EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014O0031-20200518

Consolidated text: Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (riformulazzjoni) (BĊE/2014/31) (2014/528/UE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2014/528/2020-05-18

02014O0031 — MT — 18.05.2020 — 006.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-9 ta' Lulju 2014

dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9

(riformulazzjoni)

(BĊE/2014/31)

(2014/528/UE)

(ĠU L 240 13.8.2014, p. 28)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tad-19 ta' Novembru 2014

  L 348

27

4.12.2014

►M2

LINJA GWIDA (UE) 2016/2300 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-2 ta' Novembru 2016

  L 344

123

17.12.2016

►M3

LINJA GWIDA (UE) 2018/572 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-7 ta' Frar 2018

  L 95

49

13.4.2018

►M4

LINJA GWIDA (UE) 2019/1034 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-10 ta' Mejju 2019

  L 167

79

24.6.2019

►M5

LINJA GWIDA (UE) 2020/515 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-7 ta’ April 2020

  L 110I

26

8.4.2020

►M6

LINJA GWIDA (UE) 2020/634 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-7 ta’ Mejju 2020

  L 148

10

11.5.2020




▼B

LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-9 ta' Lulju 2014

dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9

(riformulazzjoni)

(BĊE/2014/31)

(2014/528/UE)



Artikolu 1

Miżuri addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament u kollateral eliġibbli

1.  Ir-regoli għat-tmexxija ta' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema u l-kriterji tal-eliġibbiltà għall-kollateral stabbiliti f'din il-Linja Gwida għandhom japplikaw flimkien mal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

2.  F'każ ta' kwalunkwe diskrepanza bejn din il-Linja Gwida u l-Linja Gwida BĊE/2011/14, kif implimentata fil-livell nazzjonali mill-BĊNi, din il-Linja Gwida għandha tipprevali. Il-BĊNi għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 mingħajr tibdil sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f'din il-Linja Gwida.

▼M4 —————

▼B

Artikolu 2

Għażla biex jitnaqqas l-ammont ta', jew jiġu tterminati, operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal

1.  L-Eurosistema tista' tiddeċiedi illi, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-kontropartijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta', jew jitterminaw, ċerti operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal qabel il-maturità (dan it-tnaqqis jew terminazzjoni minn hawn 'il quddiem flimkien huma msejħin “ripagament bikri”). L-avviż tas-sejħa għal offerti għandu jispeċifika jekk tapplikax l-għażla biex jitnaqqas l-ammont ta', jew jiġu tterminati, l-operazzjonijiet ikkonċernati qabel tapplika l-maturità, kif ukoll id-data minn meta din l-għażla tista' tiġi eżerċitata. Alternattivament, din l-informazzjoni tista' tingħata wkoll f'format ieħor meqjus xieraq mill-Eurosistema.

2.  Kontroparti tista' teżerċita l-għażla li jitnaqqas l-ammont ta', jew jiġu tterminati, ċerti operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal qabel il-maturità billi tinnotifika lill-BĊN relevanti bl-ammont li fiħsiebha tħallas lura taħt il-proċedura ta' ripagament bikri, kif ukoll bid-data li fiha fiħsiebha tagħmel dan ir-ripagament bikri, tal-anqas ġimgħa qabel dik id-data tar-ripagament bikri. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Eurosistema, ripagament bikri jista' jsir f'kull jum li jikkoinċidi mal-jum tas-saldu ta' operazzjoni ta' rifinanzjament ewlenija tal-Eurosistema, iżda l-kontroparti għandha tagħmel in-notifika msemmja f'dan il-paragrafu tal-anqas ġimgħa qabel dik id-data.

3.  In-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir torbot fuq il-kontroparti ġimgħa qabel id-data tar-ripagament bikri li tirreferi għaliha. In-nuqqas tal-kontroparti milli tħallas, totalment jew parzjalment, l-ammont dovut taħt il-proċedura ta' ripagament bikri sad-data dovuta jista' jirriżulta fl-impożizzjoni ta' penali finanzjarja kif stipulat fit-Taqsima 1 tal-Appendiċi 6 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14. Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1 tal-Appendiċi 6 li japplikaw għal ksur tar-regoli relatati ma' operazzjonijiet ta' sejħiet għall-offerti għandhom japplikaw meta kontroparti tonqos milli tagħmel saldu, totali jew parzjali, tal-ammont dovut fid-data tar-ripagament bikri msemmija fil-paragrafu 2. L-impożizzjoni ta' penali finanzjarja għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-BĊN biex jeżerċita r-rimedji pprovduti meta jseħħ avveniment ta' inadempjenza kif stabbilit fl-Anness II tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

Artikolu 3

Ammissjoni ta' ċerti titoli addizzjonali ggarantiti minn assi

1.  Minbarra t-titoli ggarantiti minn assi (ABS) eliġibbli taħt il-Kapitolu 6 ta' Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, ABS li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-kreditu taħt it-Taqsima 6.3 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 imma li mill-bqija jikkonformaw mal-kriterji tal-eliġibbiltà kollha applikabbli għall-ABS skont l-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, għandhom ikunu eliġibbli bħala kollateral għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, sakemm ikollhom żewġ gradazzjonijiet ta' mill-anqas “triple B” ( 1 ) minn kwalunkwe istituzzjoni ta' valutazzjoni ta' kreditu esterna aċċettata għall-ħruġ. Huma għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) 

l-assi li jiġġeneraw il-likwidità li jappoġġaw l-ABS għandhom jappartjenu għal waħda mill-klassijiet ta' assi li ġejjin: (i) ipoteki residenzjali; (ii) self lil impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs); ►M3  ————— ◄ (iv) self fuq ix-xiri ta' karozzi; (v) krediti fuq kiri; (vi) self għal finanzjament għall-konsumatur; (vii) kreditu fuq karti ta' kreditu;

(b) 

ma għandu jkun hemm ebda taħlit ta' klassijiet ta' assi differenti fl-assi li jiġġeneraw il-likwidità;

(c) 

l-assi li jiġġeneraw il-likwidità li jiggarantixxu l-ABS m'għandhomx ikun fihom self illi huwa wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

ma jkunx jirrendi fil-ħin tal-ħruġ tal-ABS,

(ii) 

ma jkunx jirrendi meta inkorporat fl-ABS matul il-ħajja tal-ABS, pereżempju permezz ta' sostituzzjoni jew bidla fl-assi li jiġġeneraw il-likwidità;

(iii) 

fi kwalsiasi żmien, huwa strutturat, sindakat jew leveraged;

(d) 

id-dokumenti tat-tranżazzjoni tal-ABS għandu jkollhom dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tas-servizz;

▼M2

2.  L-ABS msemmija fil-paragrafu 1 li m'għandhomx żewġ klassifikazzjonijiet ta' kreditu pubbliċi ta' mill-inqas tal-pass 2 tal-kwalità ta' kreditu fl-iskala ta klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema skont l-Artikolu 82(1)(b) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) ( 2 ) għandhom ikunu suġġetti għal haircut fil-valutazzjoni li jiddependi fuq il-ħajja medja ppeżata tagħhom kif speċifikat fl-Anness IIa.

▼M2

2a.  Il-ħajja medja ppeżata tas-segment prijoritarju ta' ABS għandha tiġi stmata bħala ż-żmien medju ppeżat li jifdal mistenni sakemm ikun sar il-ħlas lura għal dak is-segment. Għal ABS mobilizzati miżmuma, il-kalkolu tal-ħajja medja ppeżata għandu jassumi li l-opzjonijiet tas-sejħa tal-emittent ma jiġux eżerċitati.

▼M2 —————

▼B

4.  Kontroparti ma tistax tippreżenta ABS li huma eliġibbli skont il-paragrafu 1 bħala kollateral, jekk il-kontroparti, jew kwalunkwe parti terza li magħha għandha rabtiet mill-qrib, taġixxi bħala fornitur ta' ħeġġ ta' rata ta' imgħax fir-rigward tal-ABS.

▼M2

5.  BĊN jista' jaċċetta bħala kollateral għal operazzjonijiet ta' politika monetarja tal-Eurosistema ABS li l-assi sottostanti tagħhom jinkludu ipoteki fuq immobbli residenzjali jew self lil SMEs jew it-tnejn u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-kreditu taħt il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Erbgħa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u r-rekwiżiti li għalihom hemm referenza fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 4, imma li mill-bqija jikkonformaw mal-kriterji tal-eliġibbiltà applikabbli għall-ABS skont il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u għandhom żewġ klassifikazzjonijiet ta' kreditu pubbliku ta' mill-anqas pass 3 tal-kwalità ta' kreditu fl-iskala ta' klassifikazzjonijiet ta' kreditu armonizzata tal-Eurosistema. Dawn l-ABS għandhom ikunu limitati għal dawk maħruġa qabel l-20 ta' Ġunju 2012 u għandhom ikunu suġġeti għal haircut fil-valutazzjoni li tiddependi fuq il-ħajja medja ppeżata tagħhom kif speċifikat fl-Anness IIa.

▼M2 —————

▼B

7.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) 

“ipoteka residenzjali”, minbarra self appoġġat minn ipoteka fuq proprjetà immobbli residenzjali, għandha tinkludi self iggarantit fuq immobbli residenzjali (mingħajr ipoteka fuq proprjetà immobbli) jekk il-garanzija hija pagabbli minnufih mal-inadempjenza. Garanzija bħal din tista' tingħata f'forom kuntrattwali differenti, inkluż kuntratti ta' assigurazzjoni, sakemm huma jkunu ggarantiti minn entità fis-settur pubbliku jew istituzzjoni finanzjarja suġġetta għas-superviżjoni pubblika. Il-valutazzjoni tal-kreditu tal-garanti għall-finijiet ta' dawn il-garanziji għandha tkun konformi mal-istadju 3 tal-kwalità tal-kreditu tal-iskala tal-Eurosistema għall-klassifika armonizzata tul il-ħajja tat-tranżazzjoni;

(b) 

“impriża żgħira” u “impriża ta' daqs medju” għandhom ifissru entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha, fejn il-bejgħ irrapportat għall-entità, jew jekk l-entità hija parti minn grupp ikkonsolidat, għall-grupp ikkonsolidat, huwa ta' anqas minn EUR 50 miljun;

(c) 

“self li ma jirrendix” għandha tinkludi self fejn il-ħlas ta' imgħax jew ta' kapital huwa tard b'90 jum jew aktar u d-debitur huwa inadempjenti, kif definit fl-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), jew fejn hemm raġunijiet tajbin biex ikun hemm dubju dwar jekk il-ħlas huwiex se jsir kollu.

(d) 

“self strutturat” tfisser struttura li tinvolvi talbiet ta' kreditu subordinati;

(e) 

“self mingħand konsorzju” tfisser self mogħti minn grupp ta' selliefa f'konsorzju li jislef;

(f) 

“self leveraged” tfisser self mogħti lil kumpanija li diġà għandha ammont konsiderevoli ta' dejn, bħal finanzjament għal akkwist mill-maniġment jew għal takeover, fejn is-self jintuża għall-akkwist tal-ekwità ta' kumpanija li hija wkoll id-debitur tas-self;

▼M2

(g) 

“dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tas-servizz” tfisser dispożizzjonijiet fid-dokumentazzjoni legali ta' titolu ggarantit minn assi li jikkonsistu jew f'dispożizzjonijiet dwar il-servizzjant sostitut jew dispożizzjonijiet dwar il-faċilitatur tal-servizzjant sostitut (jekk ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni dwar il-servizzjant sostitut). F'każ ta' dispożizzjonijiet dwar il-faċilitatur tas-servizzjant sostitut, għandu jiġi nnominat faċilitatur tas-servizzjant sostitut u l-faċilitatur għandu jingħata l-mandat li jsib servizzjant sostitut xieraq fi żmien 60 jum minn meta jseħħ avveniment ta' skatt sabiex jiżgura pagament fil-ħin u s-servizzjar tat-titolu ggarantit minn assi. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu l-iskattar tas-sostituzzjoni tas-servizzjant għall-ħatra ta' servizzjant sostitut, li jista' jkun ibbażat fuq klassifikazzjoni u/jew mhux ibbażat fuq klassifikazzjoni, eż. in-nuqqas tat-twettiq tal-obbligi mis-servizzjant kurrenti. Fil-każ ta' dispożizzjonijiet ta' servizzjant sostitut, is-servizzjant sostitut m'għandux ikollu rabtiet mill-qrib mas-servizzjant. Fil-każ ta' dispożizzjonijet ta' faċilitatur servizzjant sostitut, m'għandux ikun hemm rabtiet mill-qrib bejn kull servizzjant, il-faċilitatur servizzjant sostitut u l-bank tal-kont tal-emittent fl-istess ħin;

▼M2

(h) 

“rabtiet mill-qrib” għandhom l-istess tifsira kif iddefiniti fl-Artikolu 138(2) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);

(i) 

“ABS mobilizzati miżmuma” tfisser ABS użati f'perċentwali ikbar minn 75 % tal-ammont nominali pendenti minn kontroparti li oriġinat l-ABS jew minn entitajiet b'rabtiet mill-qrib mal-oriġinatur.

▼B

Artikolu 4

Ammissjoni ta' ċerti talbiet ta' kreditu addizzjonali

1.  Il-BĊNi jistgħu jaċċettaw bħala kollateral għal operazzjonijet ta' politika monetarja tal-Eurosistema talbiet ta' kreditu li ma jissodisfawx il-kriterji ta' eliġibbiltà tal-Eurosistema.

2.  Il-BĊNi li jiddeċiedu li jaċċettaw talbiet ta' kreditu skont il-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu kriterji għall-eliġibbiltà u miżuri għall-kontroll tar-riskju għal dan il-għan billi jispeċifikaw devjazzjonijiet mir-rekwiżiti tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14. Dawn il-kriterji għall-eliġibbiltà u miżuri għall-kontroll tar-riskju għandhom jinkludu l-kriterju li t-talbiet ta' kreditu huma rregolati mil-liġijiet tal-Istat Membru tal-BĊN li jistabbilixxu l-kriterji għall-eliġibbiltà u l-miżuri għall-kontroll tar-riskju. Il-kriterji għall-eliġibbiltà u miżuri għall-kontroll tar-riskju għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kunsill Governattiv.

3.  F'ċirkostanzi eċċezzjonali il-BĊNi jistgħu, sakemm ikollhom l-approvazzjoni minn qabel tal-Kunsill Governattiv, jaċċettaw talbiet ta' kreditu:

(a) 

fl-applikazzjoni tal-kriterji għall-eliġibbiltà u l-miżuri għall-kontroll tar-riskju stabbiliti minn BĊN ieħor bis-saħħa tal-paragrafi 1 u 2; jew

(b) 

regolati bil-liġi ta' kwalunkwe Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru li fih il-BĊN aċċettanti huwa stabbilit, jew

(c) 

li huma inklużi fil-ġabra tat-talbiet ta' kreditu jew sostnuti minn assi tal-proprjetà immobbli, jekk il-liġi li tirregola t-talba ta' kreditu jew id-debitur relevanti (jew garanti, fejn dan japplika) hija dik ta' kwalunkwe Stat Membru li mhuwiex wieħed li fih il-BĊN huwa stabbilit.

4.  BĊN ieħor għandu jipprovdi assistenza biss lil BĊN li qed jaċċetta talbiet ta' kreditu skont il-paragrafu 1 jekk ikun ġie miftiehem bilateralment bejn iż-żewġ BĊNi u bla ħsara għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kunsill Governattiv.

Artikolu 5

Aċċettazzjoni ta' ċerti strumenti tad-dejn għal żmien qasir

1.  Il-BĊNi jistgħu jaċċettaw bħala kollateral għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema ċerti strumenti ta' dejn għal żmien qasir li ma jissodisfawx il-kriterji ta' eliġibbiltà tal-Eurosistema għal assi negozjabbli kif stabbilit fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

2.  BCNi li jiddeċiedu li jaċċettaw strumenti ta' dejn għal żmien qasir skont il-paragrafu 1, għandhom jistabbilixxu l-kriterji ta' eliġibbiltà u l-miżuri tal-kontroll tar-riskju għal dan l-iskop iżda għandhom jissodisfaw l-istandards minimi speċifikati mill-Kunsill Governattiv. Dawn il-kriterji ta' eliġibbiltà u miżuri ta' kontroll tar-riskju għandhom jinkludu l-kriterji li ġejjin applikabbli għall-istrumenti tad-dejn għal żmien qasir.

(a) 

Huma jinħarġu minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji ( 4 ) li huma stabbiliti fiż-żona tal-euro. Il-garanti tal-istrument ta' dejn għal żmien qasir (jekk hemm) għandu jkun ukoll korporazzjoni mhux finanzjarja stabbilita fiż-żona tal-euro sakemm ma tkunx meħtieġa garanzija għall-istrument ta' dejn għal żmien qasir biex ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet fuq it-twaqqif ta' standards ta' kreditu għoljin kif imsemmi fis-subparagrafu (d).

(b) 

M'humiex ammessi għan-negożju f'suq meqjus bħala aċċettabbli mill-Eurosistema kif stabbilit fit-Taqsima 6.2.1.5 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

(c) 

Huma ddenominati f'euro.

(d) 

Huma jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar standards ta' kreditu għoljin stabbiliti mill-BĊN rilevanti li għandhom japplikaw minflok ir-rekwiżiti tat-Taqsimiet 6.3.2 u 6.3.3 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

(e) 

Minbarra dak stipulat fis-subparagrafi (a) sa (d), huma jikkonformaw mal-kriterji tal-eliġibbiltà tal-Eurosistema għal assi negozjabbli stabbiliti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

3.  BĊN ma jistax jaċċetta, sakemm ma jagħmilx hekk bis-saħħa ta' ftehim bilaterali ma' BĊN ieħor, strumenti ta' dejn għal żmien qasir li jinħarġu fiż-żona tal-euro bis-saħħa tal-paragrafi 1 u 2:

(a) 

ma' dak il-BĊN l-ieħor; jew

(b) 

ma' depożitorju ċentrali ta' titoli li (i) ġie vvalutat b'mod pożittiv mill-Eurosistema bis-saħħa tal-istandards u proċeduri ta' valutazzjoni deskritti fil-“Qafas għall-valutazzjoni tas-sistemi ta' ħlas ta' titoli u rabtiet għad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà tagħhom għall-użu ta' operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema” ( 5 ); u (ii) huwa stabbilit fi Stat Membru taż-żona tal-euro fejn il-BĊN l-ieħor huwa stabbilit.

4.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu “strumenti ta' dejn għal żmien qasir” tfisser strumenti ta' dejn b'maturità ta' mhux iżjed minn 365 jum mal-ħruġ u kull żmien sussegwenti ieħor.

▼M4 —————

▼B

Artikolu 7

Ammissjoni ta' certi assi ddenominati f'lira sterlina, yen jew dollaru Amerikan bħala kollateral eliġibbli

1.  Strumenti ta' dejn negozjabbli kif deskritti fit-Taqsima 6.2.1 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, jekk iddenominati f'lira sterlina, yen jew dollaru Amerikan, għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, iżda: (a) għandhom jinħarġu u jinżammu/jitħallsu fiż-żona tal-euro; (b) l-emittent għandu jkun stabbilit fiż-Żona Ekonomika Ewropea; u (c) għandhom jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà l-oħrajn kollha inklużi fit-Taqsima 6.2.1 tal-Anness I għal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

2.  L-Eurosistema għandha tapplika t-tniżżil fil-valur li ġej għal dawk l-istrumenti ta' dejn negozjabbli: (a) tniżżil ta' 16 % fuq assi ddenominati f'lira sterlina jew dollaru Amerikan; u (b) tniżżil ta' 26 % fuq assi ddenominati f'yen.

3.  Strumenti ta' dejn negozjabbli deskritti fil-paragrafu 1, li jkollhom kupuni marbutin ma' rata waħda tas-suq tal-flus fil-munita tad-denominazzjoni tagħhom, jew ma' indiċi ta' inflazzjoni li ma jkun fiha ebda medda diskreta, akkumulazzjoni ta' meded, ratchet jew strutturi kumplessi simili oħrajn għall-pajjiż rispettiv, għandhom jikkostitwixxu wkoll kollateral eliġibbli għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

4.  Il-BĊE jista' jippubblika lista ta' rati ta' imgħax ta' referenza aċċettabbli ta' muniti barranin oħrajn, flimkien ma' dawk imsemmija fil-paragrafu 3, fuq is-sit elettroniku tiegħu fuq www.ecb.europa.eu, wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Governattiv.

5.  L-Artikoli 1, 3, 6, 7 u 9 biss ta' din il-Linja Gwida japplikaw għal assi negozjabbli ddenominati f'muniti barranin.

Artikolu 8

Sospensjoni tar-rekwiżiti għal livelli minimi ta' kwalità tal-kreditu għal xi strumenti negozjabbli

1.  Ir-rekwiżiti minimi tal-Eurosistema għal livelli minimi ta' kwalità tal-kreditu, kif speċifikat fir-regoli tal-Eurosistema dwar il-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu għal assi negozjabbli fit-Taqsima 6.3.2 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 għandhom jiġu sospiżi skont il-paragrafu 2.

▼M4

2.  Fuq il-bażi ta' deċiżjoni speċifika tal-Kunsill Governattiv għal dak l-għan, il-livell minimu ta' kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema m'għandux japplika għal strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti bis-sħiħ mill-gvern ċentrali ta' Stat Membru taż-żona tal-euro taħt programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali, sakemm tali Stat Membru jibqa' jitqies mill-Kunsill Governattiv li jikkonforma mal-kundizzjonalità tal-appoġġ finanzjarju u/jew il-programm makroekonomiku.

▼M4 —————

▼M5

Artikolu 8a

Aċċettazzjoni ta’ titoli ta’ dejn negozjabbli maħruġa mill-gvern ċentrali tar-Repubblika Ellenika

1.  Il-BĊNi jistgħu jaċċettaw bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin mill-gvern ċentrali tar-Repubblika Ellenika li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema għal assi negozjabbli stabbiliti fl-Artikoli 59 u 71 u l-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Erbgħa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), sakemm dawn l-istrumenti jikkonformaw mal-kriterji l-oħra kollha ta’ eliġibbiltà applikabbli għal assi negozjabbli u stabbiliti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

2.  It-titoli msemmija fil-paragrafu 1 li huma aċċettati mill-BĊNi bħala kollateral għandhom ikunu soġġetti għall-haircuts fil-valutazzjoni stipulati fl-Anness IIb għal din il-Linja Gwida.

▼M6

Artikolu 8b

L-aċċettazzjoni ta’ ċerti assi negozjabbli u emittenti eliġibbli fis-7 ta’ April 2020

1.  It-termini użati f'dan l-Artikolu għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fil-Linji Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

2.  Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 59(3), tal-Artikolu 71 u tal-Artikolu 82(1)(a) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), assi negozjabbli — għajr titoli ggarantiti b’assi (ABSs) — maħruġa fis-7 ta' April 2020 jew qabel li fis-7 ta' April 2020 kellhom klassifikazzjoni tal-kreditu pubblika, ipprovduta minn tal-inqas sistema ECAI aċċettata waħda, li jkunu kkonformaw mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema, għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema sakemm, f'kull ħin wara s-7 ta' April 2020:

(a) 

ikollhom klassifikazzjoni tal-kreditu pubblika pprovduta minn tal-inqas sistema ECAI aċċettata waħda li tikkonforma, bħala minimu, mal-pass 5 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala tal-klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; u

(b) 

ikomplu jikkonformaw mal-kriterji l-oħra kollha ta' eliġibbiltà applikabbli għal assi negozjabbli kif stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

Biex jiġi evitat kwalunkwe dubju, il-klassifikazzjoni pubblika tal-kreditu fis-7 ta’ April 2020, kif imsemmija f’dan il-paragrafu, għandha tiġi ddeterminata mill-Eurosistema fuq il-bażi tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 82(1)(a), l-Artikolu 82(2), l-Artikolu 83, l-Artikolu 84(a) u (b), l-Artikolu 85 u l-Artikolu 86 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

3.  Fejn il-konformità ta’ assi negozjabbli mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema fis-7 ta’ April 2020 hija ddeterminata fuq il-bażi ta’ klassifikazzjoni ta’ emittent ECAI jew klassifikazzjoni ta’ garanti ECAI pprovduta minn sistema ECAI aċċettata, dak l-assi negozjabbli għandu jikkostitwixxi kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema sakemm, f’kull ħin wara s-7 ta’ April 2020:

(a) 

il-klassifikazzjoni tal-emittent ECAI jew il-klassifikazzjoni tal-garanti ECAI, kif applikabbli, għal dak l-assi negozjabbli tikkonforma, bħala minimu, mal-pass 5 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala tal-klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; u

(b) 

dak l-assi negozjabbli jkompli jikkonforma mal-kriterji l-oħra kollha ta' eliġibbiltà applikabbli għalih kif stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

4.  Assi negozjabbli — minbarra ABSs — maħruġa wara s-7 ta’ April 2020 u li l-emittent jew garanti tagħhom, kif applikabbli, kellu fis-7 ta’ April 2020 klassifikazzjoni ta’ kreditu pubbliku mogħtija minn tal-anqas sistema ECAI aċċettata waħda, li kienet konformi mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema, għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema sakemm, f’kull ħin wara s-7 ta’ April 2020:

(a) 

dawk l-assi negozjabbli għandhom klassifikazzjoni ta’ kreditu pubbliku, mogħtija minn tal-anqas sistema ECAI aċċettabbli waħda, li hija konformi, bħala minimu, mal-pass 5 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; u

(b) 

dawk l-assi negozjabbli jikkonformaw mal-kriterji l-oħra kollha ta' eliġibbiltà applikabbli għal assi negozjabbli kif stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, il-klassifikazzjoni tal-kreditu pubbliku msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi ddeterminata mill-Eurosistema fuq il-bażi tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 82(1)(a), l-Artikolu 82(2), l-Artikolu 83, l-Artikolu 84(a) u (b), l-Artikolu 85 u l-Artikolu 86 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

5.  Bonds koperti maħruġin wara s-7 ta’ April 2020 taħt programm ta’ bonds koperti li fis-7 ta’ April 2020 stess kellhom valutazzjoni tal-kreditu, ipprovduta minn tal-inqas sistema ECAI aċċettata waħda, li kienet konformi mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema, għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema sakemm:

(a) 

f’kull żmien wara s-7 ta’ April 2020, il-programm ta’ bonds koperti jkollu klassifikazzjoni ta’ kreditu pubblika, ipprovduta minn tal-inqas sistema ECAI aċċettata waħda, li tikkonforma, bħala minimu, mal-pass 5 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema, u

(b) 

dawn il-bonds koperti jikkonformaw mal-kriterji l-oħra kollha ta' eliġibbiltà applikabbli għalihom kif stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

6.  L-assi negozjabbli msemmija fl-Artikolu 87(2) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) li fis-7 ta' April 2020 ma kellhomx klassifikazzjoni tal-kreditu pubblika pprovduta minn sistema ECAI aċċettata, iżda li fis-7 ta' April 2020 kellhom valutazzjoni tal-kreditu impliċita dderivata mill-Eurosistema skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 87(1) u (2) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) li kienet konformi mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema, għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema irrispettivament mid-data tal-ħruġ tagħhom sakemm, f’kull ħin wara s-7 ta’ April 2020:

(a) 

l-emittent jew il-garanti, kif applikabbli, ta’ dawn l-assi negozjabbli jikkonforma, bħala minimu, ma’ rekwiżit tal-kwalità tal-kreditu li jikkorrispondi għall-pass 5 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; u

(b) 

dawn l-assi negozjabbli jikkonformaw mal-kriterji l-oħra kollha ta' eliġibbiltà applikabbli għalihom kif stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

7.  Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 59(3), tal-Artikolu 71 u tal-Artikolu 82(1)(b) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), ABSs maħruġin fis-7 ta' April 2020 jew qabel li fis-7 ta' April 2020 kellhom mill-inqas żewġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu pubbliċi, kull waħda pprovduta minn sistema ECAI aċċettata differenti, li kienu konformi mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema skont il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema sakemm, f’kull żmien wara s-7 ta' April 2020:

(a) 

ikollhom mill-inqas żewġ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu pubbliċi, kull waħda minnhom ipprovduta minn sistema ECAI aċċettata differenti, li jikkonformaw bħala minimu mal-pass 4 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; u

(b) 

jibqgħu jikkonformaw mal-kriterji l-oħra kollha ta' eliġibbiltà applikabbli għall-ABSs kif stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1)(a) sa (d) u l-Artikolu 3(4) ta’ din il-Linja Gwida ma għandhomx japplikaw għall-ABSs imsemmija f’dan il-paragrafu.

8.  ABSs li fis-7 ta’ April 2020 ġew aċċettati mill-Eurosistema bħala kollateral eliġibbli taħt l-Artikolu 3(1) ta’ din il-Linja Gwida għandhom jibqgħu eliġibbli sakemm, f’kull żmien wara s-7 ta’ April 2020:

(a) 

ikollhom żewġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu pubbliċi ta’ mill-inqas il-pass 4 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema pprovduta minn żewġ sistemi ECAI aċċettati; u

(b) 

jibqgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti l-oħra kollha applikabbli għalihom skont l-Artikolu 3(1) (ħlief il-livell ta’ klassifikazzjoni), l-Artikolu 3(2a) u l-Artikolu 3(4) ta’ din il-Linja Gwida.

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 3(5) ta' din il-Linja Gwida ma għandhomx japplikaw għall-ABSs imsemmija f'dan il-paragrafu.

9.  Sakemm jibqgħu jiġu aċċettati bħala kollateral eliġibbli mill-Eurosistema skont dan l-Artikolu, l-assi negozjabbli, inklużi bonds koperti, imsemmija fil-paragrafi 2 sa 6 għandhom ikunu soġġetti għall-haircuts tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness IIb għal din il-Linja Gwida. L-ABSs imsemmija fil-paragrafi 7 u 8 għandhom ikunu soġġetti għall-haircuts tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness IIa għal din il-Linja Gwida. Il-haircuts tal-valutazzjoni għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni kurrenti applikabbli fi kwalunkwe jum wara s-7 ta' April 2020 skont ir-regoli relatati mal-prijorità tal-valutazzjonijiet ta' kreditu tal-ECAI kif stabbilit fl-Artikoli 83 sa 88 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

10.  Minbarra haircuts tal-valutazzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu 9, il-haircuts tal-valutazzjonijiet addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) 

ABS, bonds koperti u strumenti ta’ dejn mhux iggarantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma vvalutati teoretikament skont ir-regoli li jinsabu fl-Artikolu 134 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandhom ikunu soġġetti għal haircut tal-valutazzjoni addizzjonali fil-forma ta’ tniżżil fil-valutazzjoni ta’ 4%;

(b) 

bonds koperti għal użu proprju għandhom ikunu soġġetti għal haircut tal-valutazzjoni addizzjonali ta’ (i) 6,4% applikata għall-valur tal-istrumenti ta’ dejn allokat għall-passi tal-kwalità tal-kreditu 1 u 2, u (ii) 9,6% applikata għall-valur tal-istrumenti ta’ dejn allokat għall-passi tal-kwalità tal-kreditu 3, 4 u 5;

(c) 

għall-finijiet tal-paragrafu (b), “użu proprju” għandha tfisser is-sottomissjoni jew l-użu minn kontroparti ta’ bonds koperti li huma maħruġa jew iggarantiti mill-kontroparti nfisha jew minn xi entità oħra li magħha dik il-kontroparti għandha rabtiet mill-qrib kif iddeterminat skont l-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);

(d) 

jekk il-haircut tal-valutazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu (b) ma tistax tiġi applikata fir-rigward ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-kollateral ta’ BĊN, aġent tripartit, jew TARGET2-Titoli għal awto-kollateralizzazzjoni, il-haircut tal-valutazzjoni addizzjonali għandha tiġi applikata f’dawk is-sistemi jew pjattaforma għall-valur sħiħ tal-ħruġ tal-bonds koperti li minnhom jista’ jsir użu proprju.

11.  Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma indipendenti minn, u m'għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-eliġibbiltà għal xiri dirett taħt il-programm ta' xiri ta’ assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (PSPP) ( 6 ); it-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds koperti (CBPP3) ( 7 ), il-programm ta’ xiri ta’ titoli ggarantiti minn assi (ABSPP) ( 8 ); il-programm ta’ xiri mis-settur korporattiv (CSPP) ( 9 ), u l-programm ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (PEPP) ( 10 ).

▼B

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ, implimentazzjoni u applikazzjoni

1.  Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Lulju 2014.

2.  Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1(3), l-Artikolu 3(2), (3), (5) u (6), l-Artikolu 3(7)(g), l-Artikolu 4(3)(c) u l-Artikolu 8(3) u japplikaw din il-Linja Gwida mill-20 ta' Awwissu 2014. Għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi dwar il-miżuri li jirrigwardaw l-Artikolu 1(3), l-Artikolu 3(2), (3), (5) u (6), l-Artikolu 3(7)(g), l-Artikolu 4(3)(c) u l-Artikolu 8(3) sa mhux iktar tard mis-6 ta' Awwissu 2014, u kull miżura dwar l-Artikolu 5 skont il-proċeduri speċifikati mill-Kunsill Governattiv.

▼M4 —————

▼B

Artikolu 10

Emenda għal Linja Gwida BĊE/2007/9

Fil-Parti 5 tal-Anness III l-paragrafu li jsegwi Tabella 2 huwa sostitwit b'li ġej:

“Kalkolu tal-konċessjoni f'somma waħda għal finijiet ta' kontroll (R6):

Konċessjoni f'somma waħda: Il-konċessjoni hija applikata għal kull istituzzjoni ta' kreditu. Kull istituzzjoni ta' kreditu tnaqqas somma waħda massima intiża biex tnaqqas il-kost amministrattiv tal-ġestjoni ta' ħtiġijiet ta' riżerva żgħira ħafna. Jekk [bażi tar-riżerva × proporzjon tar-riżerva] tkun anqas minn EUR 100 000 , allura l-konċessjoni f'somma waħda għandha tkun [bażi tar-riżerva × proporzjon tar-riżerva]. Jekk [bażi tar-riżerva × proporzjon tar-riżerva] tkun akbar minn jew ugwali għal EUR 100 000 , allura l-konċessjoni f'somma waħda għandha tkun ugwali għal EUR 100 000 . Istituzzjonijiet li jitħallew jirrapportaw dejta statistika fir-rigward tal-bażi ta' rizerva kkonsolidata tagħhom bħala grupp (kif definit fil-Parti 2, Taqsima 1 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32)) iżommu r-riżervi minimi permezz ta' waħda mill-istituzzjonjiet fil-grupp li qed taġixxi bħala intermedjarja esklussivament għal dawn l-istituzzjonijiet. Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi (BĊE/2003/9) ( *1 ), huwa biss f'dan l-aħħar każ li l-grupp sħiħ huwa intitolat li jnaqqas il-konċessjoni f'somma waħda.

Ir-riżervi minimi (jew ‘meħtieġa’) jinħadmu kif ġej:

Riżervi minimi (jew ‘meħtieġaf’) = bażi ta' riżerva × proporzjon ta' riżerva — konċessjoni f'somma waħda

Il-proporzjon ta' riżerva japplika skont Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9).

Artikolu 11

Revoka

1.  Il-Linja Gwida BĊE/2013/4 hija revokata mill-20 ta' Awwissu 2014.

2.  Ir-referenzi għal-Linja Gwida BĊE/2013/4 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din il-Linja Gwida u għandhom jinqraw b'mod konformi mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 12

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

▼M4 —————

▼M6




ANNESS IIa

Livelli ta’ haircuts tal-valutazzjoni (f’%) applikati għal titoli ggarantiti b’assi (ABS) eliġibbli taħt l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 8b ta' din il-Linja Gwida



Kwalità tal-kreditu

Ħajja Medja Ponderata (*1)

Haircut tal-valutazzjoni

Pass 3

[0,1)

4,8

[1,3)

7,2

[3,5)

10,4

[5,7)

12,0

[7,10)

14,4

[10, ∞)

24,0

Pass 4

[0,1)

11,2

[1,3)

15,2

[3,5)

18

[5,7)

24,8

[7,10)

30,4

[10, ∞)

43,2

(*1)   jiġifieri [0,1) ħajja medja ponderata (WAL) ta' inqas minn sena, [1,3) WAL ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.




ANNESS IIb

Livelli ta' haircuts tal-valutazzjoni (f’%) applikati għal assi negozjabbli, minbarra ABS, imsemmija fl-Artikoli 8a u 8b



 

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (*1)

Kupun fiss u varjabbli

kupun żero

Kupun fiss u varjabbli

kupun żero

Kupun fiss u varjabbli

kupun żero

Kupun fiss u varjabbli

kupun żero

Pass 4

[0,1)

6,4

6,4

8

8

12.8

12.8

20

20

[1,3)

9,6

10,4

12

15,2

16

18,4

28

30

[3,5)

11,2

12

16

20

19,2

23,6

33,6

37,2

[5,7)

12,4

13,6

20

24,8

22,4

28,4

36,8

40,4

[7,10)

13,2

14,4

21,6

28,4

24,8

32

40

44,8

[10,∞)

14,4

16,8

23,2

31,6

26,4

34,8

41,6

46,8

Pass 5

[0,1)

8

8

12

12

22,4

22,4

24

24

[1,3)

11,2

12

16

19,2

25,6

28

32

34

[3,5)

13,2

14

22,4

26,4

28,8

33,2

38,4

42

[5,7)

14,4

15,6

27,2

32

31,6

37,6

43,2

46,8

[7,10)

15,2

16,4

28,8

35,6

33,2

40,4

46,4

51,2

[10,∞)

16,4

18,8

30,4

38,8

33,6

42

48

53,2

(*1)   jiġifieri [0,1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1,3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.

▼B




ANNESS III

LINJA GWIDA REVOKATA BL-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

Linja Gwida BĊE/2013/4 (ĠU L 95, 5.4.2013, p. 23)

Linja Gwida BĊE/2014/12 (ĠU L 166, 5.6.2014, p. 42)




ANNESS IV

TABELLA TA' KORRELAZZJONI



Linja Gwida BĊE/2013/4

Din il-Linja Gwida

Artikoli 1 u 2

Artikoli 1 u 2

Artikolu 3(4) u (5)

Artikolu 3(4) u (5)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(7)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 3(6)(1)

Artikolu 3(7)(a)

Artikolu 3(6)(2)

Artikolu 3(7)(b)

Artikolu 3(6)(3)

Artikolu 3(7)(c)

Artikolu 3(6)(4)

Article 3(7)(d)

Artikolu 3(6)(5)

Artikolu 3(7)(e)

Artikolu 3(6)(6)

Artikolu 3(7)(f)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Linja Gwida BĊE/2014/12

Din il-Linja Gwida

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(2)

Artikolu 3(1)

Deċiżjoni BĊE/2013/22

Din il-Linja Gwida

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(2)

Artikolu 8(3)

Anness

Anness II

Deċiżjoni BĊE/2013/36

Din il-Linja Gwida

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 3(2)

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 3(3)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(7)(g)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(6)

Artikolu 4(c)

Artikolu 4(3)(ċ)



( 1 ) Gradazzjoni ta' “triple B” hija gradazzjoni ta' mill-anqas “Baa3” minn Moody's, “BBB-” minn Fitch jew Standard & Poor's, jew “BBBL” minn DBRS.

( 2 ) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

( 4 ) Korporazzjonijiet mhux finanzjarji huma ddefiniti kif ipprovdut fis-Sistema Ewropea ta' Kontijiet 1995 (ESA 95).

( 5 ) Jinsab fis-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

( 6 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/188 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar 2020 dwar programm ta' xiri tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (riformulazzjoni) (BĊE/2020/9) (ĠU L 39, 12.2.2020, p. 12).

( 7 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/187 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar 2020 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (BĊE/2020/8),(ĠU L 39, 12.2.2020, p. 6).

( 8 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2015/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri ta’ titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2014/45) (ĠU L 1, 6.1.2015, p. 4).

( 9 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2016/16) (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 28).

( 10 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2020 dwar programm temporanju ta' xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17)(ĠU L 91, 25.3.2020, p. 1).

( *1 ) ĠU Edizzjoni Speċjali, Kapitolu 10, Vol. 3, p. 300”.

Top