EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009HB0014
Recommendation of the European Central Bank of 25 June 2009 to the Council of the European Union on the external auditors of Národná banka Slovenska (ECB/2009/14)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 25 ta’ Ġunju 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska (BĊE/2009/14)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 25 ta’ Ġunju 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska (BĊE/2009/14)
OJ C 149, 1.7.2009, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 149/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-25 ta’ Ġunju 2009
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska
(BĊE/2009/14)
2009/C 149/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “l-Istatut tas-SEBĊ”) u partikolarment l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta’ Lulju 2008 skont l-Artikolu 122(2) fuq it-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakkja tal-munita waħda fl-1 ta’ Jannar 2009 (1), is-Slovakkja adottat il-munita waħda fl-1 ta’ Jannar 2009. |
(3) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 38 tal-Liġi fuq in-Národná banka Slovenska, mill-1 ta’ Jannar 2009 il-kontijiet tan-Národná banka Slovenska huma awditjati skont l-Artikolu 27.1 tal-Istatut tas-SEBĊ. |
(4) |
In-Národná banka Slovenska għażel lil Deloitte Audit s.r.o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-sena finanzjarja 2009, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li Deloitte Audit s.r.o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska għas-sena finanzjarja 2009.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-25 ta’ Ġunju 2009.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24.