EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012AB0056
Opinion of the Governing Council of the European Central Bank of 18 July 2012 on a Council recommendation on the appointment of a member of the Executive Board of the European Central Bank (CON/2012/56)
Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 18 ta’ Lulju 2012 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2012/56)
Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 18 ta’ Lulju 2012 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2012/56)
OJ C 218, 24.7.2012, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/3 |
OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta’ Lulju 2012
dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
(CON/2012/56)
2012/C 218/04
Introduzzjoni u bażi legali
Fis-16 ta’ Lulju 2012, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 (1) dwar il-ħatra ta’ membru ta’ Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Osservazzjonijiet ġenerali
1. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li ġiet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew, u li fuqha qed jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrakkomanda illi Yves MERSCH jinħatar bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għal mandat ta’ tmien snin. |
2. |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-opinjoni illi l-kandidat propost huwa persuna ta’ statura rikonoxxuta u esperjenza professjonali fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat. |
3. |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu ebda oġġezzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jaħtar lil Yves MERSCH bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ Lulju 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.