EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018HB0018
Recommendation of the European Central Bank of 6 July 2018 to the Council of the European Union on the external auditors of Banka Slovenije (ECB/2018/18)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije (BĊE/2018/18)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije (BĊE/2018/18)
OJ C 260, 24.7.2018, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-6 ta’ Lulju 2018
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije
(BĊE/2018/18)
(2018/C 260/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banka Slovenije, Ernst & Young revizija, poslovno svetovanje, d.o.o., intemm wara l-verifika g]as-sena finanzjarja 2017. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2018 íl quddiem. |
(3) |
Banka Slovenije għażel lil Ernst & Young revizija, poslovno svetovanje, d.o.o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sa 2020, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi Ernst & Young revizija, poslovno svetovanje, d.o.o. jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2018 sa 2021.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Lulju 2018.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI