EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02016D0002-20200501
Decision (EU) 2016/245 of the European Central Bank of 9 February 2016 laying down the rules on procurement (ECB/2016/2) (recast)
Consolidated text: Deċiżjoni (UE) 2016/245 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Frar 2016 li tistabbilixxi r-regoli dwar l-akkwisti (BĊE/2016/2) (riformulazzjoni)
Deċiżjoni (UE) 2016/245 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Frar 2016 li tistabbilixxi r-regoli dwar l-akkwisti (BĊE/2016/2) (riformulazzjoni)
02016D0002 — MT — 01.05.2020 — 002.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI (UE) 2016/245 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tad-9 ta' Frar 2016 li tistabbilixxi r-regoli dwar l-akkwisti (BĊE/2016/2) (ĠU L 045 20.2.2016, p. 15) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI (UE) 2016/956 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-7 ta' Ġunju 2016 |
L 159 |
21 |
16.6.2016 |
|
DEĊIŻJONI (UE) 2020/380 XX TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-18 ta’ Frar 2020 |
L 69 |
41 |
6.3.2020 |
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI (UE) 2016/245 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-9 ta' Frar 2016
li tistabbilixxi r-regoli dwar l-akkwisti (BĊE/2016/2)
(riformulazzjoni)
KAPITOLU I
REGOLI ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“kuntratti” tfisser kuntratti għall-interess monetarju konklużi bil-miktub bejn il-BĊE u fornitur wieħed jew iżjed u li għandhom bħala s-suġġett tagħhom l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet, il-provvista ta' prodotti jew il-provvista ta' servizzi;
“kuntratti ta' provvista” tfisser kuntratti li għandhom bħala s-suġġett tagħhom ix-xiri, il-kiri jew ix-xiri bin-nifs, b'għażla ta' xiri jew mingħajrha, ta' prodotti. Kuntratt li għandu bħala s-suġġett tiegħu l-provvista ta' prodotti u li jkopri wkoll, inċidentalment, operazzjonijiet ta' tqegħid u installazzjoni għandu jitqies bħala “kuntratt ta' provvista”;
“servizzi ta' kuntratt” tfisser kuntratti minbarra dawk imsemmija fil-punt (2) li s-suġġett tagħhom ikun il-forniment ta' servizzi. Kuntratt li s-suġġett tiegħu ikun il-forniment ta' servizzi inklużi attivitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' xogħlijiet li huma biss inċidentali għas-suġġett prinċipali tal-kuntratt għandu jitqies bħala kuntratt ta' servizz;
“kuntratti ta' xogħlijiet”, minbarra dawk imsemmija fil-punti (2) u (3), tfisser kuntratti li s-suġġett tagħhom ikun jew l-eżekuzzjoni, jew kemm id-disinn kif ukoll l-eżekuzzjoni, ta' xogħlijiet. “Biċċa xogħol” tfisser l-eżitu ta' xogħlijiet ta' kostruzzjoni jew inġinerija ċivili meħudin bħala ħaġa waħda li hija suffiċjenti fiha nnifisha biex taqdi funzjoni ekonomika jew teknika;
“kuntratti ta' konċessjoni” tfisser kuntratti li s-suġġett tagħhom ikun jew il-forniment ta' servizzi jew l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet, li l-premju għalihom ikun jikkonsisti prinċipalment f'permess mogħti mill-BĊE biex jiġu sfruttati dawk ix-xogħlijiet jew li jiġu pprovduti servizzi lil oħrajn;
“riżultati” tfisser ix-xogħlijiet li għandhom jitwettqu, is-servizzi li għandhom jiġu pprovduti jew il-prodotti li għandhom jiġu fornuti taħt kuntratt;
“sħubija għall-innovazzjoni” tfisser proċedura li fiha kwalunkwe fornitur jista' jitlob li jipparteċipa u fejn il-BĊE jistabbilixxi sħubija ma' kandidat wieħed jew aktar li jitħalla jipparteċipa f'dik il-proċedura bil-għan li jiġu żviluppati u mixtrija prodotti, servizzi jew xogħlijiet innovattivi;
sistema ta’ xiri dinamika” tfisser proċess kompletament elettroniku biex jinxtraw il-konsenji l-aktar komuni, li l-karatteristiċi tiegħu, kif jinsab ġeneralment fis-suq, jissodisfa l-ħtiġijiet tal-BĊE;
“ftehim qafas” tfisser ftehim bejn il-BĊE u fornitur wieħed jew iżjed, li l-iskop tiegħu huwa li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kuntratti speċifiċi li għandhom jingħataw matul perjodu definit, b'mod partikolari fir-rigward tal-prezz u, fejn xieraq, il-kwantità maħsuba;
“fornitur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew entità pubblika jew grupp ta' dawn il-persuni u/jew entitajiet li joffru fis-suq l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet, il-provvista ta' prodotti jew il-forniment ta' servizzi;
“kandidat” tfisser fornitur li jkun bagħat applikazzjoni biex jipparteċipa fi proċedura ristretta jew innegozjata, djalogu kompetittiv jew sħubija ta' innovazzjoni;
“offerent” tfisser fornitur li jkun ippreżenta offerta;
“kuntratti għal riċerka u żvilupp fil-qasam tas-sigurtà tal-karti tal-flus” tfisser kuntratti marbutin ma' xogħol teoretiku jew sperimentazzjoni prattika, analiżi jew riċerka li jsiru taħt kundizzjonijiet ikkontrollati jew:
Kuntratti għal riċerka u żvilupp fil-qasam tas-sigurtà tal-karti tal-flus ma jinkludux kuntratti għall-istampar bi prova ta' karti tal-flus tal-euro;
“proċedura miftuħa” tfisser proċedura fejn il-fornitur interessat jista' jippreżenta offerta;
“proċedura ristretta” tfisser proċedura fejn kull fornitur jista' jitlob li jipparteċipa iżda jistgħu jagħmlu offerta biss dawk il-kandidati mistednin mill-BĊE;
“proċedura nnegozjata” tfisser proċedura li fiha l-BĊE jikkonsulta lill-fornituri li jagħżel hu u jinnegozja t-termini ta' kwalunkwe kuntratt ma' wieħed minnhom jew aktar minn wieħed;
“djalogu kompetittiv” tfisser proċedura fejn kull fornitur jista' jitlob li jipparteċipa u fejn il-BĊE jiddjaloga mal-kandidati ammessi f'dik il-proċedura, bil-għan li jiżviluppa alternattiva xierqa waħda jew aktar minn waħda li jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tiegħu;
“irkant elettroniku” tfisser proċess ripetittiv li jinvolvi sistema elettronika fejn jiġu ppreżentati prezzijiet ġodda, li jiġu rriveduti 'l isfel, u/jew valuri ġodda li jikkonċernaw ċerti elementi tal-offerti, li jseħħ wara valutazzjoni sħiħa inizjali tal-offerti, u li jippermetti li dawn jiġu kklassifikati bl-użu ta' metodi ta' valutazzjoni awtomatiċi;
“stedina għal offerta” tfisser l-istedina mibgħuta lill-kandidati jew fornituri biex jibagħtu offerta u li tispeċifika l-proċedura, il-ħtiġijiet tal-BĊE u l-pattijiet u l-kundizzjonijiet kuntrattwali;
“jiem” tfisser jiem tal-kalendarju;
“miktub” jew “bil-miktub” tfisser kwalunkwe espressjoni li tikkonsisti fi kliem jew figuri li jistgħu jinqraw, jiġu riprodotti jew ikkommunikati wara, inkluża informazzjoni mibgħuta u miżmuma permezz ta' mezzi elettroniċi;
“sejħa għal espressjoni ta' interess” tfisser proċedura biex tiġi stabbilita lista ta' fornituri adattati li jistgħu jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwisti.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal:
ftehimiet ta' kooperazzjoni:
li jservu t-twettiq tal-kompiti pubbliċi tal-Eurosistema jew tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali, li għalihom jidħlu l-BĊE u l-BĊNi; jew
li jservu t-twettiq ta' kompiti pubbliċi. li għalihom jidħlu l-BĊE u istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni, organizzazzjonijiet internazzjonali jew awtoritajiet pubbliċi;
fejn il-kooperazzjoni tkun irregolata esklużivalement minn kunsiderazzjonijiet relatati mal-interess pubbliku, b'mod partikolari l-kisba ta' objettivi komuni mhux ta' natura kummerċjali, u l-partijiet ikunu jwettqu inqas minn 20 % tal-attivitajiet relevanti fis-suq miftuħ;
proċeduri ta' akkwisti li fihom jipparteċipa l-BĊE li jkunu organizzati minn xi wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin: (i) istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni; ii) organizzazzjonijiet internazzjonali; jew (iii) awtoritajiet pubbliċi, f'kull każ sakemm ir-regoli li jikkonċernaw dawn il-proċeduri ikunu skont il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni dwar l-akkwisti;
l-akkwist ta' karti tal-flus, li huwa rregolat bil-Linja Gwida (UE) 2015/280 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/44) ( 1 );
il-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta' titoli jew strumenti finanzjarji oħrajn u servizzi finanzjarji b'rabta ma' dawn it-tranżazzjonijiet;
l-akkwist jew il-kiri, permezz ta' kwalunkwe mezz finanzjarju, ta' art, bini eżistenti jew propjeta immobbli oħra jew li jkun jikkonċerna drittijiet fuqhom;
kuntratti ta' impjieg bejn il-BĊE u l-persunal tiegħu konklużi skont il-Kundizzjonijiet ta' Impjieg tal-BĊE;
servizzi ta' arbitraġġ u konċiljazzjoni;
servizzi ta’ riċerka u żvilupp ħlief jekk il-benefiċċji relatati mas-servizzi jkunu esklużivament għall-BĊE għall-użu tiegħu u s-servizzi pprovduti jkunu mħallsin għal kollox mill-BĊE;
kuntratti għal ħin ta' xandir jew forniment ta' programmi li jingħataw lil fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżivi jew tar-radju;
kuntratti relatati mar-rappreżentanza legali tal-BĊE matul jew fi tħejjija għal (i) proċeduri ġudizzjarji quddiem il-qrati, tribunali jew awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru jew pajjiż terz jew quddiem qrati, tribunali jew istituzzjonijiet internazzjonali jew (ii) proċeduri ta’ arbitraġġl u kuntratti għas-servizzi esklużivi ta’ nutara, fiduċjarji u uffiċjali tal-qorti;
servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija jew bil-metro.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-kuntratti li ġejjin li jkunu ssussidjati mill-BĊE b'aktar minn 50 %:
kuntratti ta' appalt li l-valur stmat tagħhom ikun, nett mill-VAT, daqs jew aktar mill-ammont tal-livell minimu stipulat fl-Artikolu 4(3) għal kuntratti ta' appalt, u li s-suġġett tagħhom ikun attivitajiet ta' inġinerija ċivili jew xogħol ta' kostruzzjoni għal faċilitajiet maħsuba biex jintuża għal skopijiet amministrattivi, sportivi, tas-saħħa, rikreattivi u ta' divertiment, jew bħala skejjel jew universitajiet;
kuntratti ta' servizz li huma marbuta ma' kuntratt ta' appalt imsemmi fil-punt (a) li l-valur stmat tagħhom, nett mill-VAT, ikun daqs jew aktar mill-ammont tal-livell minimu stipulat fl-Artikolu 4(3) għal kuntratti ta' appalt.
Il-BĊE għandu jiżgura li dawk il-kuntratti jingħataw skont din id-Deċiżjoni, anki jekk dawk il-kuntratti jingħataw minn entità oħra jew jekk il-BĊE jagħti dawk il-kuntratti f'isem entità oħra.
Artikolu 3
Prinċipji ġenerali
Artikolu 4
Limiti minimi tal-valur tal-kuntratt
Il-limiti minimi li ġejjin għandhom japplikaw:
għal kuntratti ta’ provvista u servizz: il-limitu minimu għal kuntratti pubbliċi ta’ provvista u servizz mogħtija minn awtoritajiet kontraenti stipulati fil-punt (c) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE;
għal kuntratti ta’ xogħlijiet: il-limitu minimu għal kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE;
għal kuntratti ta’ konċessjoni: il-limitu minimu għal kuntratti ta’ konċessjoni stipulat fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).
Artikolu 5
Kalkolu tal-valur stmat ta' kuntratt
Fir-rigward ta' kuntratti għall-provvista kontinwa ta' prodotti u servizzi, il-valur li għandu jittieħed bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun, meta jkun xieraq, skont kif ġej:
fil-każ ta' kuntratti għal terminu fiss: il-valur totali għat-terminu sħiħ;
fil-każ ta' kuntratti mingħajr mingħajr terminu fiss: il-valur ta' kull xahar immultiplikat bi 48.
Artikolu 6
Eċċezzjonijiet
Fil-każijiet li ġejjin il-BĊE jista' jiddevja minn rekwiżiti proċedurali speċifiċi jew jagħti kuntratt direttament lil fornitur wieħed:
meta, għal raġunijiet obbligatorji u skont kriterji objettivi, il-kuntratt jista' jingħata biss lil fornitur partikolari. Dawn ir-raġunijiet jistgħu jkunu ta' natura teknika, artistika jew legali, inkluż l-eżerċitar ta' drittijiet esklużivi stabbiliti skont il-liġi applikabbli, iżda mhux ta' natura ekonomika;
meta, għal raġunijiet ta' urġenza estrema maħluqa minn avvenimenti mhux prevedibbli għall-BĊE, l-iskadenzi għal proċedura ta' akkwist ma jkunux jistgħu jitħarsu;
meta l-BĊE ikun ikklassifika l-kuntratt bħala sigriet jew meta t-twettiq tal-kuntratt ikollu jiġi akkumpanjat minn miżuri speċjali tas-sigurtà, skont ir-regoli tal-BĊE dwar is-sigurtà jew meta l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tal-BĊE tkun teħtieġ hekk. Kuntratti għal riċerka u żvilupp fil-qasam tas-sigurtà tal-karti tal-flus jeħtieġu miżuri speċjali tas-sigurtà u huma għalhekk eżenti mir-rekwiżiti stipulati f'din id-Deċiżjoni;
fil-każ ta' kuntratti ta' provvista meta l-prodotti involuti jkunu mmanifatturati sempliċiment għall-iskop ta' riċerka, esperimentazzjoni, studju jew żvilupp; din id-dispożizzjoni ma testendix għall-produzzjoni fil-kwantità biex tiġi stabbilita l-vijabbiltà kummerċjali jew biex jiġu rkuprati l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp;
meta provvisti jinxtraw b'kundizzjonijiet li jkunu partikolarment vantaġġużi ħafna, jew minn fornitur li jkun qed jillikwida b'mod definittiv l-attivitajiet kummerċjali tiegħu, jew ir-riċevituri jew l-istralċjarji maħtura wara falliment, arranġament mal-kredituri, jew proċedura simili skont il-liġijiet jew regolamenti nazzjonali;
fil-każ ta' prodotti addizzjonali akkwistati taħt kuntratt ta' provvista li jissostitwixxu jew jestendu l-prodotti jew installazzjonijiet inizjali, meta bidla fil-fornitur twassal għal diffikultajiet sproporzjonati fit-tħaddim u l-manutenzjoni. It-tul ta' żmien ta' kuntratti relatati ma' dawk il-prodotti addizzjonali m'għandux jaqbeż it-tliet snin; u
f'każijiet oħrajn ipprovduti espressament f'din id-Deċiżjoni.
Fil-każijiet kollha stipulati fl-ewwel subparagrafu, il-BĊE għandu jżomm kompetizzjoni bejn bosta fornituri adattati kull meta dan ikun possibbli.
Artikolu 7
Tul ta' żmien u estensjoni ta' kuntratti
Jekk kuntratt jiġi konkluż għal żmien definit, it-terminu tiegħu jista' jiġi estiż għal aktar minn dak it-terminu inizjali skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-avviż tal-kuntratt jew, f'każ ta' proċedura taħt il-Kapitlu III, it-talba għal proposta, ikunu jipprovdu għall-possibbiltà ta' estensjoni;
l-estensjoni tkun debitament iġġustifikata; u
l-estensjonijiet ttieħdu inkunsiderazzjoni meta kienet qed tiġi ddeterminata l-proċedura applikabbli skont l-Artikolu 4.
Artikolu 8
Emendi għal kuntratti matul it-terminu tagħhom
►M2 Il-BĊE jista’ jemenda kuntratt meta l-emenda, irrispettivament mill-valur tagħha, tkun ġiet prevista fid-dokumenti tal-akkwist inizjali fi klawżoli ta’ reviżjoni ċari, preċiżi u inekwivoki, li jistgħu jinkludi klawżoli ta’ reviżjoni ta’ prezzijiet, jew għażliet: ◄
id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti jkunu jinkludu klawżoli ċari u preċiżi ta' reviżjoni jew opzjoni li jipprovdu għal prodotti, servizzi jew xogħlijiet addizzjonali; u
il-prodotti, servizzi u xogħlijiet addizzjonali kienu tqiesu meta ġie kkalkolat l-valur tal-kuntratt skont l-Artikolu 5.
Il-klawżoli għandhom jiddikjaraw il-kamp ta' applikazzjoni u n-natura ta' reviżjonijiet ew għażliet possibbli kif ukoll il-kundizzjonijiet li taħthom dawn jistgħu jintużaw. Dawn m'għandhomx jipprovdu għal reviżjonijiet jew għażliet li jibdlu n-natura ġenerali tal-kuntratt inizjali.
L-emendi għandhom jiġu kkunsidrati sostanzjali jekk jibdlu n-natura kumplessiva tal-kuntratt, partikolarment fejn kundizzjoni waħda jew iżjed milli ġejjin jiġu ssodisfatti:
l-emenda tintroduċi kundizzjonijiet li, kieku kienu parti mill-proċedura ta' akkwist inizjali, kienu jippermettu d-dħul ta' kandidati oħrajn minbarra dawk magħżula inizjalment, jew għall-aċċettazzjoni ta' offerta li mhix dik aċċettata oriġinarjament jew li kienu jattiraw parteċipanti addizzjonali fil-proċedura ta' akkwist;
l-emenda tbiddel il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt favur il-kuntrattur b'mod li ma kienx previst fil-kuntratt inizjali;
l-emenda testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-kuntratt b'mod konsiderevoli;
kuntrattur ġdid jissostitwixxi lil dak li jkun ingħata l-kuntratt inizjali f'każijiet minbarra dawk stabbiliti fil-paragrafu 4.
Emendi għandhom jiġu kkunsidrati li mhumiex sostanzjali fi kwalunkwe ċirkustanza jekk il-valur kumulattiv tagħhom jibqa' taħt (a) il-livelli rilevanti previst fl-Artikolu 4(3), u (b) 10 % tal-valur inizjali tal-kuntratt għal kuntratti ta' provvista u servizz jew 15 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għal kuntratti ta' xogħlijiet.
Barra minn hekk, il-BĊE jista’ jemenda kuntratt fil-każijiet li ġejjin:
meta l-ħtieġa għal emenda tkun ġiet ikkawżata minn ċirkostanzi li l-BĊE, waqt li jkun aġixxa b’mod diliġenti, ma setax jipprevedi, sakemm l-emenda ma tbiddilx in-natura ġenerali tal-kuntratt inizjali; jew
jekk il-provvisti, is-servizzi u x-xogħlijiet addizzjonali ma jkunux jistgħu jiġu separati teknikament jew ekonomikament mill-kuntratt inizjali mingħajr inkonvenjent sinifikanti jew duplikazzjoni sostanzjali tal-ispejjeż.
Madankollu, iż-żieda fil-prezz f’kull każ individwali m’għandhiex taqbeż il-50 % tal-valur inizjali tal-kuntratt.
Kuntratt jista' jiġi emendat billi jiġi ssostitwit il-kuntrattur li lilu kien ingħata b'kuntrattur ieħor, bħala konsegwenza jew ta':
klawsola inekwivoka, ċara u preċiża ta' reviżjoni jew ta' għażla;
is-suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara operazzjonijiet ta' ristrutturar korporattiv, inkluż teħid tal-kontropll, fużjoni, akkwist jew insolvenza, ta' fornitur ieħor li jissodisfa l-istes kriterji kif kienu applikati inizjalment għall-għażla tal-kuntrattur inizjali, dejjem jekk din ma twassalx għal emendi sostanzjali oħrajn għall-kuntratt u ma jkollhiex l-għan li tevita l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni; jew
il-BĊE jassumi l-obbligi lejn is-subkuntratturi tal-kuntrattur, inkluż l-obbligu li jsiru ħlasijiet direttament lis-subkuntratturi, fejn dan ikun ipprovdut fil-kuntratt.
KAPITOLU II
PROĊEDURI TA' SEJĦIET GĦAL OFFERTI PUBBLIĊI
Artikolu 9
Ħarsa ġenerali
TAQSIMA 1
Tipi ta' proċedura u kif għandha titmexxa l-proċedura
Artikolu 10
Proċedura miftuħa
Artikolu 11
Proċedura ristretta
▼M2 —————
Artikolu 12
Proċedura nnegozjata
Il-BĊE jista' japplika proċedura nnegozjata jekk:
il-ħtiġijiet tal-BĊE ma jistgħux jiġu ssodisfati mingħajr l-adattament ta' soluzzjonijiet disponibbli minnufih, jew ikunu jeħtieġu disinn jew soluzzjonijiet innovattivi;
il-kuntratt ma jkunx jista' jingħata mingħajr negozjati minn qabel minħabba n-natura speċifika, il-kumplessità, in-natura legali u finanzjarja u r-riskji korrispondenti tar-riżultati; jew
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jkunux jistgħu jiġu stabbiliti bi preċiżjoni suffiċjenti b'referenza għal standard tekniku jew referenza.
Wara l-valutazzjoni tal-offerti, il-BĊE jista' jinnegozja mal-offerenti sabiex iġibu l-offerti tagħhom konformi mar-rekwiżiti tal-BĊE. Il-BĊE jista' jibda negozjati jew:
ma' min ikun għamel l-aħjar offerta. Jekk in-negozjati ma' min ikun għamel l-aħjar offerta ma jirnexxux, il-BĊE jista' jibda negozjati ma' min ikun għamel it-tieni l-aħjar offerta; jew
simultanjament ma' diversi offerenti li l-offerti tagħhom jissodisfaw bl-aħjar mod il-kriterji tal-għoti. In-numru ta' offerenti li jitħallew jipparteċipaw fin-negozjati jista' jitnaqqas fi stadji suċċessivi bl-applikazzjoni tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fl-avviż ta' kuntratt jew fl-istedina għal offerta.
Qabel ma jibdew in-negozjati, il-BĊE għandu jinforma lill-offerenti kollha eliġibbli dwar kif ser jitmexxew in-negozjati.
Il-BĊE jista’ jagħti kuntratti abbażi tal-offerti inizjali mingħajr negozjati.
Artikolu 13
Djalogu kompetittiv
Artikolu 14
sħubija għall-innovazzjoni
TAQSIMA 2
Akkwisti b'mezzi elettroniċi
Artikolu 15
Proċeduri ta' sejħiet għall-offerti b'mezzi elettroniċi
Il-BĊE jista' proċeduri ta' sejħiet għall-offerti b'mezzi elettroniċi skont ir-rekwiżiti ġenerali għall-akkwisti b'mezzi elettroniċi stabbiliti fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2014/24/UE flimkien mal-Anness IV tiegħu. F'dawk il-każijiet, l-avviż ta' kuntratt għandu jispeċifika b'mod partikolari r-rekwiżiti formali li għandhom jiġu osservati mill-kandidati jew offerenti u kif għandha tiġi aċċessata l-pjattaforma elettronika. Il-BĊE jista' jiddetermina li huwa ser jaċċetta biss applikazzjonijiet u offerti elettroniċi ħlief jekk ikun hemm raġunijiet tekniċi relatati mal-aċċess ugwali, operabbiltà, jew is-sigurtà li jagħmlu dan imprattikabbli.
Artikolu 16
Irkanti elettroniċi
L-irkant elettroniku għandu jkun ibbażat jew:
esklużivament fuq prezzijiet fejn il-kuntratt jingħata abbażi tal-prezz biss; jew inkella
abbażi tal-prezzijiet u/jew fuq il-valuri l-ġodda tal-karatteristiċi tas-sejħiet għall-offerti indikati fl-ispeċifikazzjoni, meta l-kuntratt jingħata fuq il-bażi tal-aħjar proporzjon bejn il-prezz u l-kwalità.
Jekk il-BĊE ikun beħsiebu jagħmel irkant elettroniku, għandu jistqarr dan fl-avviż tal-kuntratt. Id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti għandhom jinkludu, inter alia, id-dettalji li ġejjin:
il-karatteristiċi u l-valuri li ser ikunu s-suġġett tal-irkant elettroniku, dejjem jekk dawn il-karatteristiċi jkunu kwantifikabbli u jistgħu jingħataw f'ċifri jew perċentwali;
kwalunkwe limitu fuq il-valuri li jista' jiġi sottomess, li jirriżulta mill-ispeċifikazzjonijiet;
l-informazzjoni li ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-offerenti matul l-irkant elettroniku u, fejn dan ikun xieraa, meta ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom;
l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-proċess tal-irkant elettroniku;
il-kundizzjonijiet li skonthom l-offerenti ser ikunu jistgħu jagħmlu l-offerti tagħhom u, b'mod partikolari, id-differenzi minimi li, fejn dawn ikunu xierqa, ser ikunu meħtieġa għal meta jsiru l-offerti; u
kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tikkonċerna t-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnessjoni.
Artikolu 17
Katalgi elettroniċi
Meta l-preżentazzjoni ta' offerti fil-forma ta' katalgu elettroniku tkun aċċettata jew meħtieġa, il-BĊE għandu:
jiddikjara dan fl-avviż tal-kuntratt;
jindika fid-dokumenti ta' akkwist l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 22(6) tad-Direttiva 2014/24/UE dwar il-format, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet ta' konnessjonijiet tekniċi għall-katalogu.
Meta jkun ġie konkluż ftehim qafas ma' aktar minn fornitur wieħed permezz ta' katalgi elettroniċi, jista' jsir ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni għal kuntratti speċifiċi fuq il-bażi ta' katalgi aġġornati. F'dak il-każ il-BĊE jista':
jistieden lill-offerenti biex jissottomettu mill-ġdid il-katalogi elettroniċi tagħhom, adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt inkwistjoni; jew
jekk id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti hekk jipprovdu, jinnotifika lill-offerenti li l-BĊE beħsiebu jiġbor mill-katalgi elettroniċi li diġà ġew sottomessi l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu kkumpilati sejħiet għall-offerti għall-kuntratti inkwistjoni.
Meta kompetizzjoni terġa' tinfetaħ skont il-punt (b), il-BĊE għandu jinnotifika lill-offerenti dwar id-data u l-ħin meta l-informazzjoni ser tinġabar u jagħtihom l-opzjoni li jirrifjutaw dak il-ġbir ta' informazzjoni. Il-BĊE għandu jħalli perijodu ta' żmien adegwat bejn in-notifika u l-ġbir attwali tal-informazzjoni. Qabel ma l-BĊE jagħti l-kuntratt, l-offerent ikkonċernat għandu jkollu l-opportunità biex jikkonferma li l-offerta hekk ikkompilata ma fiha ebda żball materjali.
TAQSIMA 3
Regoli speċjali għal ċerti tipi ta' kuntratti
Artikolu 18
Ftehim qafas
Kuntratti speċifiċi bbażati fuq il-ftehim qafas għandhom jingħataw skont il-proċeduri stipulati f’dan l-Artikolu.
Meta ftehim qafas jiġi konkluż ma' diversi fornituri, jistgħu jingħataw kuntratti speċifiċi jew:
bl-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti fil-ftehim qafas mingħajr ma terġa' tinfetaħ kompetizzjoni;
meta kriterji bħal dawn ma jkunux definiti, billi terġa' tinfetaħ kompetizzjoni fost il-fornituri li magħhom ikun hemm ftehim qafas; jew
billi jiġu applikati f'xi każijiet il-kriterji stipulati fil-ftehim qafas mingħajr ma terġa' tinfetaħ il-kompetizzjoni kif speċifikat fil-punt (A) u f'każijiet oħrajn billi terġa' tinfetaħ kompetizzjoni fost il-fornituri li magħhom ikun jeżisti ftehim qafas kif speċifikat fil-punt (B), sakemm id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti għall-ftehim qafas jipprovdu għall-possibbiltà li ssir għażla bejn iż-żewġ opzjonijiet, ikun fihom kriterji oġġettivi vinkolanti li jirregolaw din l-għażla u jispeċifikaw id-dispożizzjonijiet li jistgħu jkunu soġġetti għall-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni.
Jekk kompetizzjoni terġa' tinfetaħ skont il-punt (b), il-BĊE għandu jagħti kuntratt speċifiku skont din il-proċedura:
Kull meta kompetizzjoni terġa' tinfetaħ skont il-punti (b) jew (c), l-Artikolu 36(1) u (2) għandu japplika kif meħtieġ.
Artikolu 19
Sistemi dinamiċi ta' xiri
Għall-finijiet tal-istabbiliment ta' sistema ta' xiri dinamika, il-BĊE għandu:
jippubblika avviż ta' kuntratt li jiddikjara li sistema dinamika ta' xiri qiegħda tintuzża, waqt li tiġi indikata n-natura tax-xirjiet previsti taħt is-sistema, il-perjodu ta' validità tagħha, il-kriterji tal-għażla u l-għoti, u kull informazzjoni meħtieġa dwar it-tagħmir elettroniku u żat u l-arranġamenti u speċifikazzjonijiet tal-konnessjoni teknika. L-avviż għandu jispeċifika terminu ta' mhux inqas minn 30 jum sa meta l-fornituri jistgħu japplikaw biex jipparteċipaw; u
joffri b'mezzi elettroniċi, mill-pubblikazzjoni tal-avviż sal-iskadenza tas-sistema, aċċess mingħajr restrizzjoni, dirett u sħiħ għall-kundizzjonijiet tas-sejħa għall-offerti u għal kwalunkwe dokument addizzjonali.
Artikolu 20
Kuntratti ta' konċessjoni
Il-proċedura ta' għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni għandha tkun irregolata minn din id-Deċiżjoni soġġett għall-modifiki li ġejjin:
il-kalkolu tal-valur stmat ta' kuntratti ta' konċessjoni għandu jqis il-fatturat totali stmat, nett mill-VAT, iġġenerat mill-kuntrattur permezz tat-twettiq tal-kuntratt ta' konċessjoni matul it-terminu tiegħu;
il-kuntratti ta' konċessjoni għandhom ikunu għal terminu limitat. Id-durata m'għandhiex taqbeż il-perijodu li konċessjonarju jista' jkun raġonevolment mistenni li jieħu biex jirkupra l-investimenti li jkunu saru u biex jikseb redditu finanzjarju.
TAQSIMA 4
Tnedija tal-proċedura ta' akkwisti
Artikolu 21
Pubblikazzjoni ta' opportunitajiet għal akkwisti
Artikolu 22
Sejħa għal espressjoni ta' interess
Artikolu 23
Termini għar-riċeviment ta' applikazzjonijiet u offerti
Fil-każ ta' proċeduri ristretti, proċeduri nnegozjati, djalogi kompetittivi, sħubijiet ta' innovazzjoni u kuntesti tad-disinn:
it-terminu minimu biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet għandu jkun ta' 30 jum mid-data met l-avviż ta' kuntratt jintbagħat lill-Ġurnal Uffiċjali; u
it-terminu minimu għar-riċeviment ta' offerti għandu jkun ta' 30 jum mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-offerta lill-offerenti.
Fil-każ ta' proċeduri miftuħa, proċeduri ristretti u proċeduri nnegozjati, il-BĊE jista' japplika proċedura aċċellerata, fejn minħabba urġenza li tkun issostanzjata debitament t-termini stabbiliti f'dan l-Artikolu ma jkunux prattiċi. F'dan il-każ għandhom japplikaw it-termini ta' żmien li ġejjin:
għal proċeduri miftuħa terminu ta' żmien għar-riċeviment ta' offerti li ma għandux ikun inqas minn 15-il jum mid-data meta jkun intbagħat l-avviż ta' kuntratt; u
għal proċeduri ristretti u proċeduri nnegozjati terminu għar-riċeviment ta' applikazzjonijiet li m'għandux ikun inqas minn 15-il jum mid-data meta jkun intbagħat l-avviż ta' kuntratt, u terminu għar-riċeviment ta' offerti li għandu jkun mhux inqas minn 10 ijiem mid-data meta l-istenda għall-offerti tkun intbagħtet lill-offerenti.
Artikolu 24
Stedina għall-offerti
▼M1 —————
Stedina għall-offerti għandu jkollha tal-anqas:
referenza għall-avviż ta' kuntratt;
informazzjoni sħiħa, fejn applikabbli, dwar id-disponibbiltà elettronika ta', u l-aċċess għal, id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti;
ir-rekwiżiti formali tas-sejħa għall-offerti, b'mod partikolari t-terminu biex jiġu rċevuti l-offerti, l-indirizz fejn għandhom jintbagħtu l-offerti, il-lingwa jew lingwi li bihom għandhom jinkitbu l-offerti u l-format li fiha għandhom jintbagħtu l-offerti u l-perjodu li matulu għandha tibqa' valida l-offerta; u
l-opzjonijiet dwar il-prodotti, servizzi u xogħlijiet addizzjonali, kif ukoll in-numru ta' tiġdid u estensjonijiet possibbli tal-kuntratt, jekk applikabbli;
il-lista ta' dokumenti li għandhom jintbagħtu mill-offerenti; u
l-ippeżar relattiv tal-kriterji għall-għoti tal-kuntratt jew, meta jkun xieraq, l-ordni dejjem tonqos fl-importanza ta' dawn il-kriterji, jekk ma jkunux speċifikati fl-avviż ta' kuntratt.
L-istedina għall-offerti għandha tinkludi wkoll:
kopja tal-ispeċifikazzjonijiet li jiddefinixxu l-ħtiġijiet tal-BĊE jew, fil-każ ta' djalogu kompetittiv jew sħubija ta' innovazzjoni, kopja tat-talba għal proposta li tiddefinixxi l-ħtiġijiet tal-BĊE;
kopja tal-abbozz tal-kuntratt, tal-pattijiet u kundizzjonijiet ġenerali tal-BĊE jew tad-dokument li jispeċifika l-karatteristiċi ewlenin tal-kuntratt; u
kull dokumentazzjoni oħra li l-BĊE jidhirlu li hija relevanti.
Artikolu 25
Speċifikazzjonijiet
TAQSIMA 5
Skambju ta' informazzjoni
Artikolu 26
Komunikazzjoni mal-kandidati u l-offerenti
Artikolu 27
Talbiet għal aktar dokumentazzjoni u kjarifiki
Wara li l-BĊE jkun fetaħ applikazzjonijiet jew offerti, huwa jista' jitlob lill-kandidati jew offerenti biex jissottomettu, jissupplimentaw, jikkjarifikaw jew jikkompletaw informazzjoni jew dokumentazzjoni li tkun jew tidher li tkun nieqsa, mhux kompluta jew żbaljata fi żmien xieraq. Dawk it-talbiet għandhom isiru b'konformità sħiħa mal-prinċipji ta' trattament ugwali u trasparenza; b'mod partikolari, m'għandhomx iwasslu għal xi trattament preferenzjali, jagħtu vantaġġ kompetittiv, jew ibiddlu t-termini ta' applikazzjoni jew offerta.
Artikolu 28
Rettifika ta’ dokumenti ta’ akkwist u limitu ta’ żmien għal u preklużjoni ta’ oġġezzjonijiet
TAQSIMA 6
Evalwazzjoni
Artikolu 29
Prinċipji ġenerali
Il-BĊE għandu jevalwa l-offerti kollha skont il-kriterji tal-għoti stipulati fl-Artikolu 32 wara li jkun:
Artikolu 30
L-eliġibbiltà tal-kandidati u l-offerenti
►M2 Il-kandidati u l-offerenti għandhom jissottomettu applikazzjoni jew offerta waħda biss. ◄ Il-BĊE jista' jeskludi milli jipparteċipaw kwalunkwe kandidati jew offerenti li jissottomettu applikazzjoni jew offerta separata u li:
ikunu membri tal-istess grupp ta' impriżi affiljati bħal kandidat jew offerent ieħor;
ikunu membri ta' grupp temporanju flimkien ma' kandidati jew offerenti oħrajn; jew
joffru parti sostanzjali tal-kuntratt li jkollu jingħata lil kandidat jew offerent ieħor bħala sottokuntrattur,
jekk ikun hemm indikazzjonijiet li huma rċevew informazzjoni rigward l-applikazzjoni jew offerta mħejjija minn kandidat jew offerent ieħor jekk jekk is-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet jew offerti multipli inkella toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni ħielsa bejn il-kandidati jew offerenti.
Il-BĊE jista' jeskludi kandidati jew offerenti milli jipparteċipaw f'kull ħin jekk:
ikunu falluti, qegħdin jiġu stalċati, soġġetti għal amministrazzjoni jew f'sitwazzjoni simili stipulata fil-leġiżlazzjoni jew regolamenti nazzjonali;
ikunu ħatja ta' mġiba ħażina professjonali, li twassal biex l-integrità tagħhom issir dubjuża;
ikunu kisru l-obbligi tagħhom relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew il-ħlas ta' taxxi skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż fejn ikunu stabbiliti jew fejn ikollu jitwettaq il-kuntratt;
ikunu wrew nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fit-twettiq ta' kuntratt pubbliku ieħor, jew mal-obbligi tagħhom taħt il-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol;
huma jew il-maniġment, persunal jew aġenti tagħhom ikun soġġetti għal kunflitt ta' interess li ma jistax jiġi rrimedjat b'mezzi inqas intrużivi;
ikunu ħatja ta' qerq serju fl-għoti tal-informazzjoni meħtieġa mill-BĊE; jew
►C1 jikkuntattjaw lil kandidati jew offerenti oħrajn bl-iskop li jirrestrinġu l-kompetizzjoni, jew jekk jippruvaw jinfluwenzaw b’mod indebitu il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-proċedura tal-akkwist. ◄
Artikolu 31
Kriterji ta' għażla
Artikolu 32
Kriterji tal-għoti
Ħlief jekk ikun ipprovdut mod ieħor f'din id-Deċiżjoni, l-aktar offerta vantaġġuża ekonomikament hija identifikata fuq il-bażi ta' waħda minn dawn l-alternattivi:
L-aħjar proporzjon bejn il-prezz u l-kwalità għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' kriterji, inklużi aspetti kwalitattivi, ambjentali u/jew soċjali marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, bħal:
il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibbiltà, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi soċjali, ambjentali u dawk innovattivi u l-kummerċ u l-kundizzjonijiet tiegħu,
l-organizzazzjoni strutturali, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt, fejn il-kwalità tal-persunal assenjat tista' tħalli impatt sinifikanti fuq il-livell tal-prestazzjoni tal-kuntratt; jew
is-servizz ta' wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, il-kundizzjonijiet tal-konsenja bħad-data tal-konsenja, il-proċess tal-konsenja u l-perijodu tal-konsenja, jew il-perijodu tat-tlestija.
Artikolu 33
Offerti baxxi wisq
Il-BĊE għandu jitlob bil-miktub spejgazzjonijiet ta' prezzijiet jew kosti proposti f'offerti li jidhru li jkunu baxxi wisq b'rabta mal-prodotti, xogħlijiet jew servizzi offruti. It-talba tista' tkun relatata b'mod partikolari ma':
l-ekonomija tal-proċess ta' manifattura, tal-forniment ta' servizzi jew tal-metodu tal-kostruzzjoni;
is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew kwalunkwe kundizzjoni favorevoli eċċezzjonali disponibbli għall-offerent;
l-oriġinalità tar-riżultati proposti fl-offerta;
konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi ambjentali, tas-sigurtà soċjali u tax-xogħol fis-seħħ fil-post fejn ir-riżultati għandhom jiġu eżegwiti, ipprovduti jew fornuti; u
il-possibbiltà tal-offerent li jikseb għajnuna mill-Istat.
Wara reviżjoni tal-informazzjoni ppreżentata mill-offerent, il-BĊE jista' jirrifjuta offerti li jkunu baxxi wisq, b'mod partikolari fil-każijiet li ġejjin:
TAQSIMA 7
Komunikazzjoni tal-eżitu
Artikolu 34
Notifika ta' deċiżjonijiet ta' għażla u għoti
KAPITLU III
AKKWISTI TAĦT IL-LIMITI MINIMI PROĊEDURA TAL-AKKWISTI GĦAL KUNTRATTI TAĦT IL-LIMITI MINIMI U L-KUNTRATTI TA' SERVIZZ IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(2)
Artikolu 35
Tmexxija tal-proċedura
Kuntratti li l-valur stmat tagħhom ikun taħt il-limiti minimi speċifikati fl-Artikolu 4(3) u kuntratti ta' servizz msemmija fl-Artikolu 6(2) għandhom jingħataw skont il-proċedura li ġejja.
Jekk il-valur tal-kuntratt ikun ta' EUR 50 000 nett mill-VAT jew aktar għal prodotti u servizzi jew EUR 500 000 għal xogħlijiet, il-BĊE għandu jistieden mill-anqas ħames fornituri xierqa, jekk ikun hemm, biex jibagħtu offerta fit-terminu stabbilit mill-BĊE.
Jekk il-valur tal-kuntratt nett mill-VAT ikun inqas minn dawn il-limiti minimi iżda ta' EUR 20 000 jew aktar, il-BĊE għandu jistieden mill-anqas tliet fornituri xierqa, jekk ikun hemm, biex jibagħtu offerta.
Il-BĊE għandu jagħżel il-fornituri mistiedna biex jipparteċipaw fil-proċedura ta' sejħa għal offerti jew minn fost l-offerenti ammessi għal sistema ta' xiri dinamika jew, meta ma jkunx hemm sistema bħal din fis-seħħ, minn lista ta' fornituri adattati mħejjija wara sejħa għal espressjonijiet ta' interess. Meta ebda lista ta' dan it-tip ma tiġi stabbilita, il-BĊE għandu jagħżel il-fornituri li għandhom jiġu mistiedna skont id-diskrezzjoni tiegħu, fuq il-bażi ta' analiżi tas-suq kif suppost, waqt li jitqies kwalunkwe interess transkonfinali, hekk kif jikkonferma l-adegwatezza tal-fornituri u l-interess tagħhom biex jipparteċipaw fil-proċedura. L-analiżi tas-suq tista' tinkludi pubblikazzjoni tal-opportunità ta' kuntratt f'sistema ta' akkwisti elettronika. Alternattivament, il-BĊE jista' jippubblika avviż ta' kuntratt fuq il-websajt tiegħu jew juża mezzi oħra xierqa. F'dak il-każ, il-fornituri mistiedna biex jipparteċipaw fil-proċedura ta' sejħa għal offerti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tar-risposti riċevuti. Fornituri oħrajn li jissodisfaw l-istess kriterji jistgħu wkoll jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fil-proċedura ta' sejħa għal offerti.
Jekk il-valur ta' kuntratt ta' servizz imsemmi fl-Artikolu 6(2) imnaqqsal-VAT ikun iktar minn jew ta' EUR 750 000 jew aktar, il-BĊE għandu jippubblika avviż ta' kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali. Il-fornituri mistiedna biex jipparteċipaw fil-proċedura ta' sejħa għal offerti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tar-risposti riċevuti. Fornituri oħrajn li jissodisfaw l-istess kriterji jistgħu wkoll jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fil-proċedura ta' sejħa għal offerti.
Il-BĊE għandu jipprovdi lill-fornituri mistiedna biex jipparteċipaw fil-proċedura tas-sejħa għallofferti b'talba għal proposta li tispeċifika r-rekwiżiti tal-BĊE, il-proċess ta' sottomissjoni u l-kriterji għall-għoti tal-kuntratt. Meta jiffissal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti, il-BĊE għandu jqis il-kumplessità tal-kuntratt u ż-żmien meħtieġ biex titħejja offerta.
L-offerti riċevuti għandhom jiġu evalwati kontra r-rekwiżiti formali u l-kriterji tal-għażla u tal-għoti stipulati fit-talba għal proposta. Wara l-valutazzjoni tal-offerti bil-miktub, il-BĊE jista' jidħol f'negozjati mal-offerenti jekk dik il-possibbiltà tkun issemmiet fit-talba għal proposta. In-negozjati jistgħu jsiru bħala negozjati konsekuttivi skont l-ordni tal-klassifikazzjoni tal-offerenti jew bħala negozjati paralleli ma' bosta offerenti li l-offerti tagħhom jissodisfaw bl-aqwa mod il-kriterji tal-għoti.
Il-BĊE għandu jagħti l-kuntratt lill-offerent li l-offerta tiegħu tissodisfa bl-aħjar mod il-kriterji stipulati fit-talba għal proposta.
Il-proċedura ta’ akkwist għandha titwettaq skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3. L-Artikolu 9(6) u (7), l-Artikolu 13(5) sa (6) u l-Artikoli 18,19, 20, 26, 27, 28, 30 u 33 għandhom japplikaw kif meħtieġ.
Artikolu 36
Notifika tad-deċiżjoni tal-għoti u lista ta' kuntratturi
Minkejja l-paragrafu 1 u l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Artikolu 34(1) sa (4) għandu japplika meta l-BĊE jagħti permezz tal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 35(4) kuntratt ta’ servizz imsemmi fl-Artikolu 6(2) b’valur nett ta’ VAT li jaqbeż jew ikun ekwivalenti għal EUR 750 000 , sakemm ikun hemm interess transkonfinali ċar.
Artikolu 37
Għoti dirett
Il-BĊE jista' jagħti kuntrattti fuq il-bażi ta' offerta waħda jekk il-valur stmat tal-kuntratt ikun inqas minn EUR 20 000 , nett mill-VAT.
KAPITLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 38
Ikkanċellar tal-proċeduri ta' sejħiet għall-offerti
Artikolu 39
Proċedura ta' appell
Artikolu 40
Ġurisdizzjoni
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha ġurisdizzjoni esklużiva f'kull tilwima bejn il-BĊE u fornitur dwar din id-Deċiżjoni jew xi proċedura speċifika ta' akkwist. Jekk proċedura ta' appell tkun disponibbli taħt l-Artikolu 39, l-appellant għandu jistenna d-deċiżjoni tal-BĊE dwar l-appell qabel ma jressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. L-iskadenzi stipulati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom għandhom jibdew jiddekorru minn meta tiġi rċevuta d-deċiżjoni ta' appell mill-fornitur.
Artikolu 41
Dħul fis-seħħ
ANNESS I
SERVIZZI SOĠĠETTI GĦALL-ARTIKOLU 6(2)
Kodiċi CPV |
Deskrizzjoni |
75200000-8; 75231200-6; 75231240-8; 79611000-0; 79622000-0 [Servizzi ta' provvista ta' persunal għal għajnuna domestika]; 79624000-4 [Servizzi ta' provvista għall-infermiera] u 79625000-1 [Servizzi ta' provvista għal persunal mediku] minn 85000000-9 sa 85323000-9; 98133100-5, 98133000-4; 98200000-5; 98500000-8 [Familji privati b'persuni impjegati] u 98513000-2 sa 98514000-9 [Servizzi ta' xogħol għall-familji, Servizzi minn persunal ta' aġenzija għall-familji, Servizzi minn persunal klerikali għall-familji, Persunal temporanju għall-familji, Servizzi ta' għajnuna għall-familji u Servizzi domestiċi] |
Saħħa, servizzi soċjali u dawk relatati |
85321000-5 u 85322000-2, 75000000-6 [Servizzi amministrattivi, tad-difiża u tas-sigurtà soċjali], 75121000-0, 75122000-7, 75124000-1; minn 79995000-5 sa 79995200-7; minn 80000000-4 Servizzi edukattivi u ta' taħriġ sa 80660000-8; minn 92000000-1 sa 92700000-8 79950000-8 [Servizzi ta' esebizzjonijiet, fieri u ta' organizzazzjoni ta' kungressi], 79951000-5 [Servizzi ta' organizzazzjoni ta' seminars], 79952000-2 [Servizzi ta' avvenimenti], 79952100-3 [Servizzi ta' organizzazzjoni ta' avvenimenti kulturali], 79953000-9 [Servizzi ta' organizzazzjoni ta' festivals], 79954000-6 [Servizzi ta' organizzazzjoni ta' festini], 79955000-3 [Servizzi ta' organizzazzjoni ta' sfilati tal-moda], 79956000-0 [Servizzi ta' organizzazzjoni ta' fieri u esebizzjonijiet] |
Servizzi amministrattivi soċjali, edukattivi, ta' kura tas-saħħa u kulturali |
75300000-9 |
Servizzi ta' sigurtà soċjali obbligatorji |
75310000-2, 75311000-9, 75312000-6, 75313000-3, 75313100-4, 75314000-0, 75320000-5, 75330000-8, 75340000-1 |
Servizzi tal-benefiċċji |
98000000-3; 98120000-0; 98132000-7; 98133110-8 u 98130000-3 |
Servizzi komunitarji, soċjali u personali oħrajn inkluż servizzi mogħtija minn trade unions, organizzazzjonijiet politiċi, assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ u servizzi ta' organizzazzjoni bi sħubijiet oħrajn. |
98131000-0 |
Servizzi reliġjużi |
55100000-1 sa 55410000-7; 55521000-8 sa 55521200-0 [55521000-8 Servizzi ta' kejtering għal djar privati, 55521100-9 Servizzi ta' meals-on-wheels, 55521200-0 Servizzi ta' konsenja ta' ikel] 55520000-1 Servizzi ta' kejtering, 55522000-5 Servizzi ta' kejtering għal impriżi tat-trasport, 55523000-2 Servizzi ta' kejtering għal impriżi oħrajn jew istituzzjonijiet oħrajn, 55524000-9 Servizzi ta' kejtering għall-iskejjel 55510000-8 Servizzi ta' kantins, 55511000-5 Servizzi ta' kantins u ta' kafetteriji għal klijentela ristretta, 55512000-2 Servizzi ta' ġestjoni ta' kantins, 55523100-3 Servizzi ta' ikel għall-iskejjel |
Servizzi ta' lukandi u ristoranti |
79100000-5 sa 79140000-7; 75231100-5; |
Servizzi legali, sakemm mhux esklużi skont il-punt l-Artikolu 2(3)(j) |
75100000-7 sa 75120000-3; 75123000-4; 75125000-8 sa 75131000-3 |
Servizzi amministrattivi oħra u servizzi tal-gvern |
75200000-8 sa 75231000-4 |
Provvista ta' servizzi lill-komunità |
75231210-9 sa 75231230-5; 75240000-0 sa 75252000-7; 794300000-7; 98113100-9 |
Servizzi relatati mal-ħabsijiet, sigurtà pubblika u servizzi ta' salvataġġ |
79700000-1 sa 79721000-4 [Servizzi ta' investigazzjoni u ta' sigurtà, Servizzi ta' sigurtà, Sewrvizzi ta' monitoraġġ ta' allarm, Servizzi ta' għassa, Servizzi ta' sorveljanza, Servizzi ta' sistemi ta' intraċċar, Servizzi ta' intraċċar ta' persuni maħrubin, Servizzi ta' rondi, Servizzi ta' rilaxx ta' badges ta' identifikazzjoni, Servizzi ta' investigazzjoni u Servizzi ta' aġenziji ta' detektivs] 79722000-1 [Servizzi ta' grafoloġija], 79723000-8 [Servizzi ta' analiżi tal-iskart] |
Servizzi ta' investigazzjoni u ta' sigurtà |
98900000-2 [Servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet u korpi extraterritorjali] u 98910000-5 [Servizzi speċifiċi għal organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali] |
Servizzi internazzjonali |
64000000-6 [Servizzi postali u tat-telekomunikazzjoni], 64100000-7 [Servizzi tal-posta u ta' kurriera], 64110000-0 [Servizzi postali], 64111000-7 [Servizzi postali relatati ma' gazzetti u perjodiċi], 64112000-4 [Servizzi postali relatati ma' ittri], 64113000-1 [Servizzi postali relatati ma' pakketti], 64114000-8 [Servizzi tal-bank tal-uffiċċju postali], 64115000-5 [Kiri ta' kaxxi tal-ittri], 64116000-2 [Servizzi ta' posta li għandha tinġabar mill-posta], 64122000-7 [Posta interna tal-uffiċċji u servizzi ta' messaġġiera] |
Servizzi postali |
50116510-9 [Servizzi ta' ffurmar mill-ġdid ta' tajers], 71550000-8 [Servizzi ta' ħaddied] |
Servizzi oħrajn |
ANNESS II
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Deċiżjoni BĊE/2007/5 |
Din id-Deċiżjoni |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 21 |
Artikolu 11 |
Artikolu 10 |
Artikolu 12 |
Artikolu 11 |
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
Artikolu 14 |
Artikolu 13 |
Artikolu 15 |
Artikolu 18 |
Artikolu 16 |
Artikolu 19 |
Artikolu 16a |
Artikolu 22 |
Artikolu 17 |
Artikolu 16 |
Artikolu 18 |
Artikolu 23 |
Artikolu 19(3) |
Artikolu 15 |
Artikolu 19(1), (2), (4) u (5) |
Artikolu 26 |
Artikolu 20 |
Artikolu 27 |
Artikolu 21 |
Artikolu 28 |
Artikolu 22 |
Artikolu 24 |
Artikolu 23 |
Artikolu 29 |
Artikolu 24 |
Artikolu 30 |
Artikolu 25 |
Artikolu 31 |
Artikolu 26 |
Artikolu 32 |
Artikolu 27 |
Artikolu 33 |
Artikolu 28 |
Artikolu 34 |
Artikolu 29 |
Artikolu 35 |
Artikolu 30 |
Artikolu 36 |
Artikolu 31 |
Artikolu 37 |
Artikolu 32 |
Artikolu 38 |
Artikolu 33 |
Artikolu 39 |
Artikolu 34 |
Artikolu 40 |
Artikolu 35 |
Artikolu 41 |
( 1 ) Linja Gwida (UE) 2015/280 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta' Novembru 2014 dwar l-istabbiliment tas-Sistema ta' Produzzjoni u Akkwisti tal-Eurosistema (BĊE/2014/44) (ĠU L 47, 20.2.2015, p. 29).
( 2 ) Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
( 3 ) Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).
( 4 ) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).