EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018O0004
Guideline (EU) 2018/571 of the European Central Bank of 7 February 2018 amending Guideline (EU) 2016/65 on the valuation haircuts applied in the implementation of the Eurosystem monetary policy framework (ECB/2018/4)
Linja Gwida (UE) 2018/571 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Frar 2018 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2018/4)
Linja Gwida (UE) 2018/571 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Frar 2018 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2018/4)
OJ L 95, 13.4.2018, p. 45–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 95/45 |
LINJA GWIDA (UE) 2018/571 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-7 ta' Frar 2018
li temenda l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2018/4)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali u tal-Bank Centrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-assi kollha li huma eliġibbli għal operazzjonijiet ta' kreditu tal- Eurosistema huma soġġetti għal miżuri speċifiċi tal-kontroll tar-riskju sabiex l-Eurosistema tkun protetta kontra telf finanzjarju f'ċirkustanzi fejn il-kollateral tagħha jkollu jiġi rrealizzat minħabba avveniment ta' inadempjenza ta' kontroparti. Bħala riżultat ta' reviżjoni regolari tal-qafas għall-kontroll tar-riskju, hemm bżonn li jsiru diversi aġġustamenti sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata. |
(2) |
Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/35) (1) għandha tiġi emendata f'dan is-sens |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej,
|
2. |
fl-Artikolu 4, il-punt (c) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
3. |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
4. |
l-Anness huwa emendat skont l-Anness ta' din il-Linja Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mis-16 ta' April 2018 ħlief għal punt 3(c) tal-Artikolu 1 li fir-rigward tiegħu huma għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji u japplikawhom mill-1 ta' Ottubru 2018. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sas-16 ta' Marzu 2018, ħlief għat-testi u l-mezzi relatati mal-miżuri fir-rigward tal-punt 3(c) tal-Artikolu 1 li fir-rigward tiegħu huma għandhom jinnotifikaw sat-3 ta' Settembru 2018.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta' Frar 2018.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 30).
ANNESS
L-Anness tal-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) huwa emendat b'dan li ġej:
1. |
It-Tabella 2 hija ssostitwita b'dan li ġej: “Tabella 2 Livelli ta' haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategoriji ta' haircut I sa IV
|
2. |
It-Tabella 3 hija ssostitwita b'dan li ġej: “Tabella 3 Livelli tal-haircuts fil-valutazzjoni applikati għall-pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli b'pagamenti ta' imgħax fiss jew varjabbli
|
(*1) i.e. [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.”.
(*2) i.e. [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.”.