EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 02010D0014-20200109

Test konsolidat: Deċiżjoni tal-bank ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2010/14) (2010/597/UE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/597/2020-01-09

02010D0014 — MT — 09.01.2020 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-16 ta’ Settembru 2010

dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro

(BĊE/2010/14)

(2010/597/UE)

(ĠU L 267 9.10.2010, p. 1)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW 2012/507/UE tas-7 ta’ Settembru 2012

  L 253

19

20.9.2012

►M2

DEĊIŻJONI (UE) 2019/2195 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-5 ta’ Diċembru 2019

  L 330

91

20.12.2019




▼B

DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-16 ta’ Settembru 2010

dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro

(BĊE/2010/14)

(2010/597/UE)



Artikolu 1

Ambitu

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri komuni dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

1. 

“BĊN” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru li l-valuta tiegħu hija l-euro.

2. 

“Cash handlers” tfisser l-istituzzjonijiet u l-aġenti ekonomiċi msemmijin fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001.

3. 

“Riċirkulazzjoni” tfisser l-azzjoni, minn cash handlers, li jerġgħu jpoġġu fiċ-ċirkulazzjoni, direttament jew indirettament, karti tal-flus tal-euro li jkunu rċevew, jew mill-pubbliku bħala ħlas jew bħala depożitu f’kont bankarju, jew mingħand cash handler ieħor.

4. 

“Magna li timmaniġġja l-karti tal-flus” tfisser magna mħaddma mill-klijent jew mill-persunal kif iddefinit fl-Anness I.

5. 

“Tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus” tfisser magna li timmaniġġja l-karti tal-flus li tista’ tingħaraf minn magni oħrajn li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus kif deskritt fl-Anness I.

6. 

“Proċeduri ta’ prova komuni” tfisser il-proċeduri ta’ prova, kif speċifikat mill-BĊE, li jiġu applikati mill-BĊNi biex jiġu eżaminati tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus.

7. 

“Membri tal-persunal imħarrġin” tfisser impjegati ta’ cash handlers li għandhom: (a) għarfien tal-karatteristiċi differenti tas-sigurtà pubblika tal-karti tal-flus tal-euro, kif speċifikat u ppubblikat mill-Eurosistema, u l-kapaċità li jiġu vverifikati; u (b) għarfien tal-kriterji tal-issortjar elenkati fl-Anness IIIb u l-kapaċità li jiġu vverifikati l-karti tal-flus tal-euro magħhom.

8. 

“Karti tal-flus tal-euro foloz” tfisser karti tal-flus tal-euro kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001.

9. 

“Magna li tagħti l-flus” tfisser magna self-service li, permezz tal-użu ta’ kard ta’ bank jew mezzi oħrajn, tagħti l-karti tal-flus tal-euro lill-pubbliku, billi tiddebita kont bankarju, bħal kaxxiera awtomatiċi (ATM) li tagħti l-flus kontanti. Self-checkout terminals (SCoTs) li bihom il-pubbliku jista’ jħallas għall-oġġetti u servizzi jew b’kard ta’ bank, flus kontanti jew strumenti oħrajn ta’ ħlas, li jkollhom funzjoni ta’ żbank ta’ flus, huma kkunsidrati wkoll bħala magni li jagħtu l-flus kontanti.

10. 

“Awtoritajiet nazzjonali kompetenti” tfisser awtoritajiet kif iddefinit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001.

11. 

“Karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba” tfisser karti tal-flus tal-euro li huma kkunsidrati bħala li mhumiex f’kundizzjoni tajba għar-riċirkulazzjoni wara l-verifika tal-kundizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6.

12. 

“Istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 1 ).

▼M2

13. 

“Karti tal-flus tal-euro” tfisser dawk il-karti tal-flus li jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Deċiżjoni BĊE/2013/10 ( 2 ) jew kwalunkwe att legali ieħor li jissostitwixxi jew jikkumplimenta din id-Deċiżjoni u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-Kunsill Governattiv.

▼B

Artikolu 3

Prinċipji ġenerali

1.  L-obbligu ta’ cash handlers biex jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni għandu jiġi mwettaq skont il-proċeduri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

2.  Jekk żewġ cash handlers jew aktar ikunu involuti fir-riċirkulazzjoni tal-istess karti tal-flus tal-euro, il-cash handler responsabbli għall-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni ta’ dawn il-karti tal-flus tal-euro għandu jinħatar skont ir-regoli nazzjonali jew, fin-nuqqas ta’ dawn ir-regoli, skont arranġamenti kuntrattwali bejn il-cash handlers rilevanti.

3.  Il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni għandha ssir jew minn tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus li tkun ġiet ipprovata b’suċċess minn BĊN, jew manwalment minn membru tal-persunal imħarreġ.

4.  Il-karti tal-flus tal-euro jistgħu jiġu rriċirkulati biss permezz ta magni mħaddmin mill-klijent jew magni li jagħtu l-flus kontanti jekk ikunu ġew ivverifikati għall-awtentiċità u l-kundizzjoni minn tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus li tkun ġiet ipprovata b’suċċess minn BĊN u kklassifikata bħala ġenwina u f’kundizzjoni tajba. Iżda, dan ir-rekwiżit m’għandux japplika għall-karti tal-flus tal-euro li jkunu ġew ikkonsenjati direttament lil cash handler minn BĊN jew minn cash handler ieħor li diġà vverifika l-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni b’dan il-mod.

▼M1

5.  Magni mħaddmin mill-persunal, meta użati għall-finijiet ta’ verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni, u magni mħaddmin mill-klijenti jistgħu jitħaddmu minn kaxxiera biss jekk ikunu ġew ittestjati b’suċċess minn BĊN u elenkati fuq il-websajt tal-BĊE kif stabbilit fl-Artikolu 9(2). Il-magni għandhom jintużaw biss għad-denominazzjonijiet u s-serje ta’ karti tal-flus tal-euro elenkati fuq il-websajt tal-BĊE għall-magni korrispondenti, bil-programmazzjonijiet standard tal-fabbrika, inkluż kwalunkwe aġġornamenti tagħhom, li jkunu ġew ittestjati b’suċċess sakemm ma jiġux miftehma programmazzjonijet aktar stretti bejn il-BĊN u l-kaxxier.

▼B

6.  Karti tal-flus tal-euro li ġew ivverifikati għall-awtentiċità u l-kundizzjoni u kklassifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba minn membri tal-persunal imħarġin imma mhux minn tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus eżaminata b’suċċess minn BĊN jistgħu jiġu rriċirkulati biss mill-kaxxiera.

7.  Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro li ssir mill-BĊNi.

Artikolu 4

Klassifika u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus

1.  Il-karti tal-flus tal-euro vverifikati minn magna mħaddma minn klijent għandhom jiġu kklassifikati u trattati skont l-Anness IIa.

2.  Il-karti tal-flus tal-euro vverifikati minn magna mħaddma mill-persunal għandhom jiġu kklassifikati u ttrattati skont l-Anness IIb.

Artikolu 5

Identifikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro foloz

Karti tal-flus li mhumiex awtentikati bħala karti tal-flus tal-euro ġenwini wara klassifika li tkun saret skont l-Anness IIa jew IIb jew wara verifika manwali tal-awtentiċità minn membru tal-persunal imħarreġ għandhom minnufih, skont ir-regolamenti nazzjonali u fi kwalunkwe każ f’massimu ta’ għoxrin jum tax-xogħol, jiġu mgħoddija mill-cash handlers lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

▼M1

Artikolu 6

Identifikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba

1.  Verifika tal-kundizzjoni b’mod manwali għandha titwettaq skont l-istandards minimi stabbiliti f’Anness III.

2.  Verifika tal-kundizzjoni awtomatizzata għandha titwettaq minn magna li timmaniġġja l-karti tal-flus skont l-istandards minimi li huma ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE u emendati minn żmien għal żmien.

3.  BĊN jista’, wara li jkun informa l-BĊE, jistipula standards aktar stretti għal denominazzjoni jew serje ta’ karti tal-flus tal-euro waħda jew aktar jekk dan huwa ġġustifikat, pereżempju min deterjorazzjoni fil-kwalità tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni fl-Istat Membru tiegħu. Dawn l-istandards aktar stretti għandhom ikunu ppubblikati fuq il-websajt ta’ dak il-BĊN.

4.  Karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba għandhom jiġu mgħoddija lil BĊN filwaqt li jitqiesu r-regolamenti nazzjonali.

▼B

Artikolu 7

Eċċezzjonijiet

1.  Il-BĊNi jistgħu jagħtu lil friegħi mbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’operazzjonijiet ta’ flus kontanti ta’ livell baxx permess biex il-membri tal-persunal imħarrġin jagħmlu l-verifika manwali tal-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro biex jiġu rriċirkulati permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti jew magni li jagħtu l-flus kontanti, sakemm il-verifika tal-awtentiċità ssir minn tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus eżaminata b’suċċess mill-BĊN. Biex issir applikazzjoni għal dan il-permess, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu lil BĊN tal-Istat Membri tagħhom b’evidenza li l-fergħa in kwistjoni hija mbiegħda u tal-livell baxx ta’ operazzjonijiet ta’ flus kontanti tagħha. Kull BĊN għandu jiżgura li l-volum ta’ karti tal-flus tal-euro vverifikati manwalment b’dan il-mod ma jaqbiżx massimu ta’ 5 % tal-volum globali tal-karti tal-flus tal-euro li huma mqassmin ta’ kull sena permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti jew magni li jagħtu l-flus. Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu jekk limitu ta’ 5 % għandux japplika fil-livell ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu jew f’dak tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha fil-livell nazzjonali.

2.  Meta sseħħ ġrajja eċċezzjonali li minħabba fiha l-provvista tal-karti tal-flus tal-euro fi Stat Membru tiġi mtellfa b’mod sinjifikanti, membri tal-persunal mħarrġin tal-cash handlers jistgħu, fuq bażi temporanja, u bla ħsara għall-qbil rilevanti tal-BĊNi li l-ġrajja hija eċċezzjonali, iwettqu verifika manwali tal-awtentiċità u l-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro biex jiġu rriċirkulati permezz tal-magni mħaddmin mill-klijenti jew magni li jagħtu l-flus.

Artikolu 8

Impenji tal-Eurosistema

1.  L-informazzjoni, kif speċifikata mill-Eurosistema, fuq il-karti tal-flus tal-euro u l-karatteristiċi tas-sigurtà tagħhom li jinqraw mill-magni, għandha tiġi fornita lill-manifatturi mill-Eurosistema qabel il-ħruġ ta’ serje ġdida ta’ karti tal-flus u wara biex ikunu jistgħu jibnu magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus li jkunu jistgħu jgħaddu l-proċeduri ta’ prova komuni u jaddattaw għal rekwiżiti ġodda.

2.  L-informazzjoni, kif speċifikat mill-Eurosistema, fuq il-karti tal-flus tal-euro u l-karatteristiċi tas-sigurtà pubblika tagħhom għandha tkun fornita mill-Eurosistema lil cash handlers qabel il-ħruġ ta’ serje ġdida ta’ karti tal-flus tal-euro u wara biex il-membri tal-persunal tagħhom jingħataw kull taħriġ meħtieġ.

3.  It-taħriġ mill-cash handlers lill-membri tal-persunal tagħhom biex jiġi żgurat li membri tal-persunal mħarrġin huma kompetenti biex jivverifikaw l-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni għandhom ikunu appoġġati mill-Eurosistema.

▼M1

4.  Il-kaxxiera għandhom ikunu informati mill-Eurosistema b’theddid ta’ foloz fejn xieraq u jistgħu jkunu mitluba li jieħdu azzjoni mill-Eurosistema, inkluża projbizzjoni temporanja fuq ir-riċirkolazzjoni tad-denominazzjoni(jiet) tas-serje tal-karti tal-flus tal-euro kkonċernata(i).

▼B

5.  Il-manifatturi tal-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandhom jiġu infurmati mill-Eurosistema dwar theddida ta’ flus foloz kif ikun xieraq.

Artikolu 9

Proċeduri ta’ prova komuni tal-Eurosistema għall-magni għall-immaniġġjar tal-karti tal-flus

1.  Tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-flus għandhom jiġu pprovati mill-BĊNi skont il-proċeduri ta’ prova komuni.

2.  It-tipi kollha ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus li jkunu għaddew mill-prova għandhom jiġu elenkati fuq is-sit elettroniku tal-BĊE matul il-perijodi ta’ validità tar-riżutati tal-eżami, kif imsemmi fil-paragrafu 3. Tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus li matul dan il-perijodu ma tkunx tista’ tidentifika l-karti tal-flus tal-euro foloz kollha magħrufin mill-Eurosistema għandha titneħħa mil-lista skont proċedura speċifikata mill-BĊE.

▼M1

3.  Fejn tip ta’ magna li timmaniġġa l-karti tal-flus hija ttestjata b’eżitu pożittiv, ir-riżultati tat-test għandhom ikunu validi maż-żona tal-euro kollha għal sena mill-aħħar tax-xahar li fih ikun twettaq it-test, sakemm hija tibqa’ kapaċi tagħraf il-karti tal-flus tal-euro foloz kollha magħrufin lill-Eurosistemas matul dan il-perjodu.

▼B

4.  L-Eurosistema m’għandhiex tkun responsabbli jekk tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus eżaminata b’suċċess ma tkunx tista’ tikklassifika u tittratta l-karti tal-flus tal-euro skont l-Anness IIa jew IIb.

Artikolu 10

Attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-Eurosistema u miżuri korrettivi

1.  Bla ħsara għar-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali, BĊNi huma awtorizzati (i) biex jagħmlu spezzjonijiet fil-post, inklużi dawk mhux imħabbrin, fil-postijiet tal-cash handlers biex jimmonitorjaw il-magni li jimmaniġġjaw il-flus tagħhom, partikolarment il-kapaċità tal-magni biex jivverifikaw l-awtentiċità u l-kundizzjoni u biex jiġu rintraċċati karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz u karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar lid-detentur ta’ kont; u (ii) biex jivverifikaw il-proċeduri li jirregolaw l-operazzjoni u l-kontroll tal-magni li jimmaniġġjaw il-flus, it-trattament ta’ karti tal-flus tal-euro verifikati u kull verifika manwali tal-awtentiċità u l-kundizzjoni.

2.  Bla ħsara għar-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali, BĊNi huma awtorizzati li jieħdu kampjuni ta’ karti tal-flus tal-euro ipproċessati sabiex jivverifikawhom fil-postijiet tagħhom.

▼M1

3.  Fejn BĊN jagħraf non-konformità minn kaxxier mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, huwa għandu jitlob l-adozzjoni ta’ miżuri korrettivi mill-kaxxier fi żmien speċifikat. Sakemm tiġi rrettifikata n-non-konformità, il-BĊN li jagħmel it-talba jista’, f’isem il-BĊE, jipprojbixxi lill-kaxxier milli jirriċirkola d-denominazzjoni(jiet) tal-karti tal-flus tal-eur tas-serje kkonċernata. Jekk in-non-konformità hija dovuta għal nuqqas tat-tip ta’ magna li timmaniġġa l-karti tal-flus, dan jista’ jwassal għat-tneħħija tagħha mil-lista li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 9(2).

▼B

4.  Meta cash handler ma jikkooperax ma’ BĊN fir-rigward ta’ spezzjoni, dan għandu jiġi jitqies bħala nuqqas ta’ konformità.

Artikolu 11

Obbligi tar-rapportar

Biex il-BĊE u l-BĊNi jimmonitorjaw il-konformità tal-cash handlers ma’ din id-Deċiżjoni u biex jissorveljaw l-iżviluppi fiċ-ċiklu tal-flus kontanti, il-BĊNi għandhom (i) ikunu infurmati bil-miktub, inkluż b’mezzi elettroniċi, minn cash handlers qabel ma tibda titħaddem tip ta’ magna li timmaniġġja l-flus; u (ii) jingħataw minn cash handlers l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV.

Artikolu 12

Spejjeż

1.  L-Eurosistema m’għandhiex tirrimborża lill-cash handlers l-ispejjeż li jagħmlu biex jimplimentaw din id-Deċiżjoni.

2.  L-Eurosistema m’għandhiex tagħti kumpens għal spejjeż addizzjonali li jagħmlu l-cash handlers minħabba l-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro b’karatteristiċi ta’ sigurtà mibdulin jew ġodda.

▼M1

Artikolu 13

Dispożizzjonijiet finali

1.  Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Kaxxiera ta’ Stati Membri li jadottaw l-euro wara d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikawha sa mid-data tal-adozzjoni tal-euro.

▼M2




ANNESS I

MAGNI LI JIMMANIĠĠJAW IL-KARTI TAL-FLUS

1.    Rekwiżiti tekniċi ġenerali

1.1. Biex tikkwalifika bħala magna li timmaniġġja l-karti tal-flus, magna trid tkun kapaċi tipproċessa karti tal-flus tal-euro, billi tikklassifika l-karti tal-flus tal-euro individwali u tissepara l-karti tal-flus tal-euro skont il-klassifikazzjoni tagħhom mingħajr l-intervent ta’ min iħaddem il-magna, bla ħsara għall-Anness IIa u IIb. Bl-eċċezzjoni tal-magni li jqassmu l-muniti (CDMs), il-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandu jkollhom in-numru meħtieġ ta’ output stackers iddedikati u/jew mezzi oħra biex tiġi żgurata s-separazzjoni affidabbli tal-karti tal-flus tal-euro pproċessati.

1.2. Magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandhom ikunu adattabbli biex jiġi żgurat li huma kapaċi jidentifikaw karti tal-flus foloz ġodda b’mod affidabbli. Barra minn dan, għandhom ikunu adattabbli biex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti standards anqas restrittivi għall-issortjar skont il-kundizzjoni, jekk dan ikun il-każ.

2.    Kategoriji ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus

Il-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus huma jew magni mħaddmin mill-klijent jew magni mħaddmin mill-persunal:



Tabella 1

Magni mħaddmin mill-klijent

A.  Magni mħaddmin mill-klijent fejn il-flus kontanti jkunu ddepożitati bir-rintraċċar tal-klijent

1.

Magni cash-in (CIMs)

Il-CIMs jippermettu lill-klijenti, bl-użu ta’ kard tal-bank jew mezzi oħrajn, li jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom, imma ma jkollhomx funzjoni li jqassmu l-flus kontanti. Il-CIMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat; il-verifiki tal-kundizzjoni huma fakultattivi.

2.

Magni li jirriċiklaw il-flus (CRMs)

Il-CRMs jippermettu lill-klijenti biex, permezz ta’ kard bankarja jew mezzi oħrajn, jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom, u jiġbdu karti tal-flus tal-euro mill-kontijiet bankarji tagħhom. Is-CRMs jivverifikaw karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat. Għall-iżbank, il-CRMs jistgħu jużaw karti tal-flus tal-euro ġenwini f’kundizzjoni tajba li ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi transazzjonijiet preċedenti.

3.

Magni cash-in ikkombinati (CCMs)

Is-CCMs jippermettu lil klijenti, bl-użu ta’ kard tal-bank jew mezzi oħrajn, biex jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom u biex jiżbankaw karti tal-flus tal-euro mill-kontijiet bankarji tagħhom. Is-CCMs jivverifikaw karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat; il-verifiki għall-kundizzjoni huma fakultattivi. Għall-iżbank, is-CCMs ma jużawx karti tal-flus tal-euro li ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi tranżazzjonijiet preċedenti imma karti tal-flus tal-euro li jitpoġġew fihom separatament biss.

B.  Magni cash-out (COMs)

4.

Magni cash-out (COMs)

Is-COMs huma magni li jqassmu l-flus kontanti li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni qabel ma jqassmuhom lill-klijenti. Is-COMs jużaw karti tal-flus tal-euro mpoġġija fihom mill-cash handlers jew minn sistemi awtomatizzati oħrajn (eż. magni tal-bejgħ).

C.  Magni li Jqassmu l-Muniti

5.

Magni li Jqassmu l-Muniti (CDMs)

Is-CDMs jippermettu lill-klijenti jiksbu muniti billi jdaħħlu karti tal-flus tal-euro. Qabel ma jqassmu l-muniti, il-karti tal-flus tal-euro jiġu awtentikati mis-CDMs. Dawn il-karti tal-flus tal-euro ma jiġux riċirkulati.

CRM tista’ tintuża bħala CIM jew CCM jekk is-sistemi ta’ detezzjoni, is-softwer u komponenti oħrajn għat-twettiq tal-funzjonalitajiet ewlenin tagħha jkunu l-istess bħat-tip ta’ CRM elenkat fis-sit web tal-BĊE ( 3 ).

CCM tista’ tintuża bħala CIM jekk is-sistemi ta’ detezzjoni, is-softwer u komponenti oħrajn għat-twettiq tal-funzjonalitajiet ewlenin tagħha jkunu l-istess bħat-tip ta’ CCM elenkat fis-sit elettroniku tal-BĊE.



Tabella 2

Magni mħaddmin mill-persunal

1.

Magni li jipproċessaw il-karti tal-flus (BPMs)

Il-BPMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni.

2.

Magni li jawtentikaw il-karti tal-flus (BAMs)

Il-BAMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità.

3.

Magni għar-riċiklaġġ li jassistu lill-kaxxier (TARMs)

It-TARMs huma magni li jirriċiklaw il-karti tal-flus imħaddmin mill-cash handlers li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni. Għall-iżbank, it-TARMs jistgħu jużaw karti tal-flus tal-euro ġenwini u f’kundizzjoni tajba li jkunu ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi tranżazzjonijiet preċedenti. Barra minn dan, iżommu l-karti tal-flus tal-euro f’post sigur u jippermettu lill-cash handlers jikkreditaw jew jiddebitaw il-kontijiet bankarji tal-klijenti.

4.

Magni li jassistu lill-kaxxier (TAMs)

It-TAMs huma magni mħaddmin mill-cash handlers li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità. Barra minn dan, iżommu l-karti tal-flus tal-euro f’post sigur u jippermettu lill-cash handlers jikkreditaw jew jiddebitaw il-kontijiet bankarji tal-klijenti.

Il-magni mħaddmin mill-persunal għandhom jipproċessaw il-karti tal-flus tal-euro f’pakketti.

Magna li tkun ġiet ittestjata u hija elenkata fis-sit web tal-BĊE bħala CRM jew CIM/CCM tista’ tintuża bħala TARM jew TAM, rispettivament. F’dan il-każ, il-magna għandha titħaddem biss minn persunal tal-cash handlers.

3.    Tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus

L-Eurosistema tittestja tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus. It-tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus jistgħu jintgħarfu minn xulxin mis-sistemi speċifiċi ta’ detezzjoni tagħhom, is-softwer u komponenti oħrajn għat-twettiq tal-funzjonalitajiet ewlenin tagħhom. Dawn huma: (a) l-awtentikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro ġenwini; (b) l-identifikazzjoni u s-separazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro ssuspettati li huma foloz; (c) l-identifikazzjoni u s-separazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba minn karti tal-flus tal-euro li huma f’kundizzjoni tajba, jekk dan ikun applikabbli; u (d) ir-rintraċċar ta’ oġġetti identifikati bħala karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz u ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar, jekk dan ikun applikabbli.




ANNESS IIa

KLASSIFIKAZZJONI U TRATTAMENT TA’ KARTI TAL-FLUS TAL-EURO MINN MAGNI MĦADDMIN MILL-KLIJENT

Il-karti tal-flus tal-euro huma kklassifikati f’waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin u huma sseparati skont il-kategorija. Magni li ma jivverifikawx il-karti tal-flus tal-euro għall-kundizzjoni m’għandhomx għalfejn jiddistingwu bejn il-karti tal-flus tal-euro tal-kategoriji 4a u 4b.



Tabella 1

Klassifikazzjoni u trattament ta’ karti tal-flus tal-euro minn magni mħaddmin mill-klijent li fihom jiġu ddepożitati l-flus kontanti bir-rintraċċar tal-klijent

Kategorija

Karatteristiċi

Trattament

1.

Oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro

Mhux rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro minħabba xi waħda minn dawn:

— karti tal-flus tal-euro li mhumiex aċċettati mill-magna

— karti tal-flus li mhumiex euro

— oġġetti bħall-karti tal-flus tal-euro

— xbieha jew format ħżiena

— kantuniera/i kbira/kbar mitwija/in jew parti(jiet) nieqsa

— żball fil-mili jew fit-trasport tal-magna

Għoti lura mill-magna lill-klijent

2.

Karti tal-flus tal-euro ssuspettati li huma foloz

Xbieha u format rikonoxxuti, imma karatteristika waħda jew iżjed ta’ awtentiċità vverifikati mill-magna ma jiġux identifikati jew huma b’mod ċar barra t-tolleranza

Irtira miċ-ċirkulazzjoni

Għandhom jingħataw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-awtentikazzjoni, flimkien ma’ informazzjoni dwar id-detentur tal-kont, minnufih, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-depożitu fil-magna. Tikkreditax il-kont tad-detentur.

3.

Karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar

Xbieha u format rikonoxxuti, imma mhux il-karatteristiċi kollha ta’ awtentiċità vverifikati mill-magna huma rikonoxxuti minħabba devjazzjonijiet fil-kwalità u/jew tolleranza Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Irtira miċ-ċirkulazzjoni

Il-karti tal-flus tal-euro jingħataw lill-BĊN għall-awtentikazzjoni minnufih, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-depożitu fil-magna.

Informazzjoni fuq id-detentur tal-kont tinħażen għal tmien ġimgħat wara li l-karti tal-flus tal-euro jkunu ġew identifikati mill-magna. Din l-informazzjoni tingħata fuq talba lill-BĊN. Alternattivament, bi ftehim mal-BĊN, informazzjoni li tippermetti r-rintraċċar tad-detentur tal-kont tista’ tingħata lil dak il-BĊN flimkien mal-karti tal-flus tal-euro.

Jistgħu jiġu kkreditati lid-detentur tal-kont

4a.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u l-kundizzjoni magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi

Jistgħu jintużaw għar-riċirkulazzjoni

Ikkreditati lid-detentur tal-kont

4b.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi. Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat jagħti riżultat negattiv

Ma jistgħux jintużaw għar-riċirkulazzjoni u jingħataw lura lill-BĊN

Ikkreditati lid-detentur tal-kont

Regoli speċifiċi fir-rigward tat-Tabella 1:

1. 

Il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 2 u 3 ma jingħatawx lura lill-klijent minn magna li timmaniġġja l-flus jekk dik il-magna tippermetti l-kanċellazzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ depożitu. Biex wieħed iżomm dawn il-karti tal-flus tal-euro meta tiġi mħassra tranżazzjoni dawn jistgħu jinħażnu f’żona ta’ ħażna temporanja fil-magna.

2. 

Il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 3 m’għandhomx għalfejn jiġu sseparati mill-karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 4a jew 4b. Jekk ma ssir l-ebda separazzjoni fiżika, il-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-karti tal-flus tal-euro tal-kategoriji mħallta 3, 4a u 4b lill-BĊN u r-rekwiżiti rigward ir-rintraċċar tal-klijenti tal-karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 3 japplikaw xorta waħda.

3. 

Il-karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 3, anki meta jkunu mħallta mal-karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 4a jew 4b, jistgħu jiġu pproċessati mill-ġdid fuq kwalunkwe tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus ittestjata b’suċċess. Dawn il-karti tal-flus imbagħad jiġu ttrattati bħala li ġew ikklassifikati mit-tieni magna li timmaniġġja l-karti tal-flus, u għalhekk jenħtieġ li tinżamm it-traċċabilità tal-karti tal-flus oriġinali tal-kategorija 3 għad-detentur oriġinali tal-kont f’każ li dawn il-karti tal-flus jiġu rrifjutati mit-tieni magna bħala karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar.



Tabella 2

Klassifikazzjoni u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni cash-out (COMs)

Kategorija

Karatteristiċi

Trattament

1.

Oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro

Mhux rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro minħabba xi waħda minn dawn:

— karti tal-flus tal-euro li mhumiex aċċettati mill-magna

— karti tal-flus li mhumiex tal-euro

— oġġetti bħall-karti tal-flus tal-euro

— xbieha jew format ħżiena

— kantuniera/i kbira/kbar mitwija/in jew parti(jiet) nieqsa

— żball fil-mili jew fit-trasport tal-magna

Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti

2.

Karti tal-flus tal-euro ssuspettati li huma foloz

Xbieha u format rikonoxxuti, imma karatteristika waħda jew iżjed ta’ awtentiċità vverifikata mill-magna ma jiġux identifikati jew huma b’mod ċar barra t-tolleranza

Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti

Għandhom jingħataw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-awtentikazzjoni minnufih, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara l-identifikazzjoni mill-magna flimkien ma’ informazzjoni li tirrigwarda d-detentur tal-kont jekk disponibbli

3.

Karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar

Xbieha u format rikonoxxuti, imma mhux il-karatteristiċi kollha ta’ awtentikazzjoni vverifikati mill-magna huma rikonoxxuti minħabba devjazzjonijiet fil-kwalità u/jew tolleranza. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti

Il-karti tal-flus tal-euro jingħataw lill-BĊN għall-awtentikazzjoni minnufih, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-depożitu fil-magna.

4a.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u l-kundizzjoni magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi

Jistgħu jitqassmu lill-klijenti

4b.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi.

Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat jagħti riżultat negattiv

Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti u jingħataw lura lill-BĊN.

Regoli speċifiċi rigward it-Tabella 2:

1. 

Il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 u 3 ma għandhomx għalfejn jiġu sseparati fiżikament. Meta jiġu mħallta flimkien, it-tliet kategoriji kollha għandhom jiġu ttrattati bħala karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 2. Jekk il-karti tal-flus tal-euro tal-kategoriji 1, 2 u 3 jistgħu jiġu sseparati permezz ta’ magna oħra li timmaniġġja l-karti tal-flus jew, jekk bi qbil mal-BĊN, minn membri tal-persunal imħarrġin, huma għandhom jiġu ttrattati skont it-Tabella 2.

2. 

Il-karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 3 m’għandhomx għalfejn jiġu sseparati mill-karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 4a u 4b. Jekk ma ssir l-ebda separazzjoni fiżika, l-iskadenza għall-għoti tal-karti tal-flus tal-euro tal-kategoriji mħallta 3, 4a u 4b lill-BĊN kif speċifikat għall-kategorija 3 japplika xorta waħda.

3. 

Il-karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 3, anki meta jkunu mħallta mal-karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 4a jew 4b, jistgħu jiġu pproċessati mill-ġdid fuq kwalunkwe tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus ittestjata b’suċċess. Dawn il-karti tal-flus imbagħad jiġu ttrattati bħala li ġew ikklassifikati mit-tieni magna li timmaniġġja l-karti tal-flus.



Tabella 3

Klassifikazzjoni u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni li jqassmu l-muniti (CDMs)

Is-CDMs għandhom jivverifikaw l-awtentiċità tal-karti tal-flus li jirċievu u jżommu dawk issuspettati li huma foloz, iżda m’għandhomx għalfejn jisseparawhom fiżikament skont il-kategorija.

Il-karti tal-flus issuspettati li huma foloz għandhom jingħataw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-awtentikazzjoni minnufih, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara l-identifikazzjoni mill-magna flimkien ma’ informazzjoni li tirrigwarda d-detentur tal-kont, jekk disponibbli.

Inkella, il-karti tal-flus riċevuti minn CDM jistgħu jiġu pproċessati mill-ġdid fuq kwalunkwe magna li timmaniġġja l-karti tal-flus ittestjata b’suċċess u mbagħad ittrattati bħala klassifikati minn din il-magna. L-informazzjoni li tirrigwarda d-detentur tal-kont ta’ dawk il-biċċiet li ġew ikklassifikati bħala Kategorija 2 or Kategorija 3 waqt l-ipproċessar mill-ġdid għandha tinżamm, jekk disponibbli..

▼M1




ANNESS IIb

KLASSIFIKAZZJONI U TRATTAMENT TAL-KARTI TAL-FLUS TAL-EURO MINN MAGNI MĦADDMIN MILL-PERSUNAL

Il-karti tal-flus tal-euro huma kklassifikati f’waħda mill-kategoriji stabiliti f’Tabella 1. Il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 4a u 4b għandhom jinfirdu fizikament mill-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 u 3. Magni li ma jivverifikawx il-karti tal-flus tal-euro għall-kundizzjoni m’għandhomx għalfejn jiddistingwu bejn karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 4a u 4b.



Tabella 1

Klassifikazzjoni u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni mħaddmin mill-persunal

Kategorija

Karatteristiċi

Trattament

1.

Oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro

Mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro minħabba xi waħda minn dawn:

— karti tal-flus tal-euro li mhumiex aċċettati mill-magna

— karti tal-flus li mhumiex tal-euro

— oġġetti li jixbħu l-karti tal-flus tal-euro

— xbieha jew format ħżiena

— kantuniera(i) mitwijin kbar jew parti(jiet) neqsin

— żball fit-tagħbija jew fit-trasport fil-magna

Jingħataw lura lill-operatur mill-magna għall-iktar valutazzjoni u trattament.

Wara valutazzjoni viżiva minn membru tal-persunal dawn jistgħu jingħataw lura mill-kaxxier lill-klijent.

2.

Karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz

Xbieha u format rikonoxxuti, iżda karatteristika waħda jew aktar ta’ awtentikazzjoni vverifikata mill-magna ma tiġix identifikata jew li b’ebda mod ma tista’ tiġi aċċettata.

Jingħataw lura lill-operatur mill-magna lill-operatur għal iktar valutazzjoni u trattament.

Dawn jiġu pproċessati separatament u jingħataw minnufih għall-awtentikazzjoni finali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, sa mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara l-ipproċessar mill-magna.

3.

Karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar

Xbieha u format rikonoxxuti, iżda mhux il-karatteristiċi ta’ awtentikazzjoni kollha vverifikati mill-magna huma rikonoxxuti minħabba differenzi fil-kwalità u/jew fl-aċċettazzjoni. Fil-parti l-kbira tal-każijiet huma karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba.

4a.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u kundizzjoni magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi

Jistgħu jintużaw għar-riċirkolazzjoni.

Ikkreditati lid-detentur tal-kont

4b.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u mhux f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi. Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat jagħti riżultat negattiv

Ma jistgħux jintużaw għar-riċirkolazzjoni u għandhom jingħataw lura lill-BĊN.

Ikkreditati lid-detentur tal-kont.

Regola speċifika fir-rigward ta’ Tabella 1:

Jekk il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 2 u 3 jistgħu jinfirdu fiżikament mill-magna nnifisha jew minn magna oħra li timmaniġġa l-karti tal-flus jew, jekk jaqbel il-BĊN, minn membri tal-persunal imħarrġin, il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 3 jistgħu jingħataw lill-BĊN flimkien ma’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4b. F’dak il-każ, it-terminu ta’ żmien il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 2 tiġi mgħoddija lill- awtorità nazzjonali kompetenti u t-taħlita ta’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 3 u 4b lill-BĊN xorta japplika kif speċifikat fit-tabella.

Regoli speċifiċi dwar il-klassifikazzjoni u l-issortjar għal uħud mill-magni mħaddmin mill-persunal

1. Il-BPMs jikklassifikaw u jissortjaw fiżikament karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 u 3 f’ output stacker wieħed jew aktar u karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 4a u 4b f’ żewġ output stackers separati kif stabbilit f’Anness IIb, li għalih huwma meħtieġa tal-anqas tliet output stackers iddedikati sabiex jiġi evitat l-intervent tal-operatur tal-magna.

2. Il-BPMs b’żewġ output stackers iddedikati biss jistgħu madankollu jikklassifikaw u jissortjaw il-karti tal-flus tal-euro jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

Il-verifiki tal-awtentiċità u l-kundizzjoni jsiru fl-istess proċess. F’dan il-proċess, karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4a għandhom jiġu ssortjati f’output stacker stazzjonarju wieħed, filwaqt li karti tal-flus tal-kategoriji l-oħra għandhom jiġu ssortjati f’output stacker stazzjonarju separat li ma jkollux kuntatt fiżiku ma’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4a.

(b) 

Jekk karta tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 tiġi identifikata bħala preżenti fit-tieni output stacker, l-operatur għandu jerġa’ jgħaddi l-karta/i tal-flus tal-euro mit-tieni output stacker. F’dan it-tieni proċess, karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 jew 3 għandhom jinfirdu mill-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4b billi tal-ewwel jiġu ssortjati f’output stacker iddedikat u ttrattati kif speċifikat fit-tabella hawn fuq. Billi l-magna ma tistax tifred fiżikament karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 f’output stackers differenti, huma għandhom jitqiesu u jiġu kkunsidrati kollha bħala karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 2.

3. Il-BAMs jikklassifikaw u jissortjaw fiżikament il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 f’output stacker wieħed u karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 4a u 4b f’output stacker ieħor, fejn ikunu meħtieġa mill-inqas żewġ output stackers iddedikati sabiex jiġi evitat l-intervent tal-operatur tal-magna.

4. Il-BAMs b’output stacker wieħed iddedikat jistgħu madankollu jikklassifikaw u jissortjaw karta tal-flus tal-euro jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

Kull darba li tiġi pproċessata karta tal-flus tal-euro ta‘ kategorija 1, 2 jew 3, il-magna għandha twaqqaf l-ipproċessar minnufih u żżomm dik il-karta tal-flus tal-euro f’pożizzjoni li tevita kull kuntatt fiżiku mal-karti tal-flus tal-euro awtentikati.

(b) 

Ir-riżultat tal-verifika tal-awtentiċità għandu jiġi indikat għal kull karta tal-flus tal-euro ta‘ kategorija 1, 2 jew 3fuq display. Billi l-magna ma tistax tifred fiżikament karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 f’output stackers differenti, huma għandhom jitqiesu u jiġu kkunsidrati kollha bħala karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 2.

(c) 

Il-magna għandha tivverifika l-preżenza ta’ karta tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 meta tieqaf tipproċessa, u l-ipproċessar jista’ jkompli biss wara t-tneħħija fiżika tal-karta tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 mill-operatur.

(d) 

Għal kull waqfa fil-modalità tal-ipproċessar mhux iktar minn karta tal-flus tal-euro waħda ta’ kategorija 1, 2 jew 3 għandha tkun aċċessibbli għall-operatur.




ANNESS III

▼B

STANDARDS MINIMI GĦALL-VERIFIKA MANWALI TAL-KUNDIZZJONI TAL-KARTI TAL-FLUS TAL-EURO

Dan l-Anness jistabbilixxi l-istandards minimi għall-verifika manwali tal-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro minn membri tal-persunal mħarrġin..

Matul il-verifiki tal-kundizzjoni, il-karti tal-flus tal-euro b’xi difett kif jidher fit-tabella hawn isfel, jew b’xi difett sinjifikanti ċar f’waħda mill-karatteristiċi tas-sigurtà viżibbli, mhumiex f’kundizzjoni tajba. Madankollu, karti tal-flus mitwijin u karti tal-flus tal-euro b’kantunieri mitwijin jistgħu jiġu rranġati bit-tneħħija tat-tiwi manwalment meta dan ikun possibbli. Il-verifiki tal-kundizzjoni ssir permezz ta’ spezzjoni viżiva tal-karti tal-flus tal-euro individwali u ma jeħtieġux l-użu ta’ xi għodod.



Lista ta’ kriterji tal-issortjar għall-verifiki manwali tal-kundizzjoni

Karatteristika

Deskrizzjoni

1.

Ħmieġ

Distribuzzjoni ta’ ħmieġ mal-karta tal-flus kollha li jidher viżivament

2.

Tebgħa

Konċentrazzjoni ta’ ħmieġ lokalizzat li tidher viżivament

3.

Tħażżiż

Xbieha miżjuda jew ittri miktubin jew immarkati b’xi mod fuq karta tal-flus tal-euro li jidhru viżivament.

4.

Karta tal-flus li marritilha l-linka

Nuqqas ta’ linka li tidher viżivament f’parti jew fil-karta tal-flus kollha, eż. karta tal-flus maħsula

5.

Tiċrita

Karta tal-flus tal-euro b’tal-inqas tiċrita waħda fit-tarf

6.

Toqba

Karta tal-flus tal-euro b’tal-inqas toqba waħda li tidher viżivament

7.

Tqattigħ

Karta tal-flus tal-euro b’parti/partijiet neqsin matul tal-inqas tarf wieħed (b’kuntrast mat-toqob), eż. kantuniera nieqsa

8.

Tiswija

Partijiet ta’ karta tal-flus tal-euro waħda jew aktar magħqudin flimkien bit-tejp, kolla jew mezzi oħrajn

9.

Tikmix

Karta tal-flus tal-euro b’ħafna tiwi fiha li taffettwa b’mod qawwi d-dehra viżiva tagħha

10.

Irtubija

Karta tal-flus tal-euro b’deterjorazzjoni strutturali li tirriżulta f’nuqqas evidenti ta’ ebusija

11.

Karta tal-flus tal-euro mitwija

Karta tal-flus tal-euro li hija mitwija, inkluż karta tal-flus tal-euro li ma tistax tinfetaħ

12.

Kantuniera mitwija

Karta tal-flus tal-euro b’tal-inqas kantuniera waħda mitwija tidher sew

▼M2




ANNESS IV

ĠBIR TA’ DATA MILL-CASH HANDLERS

1.    Għanijiet

L-għanijiet tal-ġbir tad-data huma li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ikunu jistgħu jimmonitorjaw l-attivitajiet rilevanti tal-cash handlers u biex jissorveljaw l-iżviluppi fiċ-ċiklu tal-flus kontanti.

2.    Prinċipji ġenerali

2.1. Id-data dwar il-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandha tiġi rrapportata meta l-magni jintużaw skont din id-Deċiżjoni. Il-magni li jqassmu l-muniti (CDMs) huma eżentati mill-obbligi ta’ rapportar.

2.2. Il-cash handlers għandhom jipprovdu regolarment lill-BĊN tal-Istat Membru tagħhom b’dan li ġej:

— 
informazzjoni fuq stabbilimenti fejn il-flus kontanti jiġu mmaniġġjati, bħal uffiċċji tal-friegħi; u
— 
informazzjoni fuq il-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u l-magni li jqassmu l-flus kontanti.

2.3. Barra minn dan, il-cash handlers li jirriċirkulaw karti tal-flus tal-euro permezz ta’ magni li jimmanniġjaw il-karti tal-flus u magni li jqassmu l-flus kontanti għandhom jipprovdu regolarment lill-BĊN tal-Istat Membru tagħhom b’dawn it-tnejn li ġejjin:

— 
informazzjoni fuq il-volum ta’ operazzjonijiet ta’ flus kontanti (numru ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati) li jinvolvi magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u magni li jqassmu l-flus kontanti;
— 
informazzjoni dwar friegħi mbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’livell baxx ta’ operazzjonijiet ta’ flus kontanti fejn il-verifiki tal-kundizzjoni jsiru manwalment.

3.   Tip ta’ data u rekwiżiti ta’ rapportar

3.1. Skont in-natura tagħha, id-data miġbura għandha tinqasam f’data ewlenija u data operattiva.

Data ewlenija

3.2. Id-data ewlenija tkopri informazzjoni dwar: (a) il-cash handlers individwali u l-magni tagħhom li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u l-magni li jqassmu l-flus kontanti operattivi; u (b) il-friegħi mbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

3.3. Id-data ewlenija għandha tiġi pprovduta lill-BĊN fid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u kull sitt xhur wara dan. Id-data speċifikata fil-mudell stabbilit fl-Appendiċi I għandha tiġi pprovduta, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li din tiġi pprovduta f’format differenti.

3.4. BĊN jista’ jiddeċiedi, għal raġunijiet ta’ monitoraġġ, li jiġbor id-data fil-livell lokali, bħal pereżempju fl-uffiċċji tal-friegħi.

3.5. BĊN jista’ jeżiġi li l-cash handlers jindikaw il-magni li jirriċiklaw il-flus kontanti (CRMs) li jintużaw bħala magni cash-in ikkombinati (CCMs) jew magni cash-in (CIMs) rispettivament, u s-CCMs li jintużaw bħala CIMs.

3.6. Id-data dwar il-friegħi mbiegħda speċifikata fil-mudell stabbilit fl-Appendiċi 3 għandha tiġi pprovduta, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li din tiġi pprovduta f’format differenti.

Data operattiva

3.7. Id-data li toriġina mill-ipproċessar u r-riċirkulazzjoni ta‘ karti tal-flus tal-euro mill-cash handlers għandha tiġi kklassifikata bħala data operattiva.

3.8. BĊN jista’ jiddeċiedi li jeskludi aġenti ekonomiċi oħrajn, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 ( 4 ), mill-obbligu li jirrapportaw data operattiva jekk in-numru ta’ karti tal-flus tal-euro li jirriċirkulaw permezz ta’ magni li jqassmu l-flus kontanti huwa inqas minn limitu ddeterminat mill-BĊN.

3.9. Id-data għandha tiġi pprovduta kull sitt xhur. Id-data għandha tiġi rrapportata lill-BĊN mhux iktar tard minn xahrejn wara l-perjodu ta’ rapportar rilevanti, jiġifieri fl-aħħar ta’ Frar u fl-aħħar ta’ Awwissu. Id-data tista’ tiġi pprovduta permezz tal-mudell stabbilit fl-Appendiċi 2. Il-BĊNi jistgħu jitolbu għal rapportar kull xahar jew għal rapportar kull erba’ xhur għal perjodu tranżitorju, jekk din kienet il-prattika tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

3.10. Id-data għandha tiġi pprovduta mill-cash handlers li fiżikament jimmaniġġjaw il-karti tal-flus tal-euro. Jekk cash handler ikun esternalizza l-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni lil cash handler ieħor, id-data għandha tiġi pprovduta mill-cash handler indikat skont l-Artikolu 3(2).

3.11. Id-data għandha tiġi rrapportata mill-cash handlers f’termini ta’ biċċiet (volum), aggregati fil-livell nazzjonali u maqsuma skont id-denominazzjoni tal-karta tal-flus tal-euro. Tqassim skont is-serje tal-karti tal-flus mhuwiex meħtieġ. Għal friegħi mbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-data operattiva għandha tiġi rrapportata separatament.

3.12. BĊN jista’ jiddeċiedi, għal raġunijiet ta’ monitoraġġ, li jiġbor d-data fil-livell lokali, bħal pereżempju fl-uffiċċji tal-friegħi.

3.13. Cash handlers li jkunu esternalizzaw il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni lil cash handlers oħrajn jistgħu jintalbu jipprovdu informazzjoni dettaljata lill-BĊN fuq dawn tal-aħħar, inklużi l-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni.

3.14. Għandha tiġi pprovduta d-data dwar il-friegħi mbiegħda speċifikati fil-mudell stabbilit fl-Appendiċi 3, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li din tiġi pprovduta f’format differenti u jista’ jaqbel mal-cash handlers biex jiġbru data iktar estensiva.

4.    Kunfidenzjalità u pubblikazzjoni tad-data

4.1. Kemm id-data ewlenija kif ukoll id-data operattiva għandhom jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali.

4.2. Il-BĊNi u l-BĊE jistgħu jiddeċiedu li jippubblikaw rapporti jew statistika bl-użu ta’ data miksuba taħt dan l-Anness. Kull pubblikazzjoni bħal din għandha tiġi aggregata b’tali mod li l-ebda data ma tkun tista’ tiġi attribwita lil entitajiet ta’ rapportar individwali.




Appendiċi 1

MUDELL TAR-RAPPORTAR

Data ewlenija

Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lil:

[Isem tal-BĊN; dettalji ta’ kuntatt għal mistoqsijiet; indirizz]

1.    Informazzjoni dwar il-cash handler

Isem il-cash handler:

Indirizz tal-uffiċċju prinċipali:

Kodiċi zip/postali:

Belt:

Triq:

Tip ta’ kumpanija:

— 
Istituzzjoni ta’ kreditu
— 
Bureau de change
— 
Kumpanija responsabbli għat-transitu ta’ flus kontanti li mhijiex istituzzjoni ta’ ħlas
— 
Kummerċjant (bejjiegħ bl-imnut)
— 
Każinò
— 
Oħrajn, inklużi istituzzjonijiet ta’ ħlas fejn ma ġewx ikkategorizzati bħala waħda minn dawn ta’ hawn fuq (speċifika)

Il-persuni ta’ kuntatt:

Ismijiet:

Nri tat-telefon:

Numri tal-faks:

Indirizzi elettroniċi:

Sieħeb fl-esternalizzazzjoni (jekk rilevanti)

Isem:

Indirizz:

Kodiċi zip/postali:

Belt:

2.    Magni mħaddmin mill-klijent



Kategorija tal-magna

Numru ta’ identifikazzjoni (1)

Manifattur (1)

Isem tal-magna (1)

Identifikazzjoni (1)

(sistema ta’ detezzjoni/verżjonijiet tas-softwer)

Numru totali ta’ dawk operattivi

CIMs

 

 

 

 

 

CRMs

 

 

 

 

 

CCMs

 

 

 

 

 

COMs

 

 

 

 

 

(1)   Dawn id-dettalji għandhom jimtlew skont id-dettalji korrispondenti fis-sit web tal-BĊE.

3.    Magni mħaddmin mill-persunal



Kategorija tal-magna

Numru ta’ identifikazzjoni (1)

Manifattur (1)

Isem tal-magna (1)

Identifikazzjoni (1)

(sistema ta’ detezzjoni/verżjonijiet tas-softwer)

Numru totali ta’ dawk operattivi

BPMs

 

 

 

 

 

BAMs

 

 

 

 

 

TARMs

 

 

 

 

 

TAMs

 

 

 

 

 

(1)   Dawn id-dettalji għandhom jimtlew skont id-dettalji korrispondenti fis-sit web tal-BĊE.

4.    Magni li jqassmu l-flus kontanti mhux inklużi fit-tabella ta’ hawn fuq dwar il-magni mħaddma mill-klijenti



 

Numru totali ta’ dawk operattivi

ATMs

 

SCoTs

 

Oħrajn

 




Appendiċi 2

MUDELL TAR-RAPPORTAR

Data operattiva

1.    Informazzjoni dwar il-cash handler



Isem il-cash handler

 

Perjodu ta’ rapportar

 

2.    Data

L-entrati tad-data li ġejjin iridu jiġu aggregati fil-livell nazzjonali jew reġjonali, kif deċiż mill-BĊN, bl-esklużjoni tal-friegħi mbiegħda.



 

Numru totali ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati

Karti tal-flus tal-euro ssortjati bħala mhux f’kundizzjoni tajba

Karti tal-flus tal-euro rriċirkulati

EUR 5

 

 

 

EUR 10

 

 

 

EUR 20

 

 

 

EUR 50

 

 

 

EUR 100

 

 

 

EUR 200

 

 

 

EUR 500

 

 

 

Fit-tabella ta’ hawn fuq, il-kolonna bl-intestatura “Numru totali ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati” trid tinkludi n-numru totali ta’ karti tal-flus tal-euro li l-awtentiċità u l-kundizzjoni tagħhom ġew ivverifikati minn magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus, jiġifieri magni li jirriċiklaw il-flus (CRMs), magni cash-out (COMs), magni għar-riċiklaġġ li jassistu lill-kaxxier (TARMs) u magni li jipproċessaw il-karti tal-flus (BPMs), u magni cash-in u cash-out ikkombinati (CCMs) bil-verifika fakultattiva tal-kundizzjoni. Dawn il-karti tal-flus li ġejjin m’għandhomx ikunu inklużi f’din id-data: (a) karti tal-flus li l-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni tagħhom issir manwalment, pereżempju, operazzjonijiet barra l-Borża jew operazzjonijiet tal-back office; (b) karti tal-flus li ġew ivverifikati għall-awtentiċità iżda mhux għall-kundizzjoni fuq magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus, pereżempju, karti tal-flus awtentikati fuq magni cash-in (CIMs), CCMs (mingħajr verifika fakultattiva tal-kundizzjoni), magni li jassistu lill-kaxxier (TAMs) u magni li jawtentikaw il-karti tal-flus (BAMs).

Il-kolonna bl-intestatura “Karti tal-flus tal-euro ssortjati bħala mhux f’kundizzjoni tajba” hija subsett tan-numru totali ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati u trid tinkludi n-numru ta’ karti tal-flus li ġew ikklassifikati mill-magni bħala ġenwini u mhux f’kundizzjoni tajba (jiġifieri kategorija 4b). Din l-entrata tad-data hija relatata mal-CRMs, is-COMs, it-TARMs u l-BPMs, u mas-CCMs bil-verifika fakultattiva tal-kundizzjoni.

Il-kolonna bl-intestatura “Karti tal-flus tal-euro riċirkulati” hija subsett tan-numru totali ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati u:

(a) 

għas-CRMs, is-COMs u t-TARMs, għandha tinkludi n-numru ta’ karti tal-flus li ġew ikklassifikati mill-magni bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba (jiġifieri, kategorija 4a) u mqassma lill-klijenti kif ipprovdut mill-istatistika tal-magni;

(b) 

għall-BPMs u s-CCMs bil-verifika fakultattiva tal-kundizzjoni, trid tinkludi n-numru tal-karti tal-flus li ġew ikklassifikati mill-magni bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba (jiġifieri, kategorija 4a) u li ma ġewx irritornati lill-BĊN, iżda nżammu bl-intenzjoni li l-karti tal-flus jiġu rriċirkulati lura fiċ-ċiklu tal-flus kontanti.



Numru ta’ karti tal-flus tal-euro mqassmin permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti u magni li jqassmu l-flus kontanti

 

Jekk BĊN japplika l-eċċezzjoni għall-friegħi mbiegħda stabbilita fl-Artikolu 7, din id-data hija obbligatorja għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ dak l-Istat Membru. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkonsultaw lill-BĊNi tagħhom sabiex jaċċertaw ruħhom dwar jekk din id-data għandhiex tiġi rrapportata.




Appendiċi 3

FRIEGĦI MBIEGĦDA TA’ ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU

Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta biss minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom friegħi mbiegħda kif imsemmi fl-Artikolu 7(1).

1. Informazzjoni dwar l-istituzzjoni ta’ kreditu



Isem l-istituzzjoni ta’ kreditu

 

Perjodu ta’ rapportar

 

2. Data



Isem il-fergħa mbiegħda

Indirizz

Numru ta’ karti tal-flus tal-euro mqassmin permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti u magni li jqassmu l-flus kontanti

 

 

 



( 1 ) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

( 2 ) Id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 tad-19 ta’ April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 16).

( 3 ) www.ecb.europa.eu.

( 4 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6).

Fuq