EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0035

Deċiżjoni (UE) 2018/2049 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2019 (BĊE/2018/35)

OJ L 327, 21.12.2018, p. 87–88 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/2049/oj

21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/87


DEĊIŻJONI (UE) 2018/2049 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-12 ta' Diċembru 2018

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2019 (BĊE/2018/35)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 2(9) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta' Jannar 1999 biex japprova l-volum ta' muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Id-19-il Stat Membru li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BĊE it-talbiet tagħhom għall-approvazzjoni tal-volum ta' muniti li għandhom jinħarġu fl-2019, flimkien ma' noti spjegattivi dwar il-metodoloġija tat-tbassir. Uħud minn dawn l-Istati Membri pprovdew ukoll informazzjoni addizzjonali dwar muniti fiċ-ċirkolazzjoni, fejn din l-informazzjoni hija disponibbli u kkunsidrata importanti mill-Istati Membri kkonċernati biex tiġi ssostanzjata t-talba għall-approvazzjoni.

(3)

Peress li d-dritt tal-Istati Membri li joħorġu muniti tal-euro huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħruġ, il-volumi approvati mill-BĊE m'għandhomx jinqabżu mill-Istati Membri mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-BĊE.

(4)

Skont l-Artikolu 2(9) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), is-setgħa li jiġu adottati deċiżjonijiet dwar talbiet għal approvazzjoni annwali għall-volum annwali ta' ħruġ ta' muniti ppreżentati minn Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro hija ddelegata lill-Bord Eżekuttiv meta ebda modifika tal-volum mitlub ta' ħruġ ta' muniti ma tkun meħtieġa,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2019

Il-BĊE b'dan japprova l-volum ta' muniti tal-euro li għandu jinħareġ mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fl-2019, kif jidher fit-tabella li ġejja::

 

Volum ta' muniti euro approvati għall-ħruġ 2019

Muniti fiċ-ċirkolazzjoni

Muniti għall-kollezzjonisti

(mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni)

Volum ta' ħruġ ta' muniti

(EUR mijuni)

(EUR mijuni)

(EUR mijuni)

Il-Belġju

46,0

1,0

47,0

Il-Ġermanja

401,0

231,0

632,0

L-Estonja

10,2

0,3

10,5

L-Irlanda

11,0

0,5

11,5

Il-Greċja

110,9

0,6

111,5

Spanja

357,2

30,0

387,2

Franza

235,8

50,1

285,9

L-Italja

204,2

2,1

206,3

Ċipru

13,5

0,1

13,6

Il-Latvja

15,7

0,2

15,9

Il-Litwanja

22,0

0,7

22,7

Il-Lussemburgu

12,4

0,2

12,6

Malta

9,0

0,2

9,2

In-Netherlands

25,0

3,0

28,0

L-Awstrija

73,2

153,4

226,6

Il-Portugall

43,1

2,5

45,6

Is-Slovenja

22,0

1,5

23,5

Is-Slovakkja

17,0

1,2

18,2

Il-Finlandja

15,0

10,0

25,0

Total

1 644,2

488,6

2 132,8

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-12 ta' Diċembru 2018.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 328, 12.12.2015, p. 123.


Top