EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0005

Deċiżjoni (UE) 2019/323 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 li tinnomina kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati fuq poteri superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali (BĊE/2019/5)

OJ L 55, 25.2.2019, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2020; Imħassar b' 32020D1334

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/323/oj

25.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/16


DEĊIŻJONI (UE) 2019/323 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-12 ta' Frar 2019

li tinnomina kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati fuq poteri superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali (BĊE/2019/5)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.6 tiegħu,

Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2017/933 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2016 dwar qafas ġenerali għad-delegazzjoni ta' setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet għal strumenti legali relatati ma' kompiti superviżorji (BĊE/2016/40) (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 5 tagħha,

Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2019/322 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar id-delegazzjoni tas-setgħa li jiġu adottati deċiżjonijiet fuq poteri superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali (BĊE/2019/4) (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta' Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1)

Ġiet stabbilita proċedura għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati speċifiċi biex tindirizza n-numru konsiderevoli ta' deċiżjonijiet illi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irid jadotta għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu.

(2)

Deċiżjoni ta' delega hija effettiva mal-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Bord Eżekuttiv li tinnomina kap ta' unità tax-xogħol jew aktar biex jieħu deċiżjonijiet abbażi ta' deċiżjoni ta' delega.

(3)

L-importanza tad-deċiżjoni ta' delega u n-numru ta' indirizzati li lilhom iridu jintbagħtu d-deċiżjonijiet iddelegati għandhom jiġu kkunsidrati mill-Bord Eżekuttiv fin-nomina ta' kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol.

(4)

Il-President tal-Bord Superviżorju ġie kkonsultat dwar il-kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol li lilhom għandha tiġi ddelegata s-setgħa biex jadottaw deċiżjonijiet dwar poteri superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Deċiżjonijiet iddelegati dwar poteri superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali

Deċiżjonijiet iddelegati skont id-Deċiżjoni (UE) 2019/322 (BĊE/2019/4) jiġu adottati minn wieħed mill-kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol li ġejjin:

(a)

id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali Superviżjoni Mikroprudenzjali I, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti hija mwettqa mid-Direttorat Ġenerali Superviżjoni Mikroprudenzjali I;

(b)

id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali Superviżjoni Mikroprudenzjali II, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti hija mwettqa mid-Direttorat Ġenerali Superviżjoni Mikroprudenzjali II; jew

(c)

jekk Direttur Ġenerali ma jkunx disponibbli, id-Deputat Direttur Ġenerali tagħhom.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-12 ta' Frar 2019.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 141, 1.6.2017, p. 14.

(2)  Ara l-paġna 7 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.


Top