EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013HB0051
Recommendation of the European Central Bank of 17 December 2013 to the Council of the European Union on the external auditors of Banque centrale du Luxembourg (ECB/2013/51)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ Diċembru 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg (BĊE/2013/51)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ Diċembru 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg (BĊE/2013/51)
OJ C 378, 24.12.2013, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/15 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-17 ta’ Diċembru 2013
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg
(BĊE/2013/51)
2013/C 378/04
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni li għandu bħalissa l-Banque centrale du Luxembourg ser jintemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2013. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2014. |
(3) |
Il-Banque centrale du Luxembourg għażel lil DELOITTE AUDIT SARL bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2014 sa 2018, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li DELOITTE AUDIT SARL għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg għas-snin finanzjarji 2014 sa 2018.
Magħmula fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Diċembru 2013.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI