EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011AB0058
Opinion of the European Central Bank of 5 July 2011 on a proposal for a directive of the European Parliament and of the Council on credit agreements relating to residential property (CON/2011/58)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta’ Lulju 2011 , dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà residenzjali (CON/2011/58)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta’ Lulju 2011 , dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà residenzjali (CON/2011/58)
OJ C 240, 18.8.2011, p. 3–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 240/3 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-5 ta’ Lulju 2011,
dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà residenzjali
(CON/2011/58)
2011/C 240/04
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-18 ta’ April 2011, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà residenzjali (1) (minn hawn ’l quddiem “id-direttiva proposta”).
Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi d-direttiva proposta fiha dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
1. Osservazzjonijiet ġenerali
Il-BĊE jilqa’ d-direttiva proposta, li hija intiża sabiex tiffaċilita l-emerġenza ta’ suq intern li jiffunzjona mingħajr xkiel b’livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur fil-qasam tal-ftehimiet ta’ kreditu b’rabta ma’ proprjetà residenzjali. Minn perspettiva ta’ stabbiltà finanzjarja, il-BĊE jappoġġja l-miżuri mmirati biex jiżguraw li jittieħed u jingħata self b’mod responsabbli u t-trawwim mill-ġdid tal-kunfidenza tal-konsumatur. Jappoġġja wkoll il-proposti marbutin mal-qafas regolatorju u, fejn applikabbli, dak superviżorju li japplika għal istituzzjonijiet li mhumiex ta’ kreditu li jipprovdu l-ftehimiet ta’ kreditu koperti mid-direttiva proposta u għal intermedjarji tal-kreditu.
2. Self f’munita barranija
2.1. |
Waħda mill-kwistjonijiet identifikati mill-Kummissjoni Ewropea b’konnessjoni mas-self irresponsabbli fis-swieq tal-ipoteki tal-Unjoni tikkonċerna s-self iddenominat f’munita barranija illi l-konsumaturi jieħdu f’dik il-munita sabiex jieħdu vantaġġ tar-rata tal-imgħax offruta, mingħajr ma jkunu fehmu b’mod adegwat ir-riskju involut fil-munita (2). |
2.2. |
Fl-Analiżi tal-Istabbiltà Finanzjarja tiegħu, fl-2010 il-BĊE irrileva illi l-kriżi finanzjarja riċenti wriet l-importanza tar-riskji sistemiċi potenzjali assoċjati mal-prevalenza ta’ self f’munita barranija f’xi Stati Membri, u emfasizza l-ħtieġa li l-kwistjoni tiġi mmonitorjata u indirizzata, sabiextiġi evitata ċieda ulterjuri fl-istokk ta’ self f’munita barranija (3). Il-BĊE innota illi livelli għoljin ta’ self f’munita barranija lil dawk li jissellfu unhedged jistgħu jikkostitwixxu vulnerabbiltà importanti f’ċerti Stati Membri, peress illi self bħal dan jikkonverti l-iskopertura diretta tar-rata tal-kambju tas-sistema bankarja għal riskju tal-kreditu u jesponi lill-ekonomija għal riskji makro-finanzjarji sinifikanti. Barra minn dan, livell għoli ta’ dejn f’munita barranija jista’ jillimita l-ispazju għal manuvri tal-politika monetarja u l-effettività tagħha. Minħabba dawn l-effetti negattivi assoċjati mas-self f’munita barranija, il-BĊE innota l-importanza li dawk li jifformulaw il-politika jieħdu miżuri sabiex jevitaw l-akkumulazzjoni eċċessiva tiegħu fis-sistema bankarja (4). |
2.3. |
Fil-kuntest fuq imsemmi, il-BĊE irrileva illi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ politika regolatorji u superviżorji jista’ jkollha rwol importanti fit-tnaqqis tar-riskji li jirriżultaw mis-self f’munita barranija (5). Bħala prinċipju ġenerali, sabiex jiġi kkontrollat is-self f’munita barranija, dawk li jifformulaw il-politika huma mħeġġa bis-sħiħ sabiex joħolqu ambjent ġenerali operattiv għall-aġenti ekonomiċi, li jħeġġeġ it-teħid ta’ deċiżjonijiet prudenti u informat tajjeb minn dawk li jsellfu u dawk li jissellfu. Dan jinvolvi t-twettiq ta’ politiki makroekonomiċi sodi orjentati lejn l-istabbiltà u ta’ politiki għat-tisħiħ tal-ħiliet finanzjarji, regolamentazzjoni finanzjarja u superviżjoni xierqa (6). F’dan ir-rigward, id-direttiva proposta tispeċifika l-informazzjoni li għandha tingħata lill-konsumaturi fejn self għandu jingħata f’munita li hija differenti mill-munita nazzjonali ta’ min qed jissellef (7). Il-BĊE iqis illi l-informazzjoni mogħtija għandha tinkludi wkoll spjegazzjoni tar-riskji potenzjali għall-konsumaturi fejn il-kreditu huwa ddenominat f’munita barranija (8). |
3. Aċċess għal databases u reġistri pubbliċi tal-kreditu
3.1. |
Taħt id-direttiva proposta, kull Stat Membru għandu jiżgura l-aċċess non-diskriminatorju tal-kredituri (9) kollha għal databases użati f’dak l-Istat Membru sabiex tiġi evalwata l-kredibbiltà kreditizja tal-konsumaturi, u tiġi mmonitorjata l-konformità tal-konsumaturi mal-obbligi tal-kreditu tagħhom tul il-ħajja tal-ftehim ta’ kreditu. Barra minn dan, taħt id-direttiva proposta, għandhom jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi kriterji ta’ reġistrazzjoni uniformi u kundizzjonijiet għall-ipproċessar ta’ dejta li għandhom jiġu applikati lid-databases, inkluż il-limiti tar-reġistrazzjoni u d-definizzjonijiet miftiehma għal termini ewlenin użati minn dawn id-databases (10). |
3.2. |
Dwar dawn l-aspetti, ħlief għal suġġeriment tekniku għall-abbozzar (ara Emenda 1), il-BĊE jixtieq jagħmel il-kummenti li ġejjin fir-rigward tas-setgħat iddelegati lill-Kummissjoni. |
3.2.1. |
L-ewwel, id-databases li għalihom tirreferi d-direttiva proposta jinkludu databases imħaddmin minn uffiċċji privati tal-kreditu jew aġenziji tar-referenza tal-kreditu u reġistri pubbliċi tal-kreditu u li, fl-Istati Membri rispettivi, iservu biex jevalwaw l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi u biex jimmonitorjaw il-konformità tagħhom mal-obbligi tal-kreditu matul il-ħajja tal-ftehim ta’ kreditu. Reġistri ċentrali tal-kreditu jinżammu mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) f’numru ta’ Stati Membri, u uħud minnhom iservu għall-finijiet fuq imsemmija. Il-BĊE, li jaġixxi bħala xprun f’dan il-qasam (11), jappoġġja l-kooperazzjoni, l-iskambju tal-informazzjoni u l-armonizzazzjoni tad-definizzjonijiet u l-kunċetti fost ir-reġistri ċentrali tal-kreditu f’livell transkonfinali (12). Turbolenza rikorrenti fis-settur bankarju u finanzjarju emfasizzat l-importanza tar-reġistri ċentrali tal-kreditu għall-għajnuna lil istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jimmonitorjaw u jiġġestixxu r-riskju tal-kreditu b’mod effiċjenti billi jagħtuhom aċċess għal informazzjoni dwar id-dejn ta’ dawk li qed jissellfu. Reġistri ċentrali tal-kreditu huma benefiċjali għall-eżerċizzju tas-superviżjoni prudenzjali, għall-kompitu ta’ bank ċentrali li jikkontribwixxi għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u għal finijiet statistiċi. L-iżvilupp ta’ sinerġiji transkonfinali bejn reġistri ċentrali tal-kreditu għandu jikkontribwixxi wkoll biex jiġi żgurat aċċess xieraq tal-kredituri għar-reġistri ċentrali tal-kreditu. |
3.2.2. |
It-tieni, il-BĊE jappoġġja l-approċċ propost li l-Kummissjoni tiġi mogħtija setgħat iddelegati biex tiddefinixxi kriterji għar-reġistrazzjoni tal-kreditu u kundizzjonijiet għall-ipproċessar ta’ dejta uniformi li għandhom jiġu applikati lid-database bil-ħsieb li titrawwem l-armonizzazzjoni tar-regoli f’dan il-qasam. Biex jiġi żgurat illi l-produzzjoni tad-dejta tkun armonizzata u aċċessibbli biex titqassam fuq bażi transkonfinali, il-kundizzjonijiet għall-ipproċessar tad-dejta u l-kriterji għar-reġistrazzjoni tal-kreditu għandhom jeħtieġu l-identifikazzjoni ta’ sett bażiku ta’ attributi, identifikaturi komuni u definizzjoni komuni tal-kunċetti sottostanti u tal-kontenut tad-dejta. Barra minn dan, kwistjonijiet li jrrigwardaw il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-dejta kif ukoll l-aspetti relatati mal-interoperabbiltà ta’ databases nazzjonali għandhom jiġu kkunsidrati. Il-BĊE jifhem ukoll illi l-kriterji uniformi għar-reġistrazzjoni tal-kreditu għandhom jinftehmu bħala standards minimi, li jippermettu lill-uffiċji privati tal-kreditu jew aġenziji tar-referenza tal-kreditu u reġistri pubbliċi tal-kreditu, fl-isfond tal-finijiet tagħhom u tal-mudelli tan-negozju, li jiġbru tagħrif addizzjonali dwar dawk il-krediti fejn xieraq. |
3.2.3. |
It-tielet, bil-ħsieb tal-kompetenzi u l-esperjenza rispettivi tagħhom f’dan il-qasam, il-BĊE jirrakkomanda kollaborazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), il-BĊE u dawk il-banek ċentrali tas-SEBĊ li jħaddmu l-fuq imsemmija databases. Għal raġunijiet ta’ konsistenza u komprensività, il-BĊE jirrakkomanda wkoll illi l-Kummissjoni tingħata setgħat iddelegati ekwivalenti fil-kuntest tad-databases imsemmijin fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (13) fir-rigward tal-ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi. Jekk il-leġiżlatur jiddeċiedi li ma jagħtix setgħat iddelegati lill-Kummissjoni, il-BĊE għandu jirrakkomanda, illi jinbena fuq ix-xogħol li jkun diġa’ nbeda (14), u jiġu esplorati possibiltajiet għal aktar armonizzazzjoni ta’ regoli u prattiċi f’livell ta’ Unjoni, billi jiġu kkunsidrati wkoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-fora internazzjonali, per eżempju fir-rigward tas-sorveljanza effettiva tas-sistemi għar-rapportar tal-kreditu (15). |
4. Osservazzjonijiet tekniċi oħrajn
Differenti mid-Direttiva 2008/48/KE (16) jew il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-konsumatur (17), id-direttiva proposta ma tindirizzax dritt armonizzat ta’ ġbid għall-konsumaturi fl-Unjoni kollha. Minħabba d-daqs tal-impenji finanzjarji tal-konsumaturi taħt ftehimiet ta’ kreditu b’rabta ma’ proprjetà residenzjali, u sabiex isir kontribut għall-istabbiltà finanzjarja u għall-għoti u teħid ta’ self responsabbli, il-BĊE jirrakkomanda li tiġi eżaminata, diġà’ matul il-proċess leġiżlattiv li għaddej, in-neċessità li jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar id-dritt tal-irtirar fid-direttiva proposta (18).
Fejn il-BĊE jirrakkomanda illi d-direttiva proposta tiġi emendata, qed jiġu stabbiliti fl-Anness għal dan il-għan proposti speċifiċi għall-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Lulju 2011.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) KUMM(2011) 142 finali.
(2) Ara l-premessa 4 tad-direttiva proposta.
(3) Financial Stability Review tal-BĊE, Ġunju 2010, p. 167.
(4) F’dan ir-rigward, ara l-Opinjoni tal-BĊE CON/2010/62 tal-4 ta’ Awwissu 2010 dwar emendi għal diversi liġijiet li jirrigwardaw it-tnaqqis tal-iżbilanċi finanzjarji, paragrafu 3.1.1. L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-BĊE http://www.ecb.europa.eu
(5) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 3.
(6) Opinjoni tal-BĊE CON/2010/62 tal-4 ta’ Awwissu 2010 dwar emendi għal diversi liġijiet li jirrigwardaw it-tnaqqis tal-iżbilanċi finanzjarji, paragrafu 3.1.2.
(7) Per eżempju, il-formola użata sabiex jiġu kkalkolati d-differenzjali fir-rata tal-kambju u l-frekwenza tal-aġġustament tagħhom jew eżempji numeriċi li jillustraw kif bidliet għar-rata tal-kambju rilevanti jistgħu jaffettwaw l-ammont tal-ħlasijiet akkont (ara l-Anness II tad-direttiva proposta, “Fuljett Ewropew ta' Informazzjoni Standardizzata (FEIS)”, u b’mod partikolari l-Parti B tiegħu, Taqsima 2(2) u Taqsima 5).
(8) Artikolu 9(1)(f) tad-direttiva proposta.
(9) Fil-kuntest tad-direttiva proposta, dan il-kunċett ikopri kemm l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll dawk l-istituzzjonijiet li mhumiex ta’ kreditu li jipprovdu ftehimiet b’rabta ma’ proprjetà residenzjali.
(10) Artikolu 16(2) tad-direttiva proposta.
(11) Ara l-Memorandum ta’ Ftehim dwar l-Iskambju ta’ Informazzjoni bejn reġistri ċentrali tal-kreditu nazzjonali biex tiġi mgħoddija lil istituzzjonijiet li jirrapportaw (“MoU”), April 2010, p. 1 sa 18.
(12) Ara l-Opinjoni tal-BĊE CON/2001/12 tal-31 ta’ Mejju 2001 fuq talba tal-Ministru tal-Ekonomija Spanjol dwar abbozz ta’ liġi li ddaħħal emendi għal bosta liġijiet li jirregolaw is-suq finanzjarju Spanjol.
(13) ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.
(14) Ara, per eżempju, ir-rapport tal-Bank Dinji dwar ir-rappurtar tal-kreditu ta’ marzu 2011, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Bank Dinji http://siteresources.worldbank.org (p. 8.25 u 53 sa 59) jew il-Peer Review Report tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, “Thematic Review on Mortgage Underwriting and Origination Practices”, 17 ta’ Marzu 2011, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja www.financialstabilityboard.org
(15) Ara r-Rapport tal-Grupp t’Esperti dwar Credit Histories, DĠ Suq Intern u Servizzi, Mejju 2009, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni http://ec.europa.eu
(16) Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/48/KE.
(17) KUMM(2008) 614 finali. L-eżitu tal-ewwel qari tal-Parlament Ewropew huwa disponibbi fis-sit elettorniku tal-Kunsill fuq http://register.consilium.europa.eu
(18) Il-Kummissjoni tissuġġerixxi illi jsir eżami tan-neċessità li jiddaħħlu drittijiet u obbligi fir-rigward tal-istadju prekuntrattwali tal-ftehimiet ta’ kreditu fl-okkażjoni tar-reviżjoi tad-direttiva futura (Ara l-Artikolu 31(f) tad-direttiva proposta).
ANNESS
Proposti għall-abbozzar
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
||||
Emenda 1 |
|||||
Artikolu 16(1) u (2) |
|||||
“1. Kull Stat Membru għandu jiżgura aċċess non-diskriminatorju għal databases użati f’dak l-Istat Membru lill-kredituri kollha biex jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi u għall-monitoraġġ tal-konformità tal-konsumaturi mal-obbligi kreditizji matul il-ħajja tal-ftehim tal-kreditu.databases databases 2. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28, biex tiddefinixxi kriterji uniformi għar-reġistrazzjoi tal-kreditu u l-kundizzjonijet tal-ipproċessar tad-dejta li għandhom jiġu applikati għad-databases imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. B’mod partikolari, dawn l-atti ddelegati għandhom jiddefinixxu l-limiti massimi tar-reġistrazzjoni li għandhom jiġu applikati għal dawn id-databases u għandhom jipprovdu definizzjonijiet miftiehma għat-termini ewlenin użati minn dawn id-databases.” |
“1. Kull Stat Membru għandu jiżgura aċċess non-diskriminatorju għal databases użati f’dak l-Istat Membru lill-kredituri minn Stati Membri oħra biex jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi u għall-monitoraġġ tal-konformità tal-konsumaturi mal-obbligi kreditizji matul il-ħajja tal-ftehim tal-kreditu. Dawn databases jinkludu databases mħaddmin minn uffiċċji privati tal-kreditu jew aġenziji ta' referenza tal-kreditu u r-reġistri pubbliċi tal-kreditu mħaddmin minn banek ċentrali jew awtoritajiet pubbliċi oħrajn. 2. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28, biex tiddefinixxi, b’konsultazzjoni mal-ABE, il-BĊE u dawk il-banek ċentrali tas-Sisetma Ewropea tal-Banek Ċentrali li jħaddmu d-databases imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kriterji uniformi għar-reġistrazzjoi tal-kreditu u l-kundizzjonijet tal-ipproċessar tad-dejta li għandhom jiġu applikati għal dawn id-databases. B’mod partikolari, dawn l-atti ddelegati għandhom jiddefinixxu l-limiti massimi tar-reġistrazzjoni li għandhom jiġu applikati għal dawn id-databases u għandhom jipprovdu definizzjonijiet miftiehma għat-termini ewlenin użati minn dawn id-databases.” |
||||
Spjegazzjoni Il-BĊE jissuġġerixxi, konsistentement mad-Direttiva 2008/48/KE, li d-direttiva proposta tirreferixxi għal “kredituri minn Stati Membri oħrajn”. Barra minn dan, l-għan tal-emendi proposti għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 huwa li jikkjarifika illi: (a) numru ta’ reġistri pubbliċi tal-kreditu huma mħaddmin minn banek ċentrali u awtoritajiet pubbliċi oħrajn; u (b) il-Kummissjoni tibbenefika mill-esperjenza tal-ABE, tal-BĊE u ta’ BĊNi rilevanti tas-SEBĊ għat-tħejjija tal-abbozzi tal-atti ddelegati f’dan il-qasam. |
|||||
Emenda 2 |
|||||
Artikolu 9(1)(f) |
|||||
|
|
||||
Spjegazzjoni It-tagħrif ġenerali dwar il-ftehimiet ta’ kreditu għandu jinkludi wkoll tagħrif dwar ir-riskji potenzjali mġarrba meta s-self ikun iddenominat f’munita barranija, per eżempju l-impatt ta’ bidliet fuq ir-rata tal-kambju rilevanti. |
|||||
Emenda 3 |
|||||
Artikolu 10(1)(ċ) |
|||||
|
|
||||
Spjegazzjoni Għal raġunijiet ta’ trasparenza, din l-informazzjoni għandha tingħata lill-konsumatur fiċ-ċirkostanzi kollha. |
|||||
Emenda 4 |
|||||
Artikolu 13(1) |
|||||
“1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-kredituri jinfurmaw lill-konsumatur dwar kwalunkwe bidla fir-rata tat-teħid tas-self, bil-miktub jew mezz durabbli ieħor, qabel ma tidħol fis-seħħ il-bidla. L-informazzjoni għandha tinkludi l-ammont tar-ripagamenti li għandhom isiru wara d-dħul fis-seħħ tar-rata tat-teħid tas-self il-ġdida u fil-każijiet fejn jinbidel l-għadd jew il-frekwenza tal-pagamenti, id-dettajli dwar dan.” |
“1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-kreditur jinforma lill-konsumatur dwar kwalunkwe bidla fir-rata tat-teħid tas-self, bil-miktub jew b’mezz durabbli ieħor, bħala regola tal-anqas xahar qabel ma tidħol fis-seħħ il-bidla. L-informazzjoni għandha tiddikjara l-ammont tar-ripagamenti li għandhom isiru wara d-dħul fis-seħħ tar-rata tat-teħid tas-self il-ġdida u, fil-każijiet fejn jinbidel l-għadd jew il-frekwenza tal-pagamenti, id-dettajli dwar dan.” |
||||
Spjegazzjoni Huwa importanti illi l-konsumatur jingħata biżżejjed bil-quddiem informazzjoni dwar bidliet fir-rata tat-teħid tas-self. |
|||||
Emenda 5 |
|||||
Anness II, Parti B, Taqsima 6(4) |
|||||
“[…] Il-kreditur għandu jinkludi wkoll: (1) fejn rilevanti, il-limiti massimi u l-limiti minimi applikabbli; (2) eżempju ta’ kif l-ammont tal-pagament akkont ivarja meta r-rata tal-imgħax tiżdied jew tonqos b’1 % jew b’perċentwali ogħla, fejn dan huwa aktar realistiku fid-dawl tad-daqs tat-tibdil normali fir-rata tal-imgħax u (3) fejn ikun hemm limitu massimu, l-ammont tal-pagament akkont fl-agħar xenarju.” |
“[…] Il-kreditur għandu jinkludi wkoll: (1) fejn rilevanti, il-limiti massimi u l-limiti minimi applikabbli; (2) eżempju ta’ kif l-ammont tal-pagament akkont ivarja meta r-rata tal-imgħax tiżdied jew tonqos b’2 % punti perċentwali jew aktar, fejn dan huwa aktar realistiku fid-dawl tad-daqs tat-tibdil normali fir-rata tal-imgħax u (3) fejn ikun hemm limitu massimu, l-ammont tal-pagament akkont fl-agħar xenarju.” |
||||
Spjegazzjoni Id-dewmien ta’ tehim ta’ kreditu b’rabta ma’ proprjetà residenzjali jista’ jkun ta’ bosta għexieren ta’ snin. Konsegwentement, huwa probabbli ħafna illi, matul dan il-perijod, ir-rati ta’ imgħax ser jiżdiedu b’aktar minn punt perċentwali. Jekk il-ftehim ta’ kreditu jiġi konkluż matul perijodu meta r-rati ta’ imgħax ikunu baxxi, din iż-żieda hija kważi ċerta. Dawk li jissellfu għandhom jingħataw informazzjoni biżżejed sabiex ikunu jistgħu jifhmu l-impatt ta’ żieda prospettiva fir-rata ta’ imgħax. Bħala tali, bidla ta’ punt perċentwali hija żgħira ħafna meta jitqies l-impatt ta’ bidliet fir-rati ta’ imgħax fuq il-pagamenti akkont. F’dan l-isfond, żieda ta’ 2 punti perċentwali tagħti stampa aħjar ta’ kemm il-pagamenti akkont jintlaqtu minn żidiet fir-rata ta’ imgħax. |
(1) Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.