EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008AB0037
Opinion of the European Central Bank of 7 August 2008 on a proposal for a directive amending Directive 98/26/EC and Directive 2002/47/EC (CON/2008/37)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 7 ta' Awwissu 2008 fuq proposta għal direttiva li temenda d-Direttiva 98/26/KE u d-Direttiva 2002/47/KE (CON/2008/37)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 7 ta' Awwissu 2008 fuq proposta għal direttiva li temenda d-Direttiva 98/26/KE u d-Direttiva 2002/47/KE (CON/2008/37)
OJ C 216, 23.8.2008, p. 1–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 216/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-7 ta' Awwissu 2008
fuq proposta għal direttiva li temenda d-Direttiva 98/26/KE u d-Direttiva 2002/47/KE
(CON/2008/37)
(2008/C 216/01)
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-22 ta' Mejju 2008 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal opinjoni fuq proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali fir-rigward ta' sistemi konnessi u klejms ta' kreditu (1) (aktar 'il quddiem “id-direttiva proposta”).
Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 105(4) tat-Trattat li jistabbilixi l-Komunità Ewropea. Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Emendi għad-Direttiva 98/26/KE
1. Settlement ta' matul il-lejl
Il-BĊE jappoġġa li tiġi estiża l-protezzjoni ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 98/26/KE (2) għas-servizzi ta' settlement ta' matul il-lejl, li huwa essenzjali billi l-proċedura ta' settlement ta' matul il-lejl qed tiġi użata dejjem aktar ta' spiss biex tiffaċilita s-settlement ta' trasferimenti b'ammont kbir u bl-imnut.
2. Protezzjoni tal-kollaterali mill-effetti ta' l-insolvenza
2.1 |
Il-BĊE jipproponi li ssir emenda wkoll fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 98/26/KE għal dawn ir-raġunijiet. Taħt l-Artikolu 9(1), id-drittijiet tal-BĊE u l-banek ċentrali ta' l-Istati Membri għall-sigurtajiet kollaterali li jingħatawlhom mhumiex affettwati bil-proċeduri ta' insolvenza magħmulin kontra l-parteċipant jew il-kontraparti li tkun tat il-sigurtà kollaterali. Din il-sigurtà kollaterali tista' tintuża għas-sodisfazzjoni ta' dawn il-klejms. Ikun hemm ftit ambigwità jekk l-Artikolu 9(1) ikollu jiġi interpretat fis-sens li l-sigurtà kollaterali mogħtija fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' bank ċentrali, inkluż tranżazzjonijiet ta' emerġenza, tiġi protetta biss mill-effetti tal-proċeduri ta' insolvenza magħmulin kontra bank ċentrali parteċipant jew kontraparti li tkun ipprovdiet il-bank ċentrali b'sigurtà kollaterali. Meta tiġi vvalutata l-protezzjoni tal-kollatrali pprovduta lill-banek ċentrali għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-banek ċentrali skond id-Direttiva 98/26/KE, tinqala' l-inċertezza jekk il-protezzjoni mogħtija lill-banek ċentrali tkoprix l-għoti ta' sigurtà kollaterali li toriġina minn terza parti li mhijiex parteċipanti f'sistema operata minn bank ċentrali jew kontraparti ta' bank ċentrali. |
2.2 |
Bħalissa, jidher li xi Stati Membri ttrasponew l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 98/26/KE b'mod li ma jipproteġix il-kollateral pprovdut lil banek ċentrali minn terza parti li mhijiex waħda mill- parteċipanti ta' bank ċentrali jew kontraparti, filwaqt li l-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri ttrasponew l-Artikolu 9(1) biex jipproteġu espliċitament il-sigurtà kollaterali pprovduta lill-banek ċentrali minn dawn it-terzi partijiet. Barra minn hekk, xi Stati Membri ttrasponew il-kliem tad-dispożizzjoni in kwistjoni letteralment, u f'dawn il-ġurisdizzjonijiet, hija suġġett għall-interpretazzjoni l-kwistjoni jekk il-kollateral pprovdut lill-banek ċentrali minn dawn it-terzi partijiet hijiex protetta. |
2.3 |
Minħabba dak li ntqal hawn fuq, il-kjarifikazzjoni tal-kliem ta' l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 98/26/KE tiżgura l-protezzjoni armonizzata tal-ġaranzija kollaterali pprovduta lill-banek ċentrali minn kwalunkwe terza parti inkluż, imma mhux limitat għal, affiljati tal-parteċipanti f'sistema operata minn bank ċentrali jew kontrapartijiet ta' bank ċentrali. Dan jiżgura ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-kreditu kkollateralizzat pprovdut mill-banek ċentrali u, b'mod aktar speċifiku, jipproteġi servizzi ta' pooling ta' likwidità moderni, per eżempju fit-TARGET2 kontra l-insolvenza ta' kull terza parti li tipprovdi ġaranzija kollaterali f'isem parteċipant f'sistema ta' bank ċentrali. Din ir-riforma tista' tkun ta' rilevanza partikolari għall-operazzjonijiet ta' likwidità ta' bank ċentrali matul żminijiet ta' diffikultà finanzjarja, fejn wieħed jista' jistenna li l-likwidità estiża lill-kontraparti tista' tiġi kkollateralizzata minn terza parti f'isem il-kontraparti. |
3. Parteċipazzjoni f'sistema
3.1 |
L-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 98/26/KE jippermetti lill-Istati Membri biex jikkunsidraw “parteċipant indirett” bħala “parteċipant”, jekk meħtieġ minħabba riskju sistemiku u bil-kundizzjoni li l-parteċipant indirett huwa magħruf fis-sistema. Li jkun “magħruf fis-sistema” huwa rekwiżit utli, billi s-sistema ma tkunx tista' altrimenti tidentifika liema parteċipanti indiretti jidħlu fl-ambitu ta' protezzjoni mogħtija lis-sistema. B'hekk għandu jiddaħħal proviso fid-definizzjoni ta' “parteċipant indirett” li jeħtieġ li parteċipanti indiretti għandhom ikunu magħrufin lill-operatur tas-sistema. Dan jiffaċilita wkoll l-obbligu ta' l-operatur tas-sistema, taħt it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 10, li jiżvela lill-Istat Membru li l-liġi tiegħu tapplika l-parteċipanti fis-sistema rilevanti, inkluż kull parteċipant indirett possibbli, kif ukoll kull bidla fihom. |
3.2 |
Biex ma jkunx hemm dubju, id-definizzjonijiet kemm ta' parteċipant u ta' parteċipant indirett għandhom jiġu emendati biex jikkarifikaw li dawn id-definizzjonijiet huma eżawrjenti u jinkludu biss it-tipi speċifiċi ta' entitajiet ennumerati fit-termini mfissrin. Kull differenza fl-applikazzjoni tista' tipperikola l-protezzjoni mogħtija mid-Direttiva 98/26/KE għal sistemi li joperaw transkonfini. |
3.3 |
Minbarra dan, il-kelma “sistema” fid-definizzjonijiet ta' parteċipant u parteċipant indirett għandha tinbidel, meta jkun xieraq, bil-kliem ġdid “operatur tas-sistema” billi s-sistemi ġeneralment ma jkollhomx personalità ġuridika u huwa l-operatur tas-sistema li jaġixxi bħala parteċipant f'sistema oħra biex b'hekk jiġi żgurat li jkun hemm parteċipazzjoni matul is-sistemi kollha. |
4. Definizzjoni ta' sistema
4.1 |
Id-definizzjoni ta' sistema skond l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 98/26/KE għandha tiġi emendata. Il-kelma “sistema” għandha tirrifletti b'mod adegwat il-firxa sħiħa ta' arranġamenti eżistenti, biex il-protezzjoni mogħtija mid-Direttiva 98/26/KE tapplika għall-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta' sistemi biex b'hekk jiġi mminimizzat ir-riskju sistemiku. B'mod partikolari d-definizzjoni preżenti fl-ewwel u fit-tieni paragrafi Artikolu 2(a) ma tirriflettix b'mod preċiż kif inhuma stabbliti l-parti l-kbira tas-sistemi. Fil-maġġoranza tas-sistemi, l-arranġament li jistabbilixxi s-sistema mhuwiex sempliċiment kuntratt bejn il-parteċipanti, imma sett ta' regoli u regolamenti għall-operazzjoni tas-sistema kif adottat mill-operatur tas-sistema jew permezz ta' atti legali. Il-parteċipanti huma mistennija li jaderixxu ma' dawn ir-regoli. Sistemi bbażati fuq arranġament kuntrattwali multilaterali huma l-eċċezzjoni u mhux ir-regola, kif qed jiġi assunt bil-kliem preżenti ta' l-Artikolu 2(a). Operatur ta' sistema, bħad-depożitu tal-garanziji ċentrali, borża jew bank ċentrali, ġeneralment iwaqqaf sistema unilaterlament. F'dan il-kuntest, l-Artikolu 2(a) għandu jiġi abbozzat biex arranġament formali jista' jiġi stabbilit jew b'kuntratt, b'kundizzjonijiet ta' negozju standard jew bil-leġiżlazzjoni, jiġifieri att jew regolament ta' implimentazzjoni. Għalhekk id-definizzjoni ta' sistema għandha tirreferi għal arranġament formali “li jikkomprendi”, minflok “bejn”, tliet parteċipanti jew iżjed u din il-bidla tinneċessita emenda konsegwenzjali għat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 2(a). |
4.2 |
Taħt id-definizzjoni preżenti ta' sistema mhuwiex ċar jekk sistemi ta' kklerjar bħall-kontrapartijiet ċentrali jew clearing houses humiex protetti kontra riskju sistemiku taħt id-Direttiva 98/26/KE. Għalkemm, biex tiġi evitata l-inċertezza, numru ta' Stati Membri nnotifikaw sistemi ta' kklerjar lill-Kummissjoni kif provdut fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 2(a), il-kliem “ikkerjar jew” għandu jiżded qabel “twettiq ta' ordnijiet ta' trasferiment” fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 2(a), biex dawn it-tipi ta' entitajiet jistgħu jiġu kkunsidrati b'mod ċar bħala sistemi fihom innifishom. |
4.3 |
Barra minn hekk, il-kelma sistema għandha tiġi ddefinita flessibbilment biex tkopri kull żvilupp fil-futur fl-organizzazzjoni ta' sistemi. B'mod partikolari, għandha tkun biżżejjed wiesgħa biex tkopri kull sistema futura li tista' tiġi żviluppata b'strument legali tal-BĊE li jorbot lill-parteċipanti permezz ta' arranġament li jsir mal-BĊE u regolat bil-liġi ta' Stat Membru. Fi kwalunkwe każ, sistema stabbilita minn strument legali tal-BĊE għandha taqa' wkoll fid-definizzjoni tal-kelma sistema fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 98/26/KE. |
5. Dħul fis-seħħ, irrevokabbilità u sistemi interoperabbli
5.1 |
Il-BĊE jikkunsidra li l-kunċett tal-“mument ta' dħul” f'sistema għall-finijiet ta' l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 98/26/KE jeħtieġ kjarifika. B'mod aktar speċifiku, l-Artikolu 3(3) jgħid li l-mument ta' dħul ta' ordni ta' trasferiment fis-sistema huwa ddefinit mir-regoli ta' dik is-sistema. Il-mument ta' dħul innifsu mhuwiex ddefinit u għalhekk ivarja bejn is-sistemi kemm fir-rigward tad-definizzjoni tiegħu u l-mument ta' dħul attwali. Meta l-liġi nazzjonali li tirregola s-sistema tiddefinixxi l-mument ta' dħul, ir-regoli tas-sistema għandhom ikunu konformi ma' dawn id-definizzjonijiet. Iżda l-liġi nazzjonali għandha tippermetti biżżejjed flessibbilità għar-regoli tas-sistema fuq il-mument tad-dħul biex ikunu aġġustabbli biex jikkunsidraw in-natura speċifika ta' operazzjonijiet ta' sistema partikolari u biex jiproteġu proċeduri sofistikati ta' settlement/ottimizzazzjoni. Barra minn hekk, huwa importanti li bejn sistemi introperabbli, ir-regoli tas-sistemi kollha li huma involuti għandhom jiġu permessi jiddefinixxu l-mument ta' dħul b'flessibbilità biżżejjed biex jiġi protett cross-system settlement u b'hekk tiġi żgurata l-interoperabbilità. Il-BĊE jirrakkomanda li jiġi b'hekk ikkjarifikat l-Artikolu 3(4) biex titneħħa kull ambigwità madwar il-fatt li s-sistemi għandhom ċertu grad ta' diskrezzjoni fl-ispeċifikazzjoni tal-mument xieraq ta' dħul, mingħajr restrizzjoni minn dan l-aspett fid-dritt nazzjonali, li jista' jkun riġidu u diffiċli li jinbidel. Japplikaw kunsiderazzjonijiet simili għall-kunċett ta' irrevokabbilità għall-finijiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/26/KE. |
5.2 |
Il-BĊE jappoġġa l-emendi dwar sistemi interoperabbli, billi n-numru u l-importanza ta' dawn is-sistemi żdiedu b'mod sinjifikanti mill-adozzjoni tad-Direttiva 98/26/KE. B'mod partikolari, sistemi stabbilew konnessjonijiet kif ukoll għamlu konnessjonijiet ma' xulxin u jaċċedu għal sistemi oħrajn bħala parteċipanti jew permezz ta' interfaces oħrajn. Iżda, l-BĊE jissuġġerixxi li l-kelma “sistema” fid-definizzjoni ta' “sistema interoperabbli” tinbidel ma' “arranġamenti” bejn żewġ sistemi jew aktar biex kull tip ta' konnessjoni jiġi inkluż waqt li fl-istess ħin jiġi evitat li tingħata l-impressjoni li nħolqot kategorija ġdida ta' sistemi. Biex jingħata eżempju prattiku, l-infrastrutura ta' ħlas tat-TARGET2 (3) ta' l-Ewrosistema jikkonsisti minn moltpliċità ta' sistemi ta' ħlas separati legalment li huma interkonnessi bi pjattaforma teknika waħda bbażata fuq Linja ta' Gwida tal-BĊE. Barra minn hekk, aktar minn 60 sistema oħra, inklużi dawk tal-pajjiżi li mhumiex fiż-żona ta' l-euro, huma konnessi mat-TARGET2 jew bi parteċipazzjoni jew permezz ta' arranġamenti bilaterali permezz ta' interface ta' sistema anċillari. |
6. Notifika ta' operaturi ta' sistema u sorveljanza
Il-BĊE jilqa' id-definizzjoni ta' operatur tas-sistema fl-Artikolu 2(o) il-ġdid waqt li jikkunsidra li di nid-definizzjoni għandha tiġi kemmxejn emendata sabiex jiġi żgurat li tkopri sistemi li jikkonsistu minn diversi parteċipanti mingħajr operatur waħdieni tas-sistema. Għall-istess raġuni, it-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva għandu jiġi kemmxejn emendat biex jiġi żhurat li l-piż talprova dwar il-konoxxenza tal-insolvenza jaqa' fuq l-operatur rilevanti tas-sistema. Barra dan, il-BĊE jaqbel ukoll mal-proposta biex jemenda l-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/26/KE biex l-Istati Membri, minbarra li jinnotifikaw sistemi lill-Kummissjoni, jindikaw ukoll l-operatur tas-sistema. Iżda, fid-dawl tas-suġġeriment tal-BĊE fil-paragrafu 4.3 aktar 'il fuq, fejn qed jiġi propost li d-definizzjoni ta' sistema għandha tinkludi sistemi stabbiliti bi strument legali tal-BĊE, il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 10 għandu jiġi emendat biex l-Istati Membri jew l-BĊE, kif ikun xieraq, jinnotifkaw sistemi u operaturi ta' sistemi lill-Kummissjoni. Il-BĊE jikkunsidra li l-Artikolu 10(3) u (4), li tħallew barra fil-proposta tal-Kummissjoni, għandhom jerġgħu jidħlu. Barra minn hekk, l-Artikolu 10(3), li jirrikonoxxi l-poteri ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jawtorizzaw u jissorveljaw is-sistemi, għandu jgħid li l-kompetenza ta' sorveljanza tal-banek ċentrali, ibbażata fuq l-istabbilità finanzjarja tagħhom, għandha tiġi rrispettata.
7. Istituzzjonijiet ta' l-E-money bħala parteċipanti ta' sistemi
Id-definizzjoni ta' 'istituzzjoni ta' kreditu' fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 98/26/KE emendat, li jirreferi għad-definizzjoni li hemm fid-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (riabbozzata) (4), għandha l-effett li tippermetti lill-istituzzjonijiet ta' l-e-money biex isiru parteċipanti f'sistemi indikati skond id-Direttiva 98/26/KE, sakemm l-istituzzjonijiet ta' l-e-money jiġu rregolati bħala istituzzjonijet ta' kreditu. Il-BĊE iqis dan bħala emenda leġiżlattiva pożittiva li ser ttejjeb l-istabbilità tas-sistemi. Bidla fl-istatus ta' istituzzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet ta' l-e-money bħala istituzzjonijiet ta' kreditu ikunu jeħtieġu reviżjoni ulterjuri tad-Direttiva 98/26/KE.
8. Kunflitt ta' liġijiet
Regola dwar il-kunflitt tal-liġijiet sempliċi u ċara għal-aspetti kollha tas-sigurtajiet li jitniżżlu fil-kotba hija importanti għaż-żamma u t-trasferiment ta' strumenti finanzjarji effiċjenti u siguri transkonfini. Il-BĊE jikkondividi l-fehma tal-Kummissjoni li r-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet ta' bħalissa li hemm fid-Direttiva 98/26/KE, id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (5) u d-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (6) żiedu ċ-ċertezza legali biex jiġi ddeterminat liema liġi tapplika. Il-BĊE jinnota wkoll l-osservazzjonijiet magħmulin mill-Kummissjoni Ewropea fid-dokument “Conflict of laws: modernisation of the PRIMA-rule for intermediated securities” li l-applikazzjoni prattika ta' sistema waħda ta' kunflitt ta' liġijiet għall-ikklerjar u s-settlement ta' sigurtajiet transkonfini fil-Komunità tkompli tiżvela differenzi bejn l-Istati Membri fuq l-interpretazzjoni ta' “post ta' kont”. Għalhekk, is-sistema tal-Komunità għadha ma tipprovdix l-ogħla grad possibbli ta' prevedibbilità u ċertezza dwar liema liġijiet japplikaw
Għaldaqstant, il-BĊE qed isegwi b'interess kbir l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex ittejjeb iċ-ċarezza tas-sistema Komunitarja eżistenti. Minħabba l-kumplessità ta' din il-kwistjoni, il-BĊE jikkunsidra li m'għandhiex issir reviżjoni daqstant ġenerali fil-kuntest tad-direttiva proposta.
Emendi għad-Direttiva 2002/47/KE
9. Klejms ta' kreditu
9.1 |
Il-BĊE jilqa' bis-saħħa l-emendi proposti għad-Direttiva 2002/47/KE, fejn huma mmirati biex jiffaċilitaw l-użu ta' klejms ta' kreditu bħala kollaterali minn banek ċentrali. Dawn il-bdliet jagħmlu l-pożizzjoni legali tal-banek ċentrali fl-Unjoni Ewropea aktar sigura meta jieħdu klejms ta' kreditu bħala kollaterali, minħabba settijiet ta' regoli mhux armonizzati fuq il-klejms ta' kreditu fil-ġurisdizzjonijiet differenti ta' l-UE. Il-possibbilità ta' użu ta' klejms ta' kreditu bħala kollaterali f'operazzjonijiet tal-bank ċentrali hija ta' sinjifikat kbir għal-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona ta' l-euro, li għandhom ammonti kbar ta' klejms ta' kreditu fil-karti ta' bilanċ tagħhom. Ikun ta' importanza ikbar għall-Eurosistema li jkun jista' juża l-klejms ta' kreditu bħala kollaterali taħt ir-reġim mwaqqaf bid-Direttiva 2002/47/KE, fejn jiġi faċilitat l-operat informali u effiċenti ta' dan it-tip ta' assi. Għalhekk, dwar dan. il-BĊE jaqbel ma' l-adozzjoni tat-test kif propost mill-Kummissjoni mingħajr ma jingħata lill-Istati Membri xi għażla dwar l-implimentazzjoni, li xxekkel il-validità u ċ-ċertezza legali tat-teħid ta' dan il-kollaterali. |
9.2 |
Il-bidliet proposti fl-Artikolu 1(4)(a) tad-Direttiva 2002/47/KE jirrestrinġu l-applikabbilità tagħha għal klejms ta' kreditu li huma eliġibbli għall-kollateralizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' kreditu ta' bank ċentrali. Għall-finijiet tal-BĊE u ta' l-Eurosistema dan huwa biżżejjed. Iżda, l-emenda proposta tmur lil hinn mill-użu ta' klejms ta' kreditu għall-operazzjonijiet ta' bank ċentrali biss, billi tipproponi li r-regoli tad-Direttiva 2002/47/KE tapplika għal kull klejm ta' kreditu li jista' jkun eliġibbli għall-kollateralizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' kreditu fl-UE. Tqum kwistjoni ta' trasparenza dwar safejn din il-bidla proposta tippermetti dawk li jipprovdu kollaterali li mhumiex bank ċentrali li jużaw dawn il-klejms ta' kreditu eliġibbli ta' bank ċentrali għall-finijiet ta' kollaterali. B'mod partikolari, mhux il-banek ċentrali kollha ta' l-UE jista' jkollhom kriterji ta' eliġibbilità aċċessibbli faċilment għall-aċċettazzjoni ta' klejms ta' kreditu bħala kollaterali u dan jagħmilha diffiċli għal min jipprovdi kollateral li ma jkunx bank ċentrali li jiddetermina effiċjentement jekk il-klejm ta' kreditu li fiħsiebu jikkollateralizza hijiex fil-fatt eliġibbli. Barra minn hekk, il-kriterji ta' eliġibblità użati mill-Eurosistema u l-banek ċentrali li jinsabu 'l barra ż-żona ta' l-euro jistgħu jkunu differenti u dawn il-kriterji jistgħu jkunu emendati wkoll matul iż-żmien. Għalhekk, biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u kundizzjonijiet ugwali ġewwa l-UE, il-BĊE jirrakkomanda li għandha tiġi stabbilita definizzjoni sempliċi u uniformi għall-klejms ta' kreditu koperta bid-Direttiva 2002/47/KE fejn dawn il-klejms ta' kreditu ma jintrabtux ma' kriterji ta' eiġibbiltà użati mill-banek ċentrali. Definizzjoni bħal din ta' klejms ta' kreditu għall-finijiet tad-definizzjoni ta' l-iskop tad-Direttiva 2002/47/KE għandha tkun wiesgħa biżżejjed biex tinkludi klejms ta' kreditu magħmula eliġibbli mill-Eurosistema. Jekk ma tistax tiġi adottata definizzjoni uniformi, huwa ta' l-anqas importanti li jiġi żgurat li l-klejms ta' kreditu attwalment mobilizzati bħala kollaterali għall-Eurosistema jaqgħu taħt id-definizzjoni l-ġdida ta' Direttiva 2002/47/KE. |
9.3 |
L-emendi proposti ma jinkludux kjarifikazzjoni tar-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet li japplikaw għall-użu transkonfini ta' klejms ta' kreditu bħala kollaterali. It-test preżenti ta' l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/47/KE fuq ir-regoli rigward il-kunflitt ta' liġijiet għandu x'jaqsam biss ma' t-tniżżil ta' garanziji fil-kotba u b'mod ċar ma japplikax għal klejms ta' kreditu. Għall-mobilizzazzjoni transkonfini ta' klejms ta' kreditu bħala kollaterali huwa importanti bil-bosta li r-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet jiġu armonizzati. Il-klejms ta' kreditu użati bħala kollaterali jistgħu jinvolvu diversi ġurisdizzjonijiet, eż. dak tad-debitur, il-kreditur, il-ftehim eċċ u għaċ-ċertezza legali il-partijiet għandhom ikunu jafu preċiżament liema liġi tapplika għall-finijiet tal-validità u prijorità għall-mobilizzazzjoni ta' klejms ta' kreditu bħala kollaterali. Bħalissa, ir-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet fuq l-effetti ta' terzi partijiet ta' ċessjonijiet ta' klejms fl-UE mhumiex armonizzati; hemm inċertezza dwar il-liġijiet applikabbli u l-partijiet jista' jkollhom jikkonformaw mal-ħtiġijiet ta' aktar minn ġurisdizzjoni waħda biex jiksbu xi ċertezza dwar il-validità legali li jipprovdu kollaterali. Dan huwa ostakolu sinjifikanti u jiffaċilita ħafna l-użu ta' klejms ta' kreditu bħala kollaterali transkonfini ġewwa l-EU jekk ikun hemm sett uniformi ta' kunflitt ta' liġijiet miftehma għal dawn l-effett ta' terzi. Billi ma kien hemm l-ebda bidla fir-Regolament Rome I Regulation (7), huwa importanti ħafna li dawn ir-regoli jiġu inklużi fid-Direttiva 2002/47/KE. Ikun ta' benefiċċju konsiderevoli li jkun hawn regoli komuni bħal dawn. |
9.4 |
Il-BĊE jagħmel ukoll is-suġġerimenti tekniċi li ġejjin biex tiġi żgurata l-konsistenza fid-direttiva proposta fir-rigward ta' l-inklużjoni ta' klejms ta' kreditu imma anki r-rahan ta' klejms ta' kreditu huwa kopert bil-kuntest ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/47/KE, l-Artikolu 2(1)(c) għandu jiġi emendat biex jirreferi għall-intitolament sħiħ għall-kollateral finanzjarju biex jiġi kkjarifikat li r-rahan jew l-għotja ta' klejms ta' kreditu ikun kopert ukoll bil-kliem “arranġament kollaterali ta' garanzija finanzjarja”. Barra minn hekk, għandha tiżdied referenza għall-klejms ta' kreditu fl-Artikolu 2(1)(e) fid-definizzjoni ta' strumenti finanzjarji. Fl-aħħar, l-Artikolu 3 għandu jiġi emendat biex jirreferi għal “trasferiment ta' pussess” flimkien ma' reġistrazzjoni u notifika fir-rigward tal-kundizzjoni tal-validità ta' arranġament ta' kollaterali finanzjarju. |
10. Netting
Id-direttiva proposta ma tinkludi l-ebda emenda tad-dispożizzjonijiet fuq netting ta' l-insolvenza la fid-Direttiva 2002/47/KE u lanqas fid-Direttiva 98/26/KE. Iżda huwa veru li l-kapaċità li jkun hemm close out mill-insolvenza ta' kontraparti hija ta' importanza kritika fis-swieq finanzjarji. Il-kwistjoni ta' infurzar ta' close-out netting għalhekk mhijiex ristretta għall-arranġamenti finanzjarji individwali ta' kollaterali, imma hija rilevanti għat-tipi kollha ta' arranġamenti mmirati lejn it-tnaqqis tar-riskju u l-espożizzjoni tal-kreditu. Hemm bżonn ta' aktar progress fuq kif jiġi ttrattat in-netting, mhux biss fid-Direttiva 2002/47/KE, imma wkoll b'mod ġenerali l-acquis finanzjarju ta' l-UE. Per eżempju jkun ta' benefiċċju jekk tintlaħaq konsistenza akbar bejn id-diversi definizzjonijiet ta' netting u tpaċija fid-diversi atti legali ta' l-UE. Fl-istess ħin, minħabba s-sinjifikat sistemiku ta' l-eżerċizzju ta' drittijiet ta' close-out awtomatiċi kontra kreditu sistemiku sinjifikanti u istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fi swieq finanzjarji internazzjonali, hemm bżonn ta' diskussjoni usa' fil-livell ta' l-UE fuq l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet fuq close-out netting għal istituzzjonijiet finanzjarji fis-suq ta' derivativi over-the-counter, u mhux biss fil-kuntest ta' arranġamenti kollaterali finanzjarji.
11. Proposti ta' abbozzar
Meta l-pariri ta' hawn fuq iwasslu għal tibdil fid-direttiva proposta, qed jingħataw proposti ta' abbozzar fl-Anness.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 7 ta' Awwissu 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) KUMM(2008) 213 finali.
(2) Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).
(3) Linja ta' Gwida BĊE/2007/2 tas-26 ta' April 2007 fuq Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET2) (ĠU L 237, 8.9.2007, p. 1).
(4) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
(5) ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15.
(6) ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43.
(7) KUMM(2005) 650 finali.
ANNESS
PROPOSTI TA' ABBOZZAR (1)
Test propost mill-Kummissjoni (2) |
Emendi proposti mill-BĊE (3) |
||||
Emenda 1 |
|||||
Artikolu 1 tad-direttiva proposta Emenda għad-Direttiva 98/26/KE, Artikolu 2(a) |
|||||
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
||||
Għall-għan ta' din id-Direttiva: |
Għall-għan ta' din id-Direttiva: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 5 ta' l-opinjoni |
|||||
Emenda 2 |
|||||
Artikolu 1 tad-direttiva proposta Emenda għad-Direttiva 98/26/KE, Artikolu 2(f) u (g) |
|||||
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
||||
|
|
||||
|
|
||||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 3 ta' l-opinjoni |
|||||
Emenda 3 |
|||||
Artikolu 1 tad-direttiva proposta Emenda għad-Direttiva 98/26/KE, Artikolu 2(n) |
|||||
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
||||
|
|
||||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 5.2 ta' l-opinjoni |
|||||
Emenda 4 |
|||||
Artiklu 1(2)(f) tad-direttiva proposta Emenda għad-Direttiva 98/26/KE, Artikolu 2(o) |
|||||
|
|
||||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 6 ta' l-opinjoni |
|||||
Emenda 5 |
|||||
Artikolu 1(3) tad-direttiva proposta Emenda għad-Direttiva 98/26/KE, sub-paragrafu 2 ta' Artikolu 3(1) |
|||||
Fejn, eċċezzjonalment, l-ordnijiet ta' trasferiment jiddaħħlu f'sistema wara l-mument ta' bidu ta' proċeduri ta' insolvenza u jitwettqu fil-jum ta' negozju, kif ġie ddefinit mir-regoli tas-sistema, li matulu jseħħ il-bidu ta' tali proċeduri, dawn għandhom ikunu legalment inforzabbli u jorbtu lill-partijiet terzi biss jekk, wara ż-żmien tas-sald, l-operatur tas-sistema jista' jipprova li ma kienx konxju, u lanqas ma kellu jkun konxju, bil-bidu ta' tali proċeduri. |
Fejn, eċċezzjonalment, l-ordnijiet ta' trasferiment jiddaħħlu f'sistema wara l-mument ta' bidu ta' proċeduri ta' insolvenza u jitwettqu fil-jum ta' negozju, kif ġie ddefinit mir-regoli tas-sistema, li matulu jseħħ il-bidu ta' tali proċeduri, dawn għandhom ikunu legalment inforzabbli u jorbtu lill-partijiet terzi biss jekk, wara ż-żmien tas-sald, l-operatur tas-sistema rilevanti jista' jipprova li ma kienx konxju, u lanqas ma kellu jkun konxju, bil-bidu ta' tali proċeduri. |
||||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 6 ta' l-opinjoni |
|||||
Emenda 6 |
|||||
Artiklu 1 tad-direttiva proposta Emenda għad-Direttiva 98/26/KE, Artikolu 3(4) ġdid |
|||||
Artiklu 3 |
Artiklu 3 |
||||
4. Fil-każ ta' sistemi interoperabbli, kull sistema għandha tiddetermina r-regoli tagħha fil-mument ta' dħul fis-sistema tagħha. Ir-regoli ta' sistema waħda dwar il-mument ta' dħul m'għandhom ikunu affetwati mill-ebda regola tas-sistemi l-oħra li magħhom tkun interoperabbli. |
4. Fil-każ ta' arranġamenti interoperabbli, kull sistema għandha tiddetermina fir-regoli tagħha il-mument ta' dħul fis-sistema tagħha Ir-regoli ta' sistema waħda dwar il-mument ta' dħul m'għandhom ikunu affetwati mill-ebda regola tas-sistemi l-oħra li magħhom tkun interoperabbli. s abiex jiġi żgurat, sakemm hu possibli, li r-regoli tas-sistemi kollha li huma parti mill-arranġament interoperabbli huma koordinati f'dan ir-rigward. Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni espliċita fir-regoli tas-sistemi konċernati, ir-regoli ta' sistema waħda dwar il-mument ta' dħul m'għandhom ikunu affetwati mill-ebda regola tas-sistemi l-oħra li magħhom tkun interoperabbli. |
||||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 5.1 ta' l-opinjoni |
|||||
Emenda 7 |
|||||
Artikolu 1 tad-direttiva proposta Emenda għad-Direttiva 98/26/KE, Artikolu 5 |
|||||
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
||||
Ordni ta' trasferiment ma tistax tkun irrevokata minn parteċipant f'sistema, lanqas minn parti terza, mill-mument definit mir-regoli ta' dik is-sistema. |
Ordni ta' trasferiment ma tistax tkun irrevokata minn parteċipant f'sistema, lanqas minn parti terza, mill-mument definit mir-regoli ta' dik is-sistema. |
||||
Fil-każ ta' sistemi interoperabbli, kull sistema għandha tiddetermina r-regoli tagħha dwar il-mument ta' revoka fis-sistema tagħha. Ir-regoli ta' sistema waħda fil-mument ta' revoka m'għandhom ikunu affetwati mill-ebda regola tas-sistemi l-oħra li magħhom tkun interoperabbli. |
Fil-każ ta' arranġamenti interoperabbli, kull sistema għandha tiddetermina fir-regoli tagħha dwar il-mument ta' revoka fis-sistema tagħha.. Ir-regoli ta' sistema waħda fil-mument ta' revoka m'għandhom ikunu affetwati mill-ebda regola tas-sistemi l-oħra li magħhom tkun interoperabbli. irrevokabbilità, biex jiġiżgurat li r-regoli tas-sistemi kollha interoperabbli li huma parti għall-arranġament interoperabbli huma kkoordinati f'dan ir-rigward. Ħlief jekk ma jkunx stabbilit espressament mir-regoli tas-sistemi interoperabbli kollha involuti r-regoli ta' sistema waħda fil-mument ta' irrevokabbilità m'għandhom ikunu affetwati mill-ebda regola tas-sistemi l-oħra li magħhom tkun interoperabbli. |
||||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 5.1 ta' l-opinjoni |
|||||
Emenda 8 |
|||||
Artikolu 1 tad-direttiva proposta Emenda għad-Direttiva 98/26/KE, Artikolu 9(1) |
|||||
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
||||
1. Id-drittijiet ta' sistema jew ta' parteċipant għas-sigurtà kollaterali pprovduta lilha b'konnessjoni ma' sistema, u d-drittijiet tal-banek ċentrali ta' l-Istati Membri jew tal-Bank Ċentrali Ewropew għas-sigurtà kollaterali pprovduta lihom, m'għandhomx ikunu affetwati minn proċeduri ta' insolvenza kontra l-parteċipant jew il-kontroparti għall-banek ċentrali ta' l-Istati Membri jew għall-Bank Ċentrali Ewropew li pprovda s-sigurtà kollaterali. Tali sigurtà kollaterali tista' tiġi realizzata sabiex jiġu sodisfatti dawn id-drittijiet. |
1. Id-drittijiet ta' operatur ta' sistema jew ta' parteċipant għas-sigurtà kollaterali pprovduta lilha b'konnessjoni ma' sistema, u d-drittijiet tal-banek ċentrali ta' l-Istati Membri jew tal-Bank Ċentrali Ewropew għas-sigurtà kollaterali pprovduta lihom, m'għandhomx ikunu affetwati minn proċeduri ta' insolvenza kontra l-parteċipant jew il-kontroparti għall-banek ċentrali ta' l-Istati Membri jew għall-Bank Ċentrali Ewropew jew kontra kwalunkwe terza parti, inkluż imma mhux limitat għal affiljatta' dan il-parteċipant jew kontroparti, li pprovda s-sigurtà kollaterali. Tali sigurtà kollaterali tista' tiġi realizzata sabiex jiġu sodisfatti dawn id-drittijiet. |
||||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 2 ta' l-opinjoni |
|||||
Emenda 9 |
|||||
Artikolu 1 tad-direttiva proposta Emenda għad-Direttiva 98/26/KE, Artikolu 10 |
|||||
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
||||
L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw is-sistemi, u l-operaturi tas-sistemi rispettivi, li għandhom ikunu inklużi fl-ambitu ta' din id-Direttiva u għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni u jinformaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet li jkunu għażlu skond l-Artikolu 6(2). |
L-Istati Membri, jew il-BĊE, meta sistema hija stabbilita b'att legali tal-BĊE, għandhom jispeċifikaw is-sistemi, u l-operaturi tas-sistemi rispettivi, li għandhom ikunu inklużi fl-ambitu ta' din id-Direttiva u għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni u jinformaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet li jkunu għażlu skond l-Artikolu 6(2). |
||||
L-operatur tas-sistema għandu jindika lill-Istat Membru li l-liġi tiegħu hija applikabbli, il-parteċipanti fis-sistema, inkluż kwalunkwe parteċipant indirett possibbli, kif ukoll kwalunkwe bidla fihom. |
L-operatur tas-sistema għandu jindika lill-Istat Membru li l-liġi tiegħu hija applikabbli, il-parteċipanti fis-sistema, inkluż kwalunkwe parteċipant indirett possibbli, kif ukoll kwalunkwe bidla fihom. Flimkien ma' l-indikazzjoni pprovduta fit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jimponu ħtiġijiet ta' superviżjoni jew awtorizzazzjoni fuq operaturi ta' sistema li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. Għandu jiġi żgurat ukoll li l-kompetenzi ta' soreveljar tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu rrispettati. Kull min ikollu interess leġittimu jista' jeħtieġ li istituzzjoni tinfurmah fuq is-sistemi fejn tipparteċipa u biex tipprovdi informazzjoni dwar ir-regoli ewlenin li jirregolaw il-funzjonament ta' dawk is-sistemi. |
||||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 6 ta' l-opinjoni |
|||||
Emenda 10 |
|||||
Emenda għad-Direttiva 2002/47/KE, Artikolu 2(1)(c) |
|||||
Artikolu 2(1)(c) |
Artikolu 2(1)(c) |
||||
|
|
||||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 9 ta' l-opinjoni |
|||||
Emenda 11 |
|||||
Emenda għad-Direttiva 2002/47/KE, Artikolu 2(1)(e) |
|||||
Artikolu 2(1)(e) |
Artikolu 2(1)(e) |
||||
|
|
||||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 9 ta' l-opinjoni |
|||||
Emenda 12 |
|||||
Artikolu 2(3) tad-direttiva proposta Emenda għad-Direttiva 2002/47/KE, Artikolu 3 |
|||||
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
||||
Punt ġdid fil-paragrafu |
Punt ġdid fil-paragrafu |
||||
Meta talbiet għal kreditu jkunu pprovduti bħala kollateral finanzjarju, l-Istati Membri m'għandhomx jeħtieġu li l-ħolqien, il-validità jew l-ammissibbiltà bħala evidenza tal-provvista tagħhom bħala kollateral finanzjarju skond ftehim kollaterali finanzjarju jkunu dipendenti fuq it-twettiq ta' kwalunkwe att formali bħar-reġistrazzjoni jew in-notifika tad-debitur tat-talba għal kreditu pprovduta bħala kollateral |
Meta talbiet għal kreditu jkunu pprovduti bħala kollateral finanzjarju, l-Istati Membri m'għandhomx jeħtieġu li l-ħolqien, il-validità jew l-ammissibbiltà bħala evidenza tal-provvista tagħhom bħala kollateral finanzjarju skond ftehim kollaterali finanzjarju jkunu dipendenti fuq it-twettiq ta' kwalunkwe att formali bħar-reġistrazzjoni, trasferiment ta' pussess jew in-notifika tad-debitur tat-talba għal kreditu pprovduta bħala kollateral |
||||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 9 ta' l-opinjoni |
(1) Il-proposti ta' abbozzar fl-Anness huma bbażati fuq it-test tad-direttiva proposta u fuq it-test tad-Direttiva 98/26/KE u d-Direttiva 2002/47/KE li, fil-fehma tal-BĊE, teħtieġ li tiġi emendat wkoll. Il-proposti ta' abbozzar huma limitati għall-emendi magħmulin biex jirreflettu l-proposti tal-BĊE f'din l-opinjjoni. Il-proposti għandhom japplikaw mutatis mutandis u, fejn ikun rilevanti, għad-direttivi Komuniarji l-oħrajn emendati bid-direttiva proposta.
(2) L-istrikethrough fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE jipproponi t-tħassir tat-test.
(3) Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test il-ġdid.