum l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2019 li għandhom jitħallsu fir-rigward ta' kull kategorija huwa muri fl-Anness II.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta' April 2019.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23.
(3) Ippubblikati fis-sit elettroniku tal-BĊE li jinsab f'www.ecb.europa.eu fi Frar 2019.
(4) Deċiżjoni (UE) 2018/667 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2018 (BĊE/2018/12) (ĠU L 111, 2.5.2018, p. 3).
(5) Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
ANNESS I
Kalkolu tal-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2019
(EUR) |
|
Spejjeż annwali stmati għall-2019 |
559 007 136 |
Salarji u benefiċċji |
264 525 116 |
Kera u manutenzjoni tal-bini |
58 866 157 |
Infiq ieħor operattiv |
235 615 863 |
Bilanċ pożittiv/Żbilanċ mill-2018 |
15 332 187 |
Ammonti meħudin inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) |
1 681 013 |
Ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru |
0 |
Ħlasijiet ta' imgħax riċevuti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
– 9 626 |
Ammonti riċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
1 690 639 |
TOTAL |
576 020 336 |
ANNESS II
Kif huwa maqsum l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2019
(EUR) |
|||
|
Entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni |
Entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni |
Total |
Spejjeż annwali stmati għall-2019 |
508 696 494 |
50 310 642 |
559 007 136 |
Bilanċ pożittiv/Żbilanċ mill-2018 |
13 952 290 |
1 379 897 |
15 332 187 |
Ammonti meħudin inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) |
1 548 203 |
132 810 |
1 681 013 |
Ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru |
0 |
0 |
0 |
Ħlasijiet ta' imgħax riċevuti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
– 7 918 |
– 1 708 |
– 9 626 |
Ammonti riċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
1 556 121 |
134 518 |
1 690 639 |
TOTAL |
524 196 987 |
51 823 349 |
576 020 336 |