EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0031
Decision (EU) 2019/47 of the European Central Bank of 29 November 2018 amending Decision ECB/2010/29 on the issue of euro banknotes (ECB/2018/31)
Deċiżjoni (UE) 2019/47 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro (BĊE/2018/31)
Deċiżjoni (UE) 2019/47 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro (BĊE/2018/31)
OJ L 9, 11.1.2019, p. 194–195
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/194 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/47 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta' Novembru 2018
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro (BĊE/2018/31)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
id-Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/27) (1) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (iktar 'il quddiem l-“iskema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u tistabbilixxi, b'effett mill-1 ta' Jannar 2019, ponderazzjonijiet ġodda assenjati lil kull bank ċentrali nazzjonali (BĊN) fl-iskema tal-kapital aġġustata (iktar 'il quddiem il-“ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital”). |
(2) |
L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 (2) jiddefinixxi l-“iskema ta' distribuzzjoni ta' karti tal-flus” u jirreferi għall-Anness I għal dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema għad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus li tapplika mill-1 ta' Jannar 2015. Peress li l-ponderazzjonijiet ġodda tal-iskema tal-kapital se jibdew japplikaw mill-1 ta' Jannar 2019, id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 għandha tiġi emendata sabiex tiddetermina l-iskema ta' distribuzzjoni tal-karti tal-flus li tapplika mill-1 ta' Jannar 2019, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
1. L-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 hija ssostitwita b'dan li ġej:
“L-Anness I għal din id-Deċiżjoni jispeċifika l-iskema għad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus li għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.”
2. L-Anness I għad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 huwa sostitwit mit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2019.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta' Novembru 2018.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/28 (BĊE/2018/27) (ara paġna 178 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26).
ANNESS
“ANNESS I
SKEMA TA' DISTRIBUZZJONI TAL-KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA' JANNAR 2019
% |
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
8,0000 |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
3,3410 |
Deutsche Bundesbank |
24,2720 |
Eesti Pank |
0,2600 |
Central Bank of Ireland |
1,5535 |
Bank of Greece |
2,2850 |
Banco de España |
11,0200 |
Banque de France |
18,7735 |
Banca d'Italia |
15,5970 |
Central Bank of Cyprus |
0,1985 |
Latvijas Banka |
0,3610 |
Lietuvos bankas |
0,5365 |
Banque centrale du Lussemburgu |
0,3000 |
Il-Bank Ċentrali ta' Malta |
0,0965 |
De Nederlandsche Bank |
5,3755 |
Oesterreichische Nationalbank |
2,6860 |
Banco de Portugal |
2,1630 |
Banka Slovenije |
0,4440 |
Národná banka Slovenska |
1,0575 |
Suomen Pankki |
1,6795 |
TOTAL |
100,0000 |