EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008AB0022
Opinion of the European Central Bank of 23 May 2008 on two proposed Commission regulations implementing the Regulation of the European Parliament and of the Council on quarterly statistics on Community job vacancies (CON/2008/22)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 23 ta' Mejju 2008 dwar żewġ regolamenti tal-Kummissjoni proposti li jimplimentaw ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika trimestrali fir-rigward tal-postijiet tax-xogħol battala fil-Komunità (CON/2008/22)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 23 ta' Mejju 2008 dwar żewġ regolamenti tal-Kummissjoni proposti li jimplimentaw ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika trimestrali fir-rigward tal-postijiet tax-xogħol battala fil-Komunità (CON/2008/22)
OJ C 134, 31.5.2008, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 134/10 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-23 ta' Mejju 2008
dwar żewġ regolamenti tal-Kummissjoni proposti li jimplimentaw ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika trimestrali fir-rigward tal-postijiet tax-xogħol battala fil-Komunità
(CON/2008/22)
(2008/C 134/03)
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-13 ta' Mejju 2008 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għal opinjoni dwar proposta għal żewġ regolamenti tal-Kummissjoni li jimplimentaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru …/2008 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika trimestrali fir-rigward tal-postijiet tax-xogħol battala fil-Komunità, waħda rigward proċeduri ta' aġġustament staġonali u rapporti ta' kwalità (minn issa 'l quddiem “ir-regolament propost” ) u oħra dwar id-definizzjoni ta' post tax-xogħol battal, id-dati ta' referenza għall-ġbir tad-data, l-ispeċifikazzjonijiet tat-trasmissjoni tad-data u l-istudji tal-fattibbilta' (minn issa 'l quddiem “ir-regolament propost” ).
Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 105(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet ġenerali
1. |
Id-data dwar il-postijiet tax-xogħol battala tal-Komunità koperta miż-żewġ regolamenti proposti hija importanti għall-BĊE. Il-BĊE ippubblika l-obbligi tiegħu għall-istatistika fuq żmien qasir meħtieġa biex iwettaq il-politika monetarja (2), li tinkludi data dwar il-postijiet tax-xogħol battala. Barra minn hekk, il-bżonn għal statistika dwar il-postijiet tax-xogħol battala jsegwi mill-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Obbligi Statistiċi ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU), li kien stabbilit fuq it-talba ta' l-Ecofin mill-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-BĊE; dan wassal ukoll għall-Indikaturi Ekonomiċi Prinċipali Ewropej (PEEI), li jinkludu statistika dwar il-postijiet tax-xogħol battala u kienu adottati mill-Ecofin fit-18 ta' Frar 2003. |
Ir-Regolament propost 1
2. |
L-iżvilupp ta' serje staġunali aġġustati, kif stabbilit fir-regolament propost, huwa importanti fil-kuntest tad-data dwar il-postijiet tax-xogħol battala wżata fl-analiżi ekonomika infra-annwali. Bl-istess mod, il-preparazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' rapporti ta' kwalità dwar id-data hija parti integrali mill-qafas ta' assigurazzjoni ta' kwalità. |
3. |
Il-BĊE jilqa' d-disponibbilta' ta' data dwar il-postijiet tax-xogħol battala aġġustata skond l-istaġun u l-jiem tax-xogħol hekk kif ġew ippubblikati 16-il trimestru tad-data. Barra minn dan, ikun ta' benefiċċju jekk il-metodoloġija stabbilita fil-Linji Gwida għal Sistemi Statistiċi Ewropej dwar l-aġġustament staġunali (3) tintuża biex isaħħaħ dan ix-xogħol. |
4. |
Ir-rapporti ta' kwalità kif stabbilit fl-Anness mar-regolament propost 1 huma manwali ta' siwi li bihom l-utenti tad-data jiġu ggwidati fir-rigward tal-kwalità speċifika ta' l-istatistika. Il-BĊE jilqa' ċirkolazzjoni aktar wiesgħa tar-rapporti nazzjonali għall-utenti tad-data. |
Ir-Regolament propost 2
5. |
Il-BĊE jinkoraġġixxi l-għan tar-regolament propost 2 biex jiġu introdotti definizzjonijiet u dati ta' referenza li jilħqu bilanċ xieraq bejn il-bżonnijiet ta' l-utent u l-piż imqiegħed fuq ir-rispondenti. |
6. |
Il-BĊE jilqa' li l-perijodu ta' referenza ppreferut għall-ġbir tad-data huwa medja għall-perijodu, filwaqt li xorta tibqa' l-possibbilta' għal osservazzjoni waħda biex tintuża ladarba tibqa' tintqies rappreżentattiva tal-perijodu rispettiv. Xi studji wrew li l-ħin tal-ġbir tad-data jista' jkollu effett kbir fuq id-data. Għalhekk, il-BĊE jissuġġerixxi li dan l-aspett jingħata kunsiderazzjoni xierqa fir-rapporti ta' kwalità meħtieġa skond ir-regolament propost 1. |
7. |
Il-BĊE jixtieq jenfasizza l-importanza taż-żewġ studji ta' fattibbilta' msemmija fl-Anness mar-regolament propost 2:
|
Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-23 ta' Mejju 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) Il-Presidenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill iffirmaw l-att legali flimkien fit-23 ta' April 2008 imma l-att legali għadu ma ġiex ippubblikat; għalhekk għad jonqos in-numru uffiċjali.
(2) L-Obbligi statistiċi tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam ta' l-istatistika ekonomika ġenerali, il-Bank Ċentrali Ewropew, Awwissu 2000 (irreveduta f'Diċembru 2004) li tinsab fuq is-sit elettroniku tal-BĊE f'www.ecb.europa.eu
(3) Ara l-“Linji Gwida ta' l-ESS dwar l-aġġustament staġunali”, April 2008 li tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet f' http://www.cmfb.org.