EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013HB0009
Recommendation of the European Central Bank of 19 April 2013 to the Council of the European Union on the external auditors of the European Central Bank (ECB/2013/9)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 19 ta’ April 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/9)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 19 ta’ April 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/9)
OJ C 122, 27.4.2013, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 122/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-19 ta’ April 2013
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2013/9)
2013/C 122/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma verifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti ntemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2012. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2013. |
(3) |
Il-BĊE għażel lil Ernst & Young GmbH Wirtschaftsprüfungsgesellschaft bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi Ernst & Young GmbH Wirtschaftsprüfungsgesellschaft għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ April 2013.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI