EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012AB0010
Opinion of the European Central Bank of 10 February 2012 on a proposal for a directive of the European Parliament and of the Council amending Directive 2004/109/EC on the harmonisation of transparency requirements in relation to information about issuers whose securities are admitted to trading on a regulated market and Commission Directive 2007/14/EC (CON/2012/10)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 10 ta’ Frar 2012 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE (CON/2012/10)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 10 ta’ Frar 2012 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE (CON/2012/10)
OJ C 93, 30.3.2012, p. 2–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/2 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta’ Frar 2012
dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE
(CON/2012/10)
2012/C 93/02
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-30 ta’ Novembru 2011, il-Bank Centrali Ewropew (BCE) ircieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ghal opinjoni dwar proposta ghal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE (1) (minn hawn ’il quddiem id-“direttiva proposta”).
Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi d-direttiva proposta fiha disposizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja mill-awtoritajiet kompetenti taħt l-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet ġenerali
Id-direttiva proposta temenda d-Direttiva 2004/109/KE (2) biex tikseb inter alia l-għanijiet regolatorji li ġejjin.
1. |
Jiġi llimitat il-piż tar-rapportar għal emittenti ta’ titoli elenkati billi jiġu eliminati jew armonizzati ċerti obbligi ta’ rapportar. Id-direttiva proposta tabolixxi r-rekwiżit li l-emittenti jippubblikaw dikjarazzjonijiet interim dwar il-ġestjoni bil-għan li jitnaqqas il-piż tar-rapportar li sar eċċessiv partikolarment għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (3). Fil-prinċipju l-BĊE jappoġġja dawn l-emendi, waqt li jikkunsidra illi l-obbligu li jippubblika dikjarazzjonijiet interim dwar il-ġestjoni għandu jkompli japplika għal istituzzjonijiet finanzjarji bil-għan li jikkontribwixxi għall-fiduċja pubblika f’istituzzjonijiet bħal dawk u tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja (4). Fl-istess waqt, il-formoli u l-galvi standard użati fit-tħejjija ta’ rapporti ta’ ġestjoni u rapporti ta’ ġestjoni interim għandhom ikunu armonizzati permezz ta' standards tekniċi li jridu jiġu żviluppati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS). Il-kontenut tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jakkumpanjaw ir-rapporti ta’ ġestjoni u r-rapporti ta’ ġestjoni interim għandhom ukoll ikunu armonizzati permezz tal-użu ta' standards tekniċi (5). |
2. |
Tiġi żgurata l-effettività tal-obbligu li jiġu rrapportati akkwiżizzjonijet ta’ investimenti ewlenin f’ishma, inkluż dawk l-akkwiżizzjonijiet li saru bl-użu ta’ strumenti finanzjarji derivati. Id-direttiva proposta tintroduċi obbligu li jiġu rrapportati strumenti finanzjarji b’effetti ekonomiċi simili għall-għoti ta’ dritt lid-detentur tagħhom li jikseb l-ishma sottostanti ta’ kumpanija elenkata, ukoll fejn dan l-effett ekonomiku jinkiseb mingħajr ftehim formali bejn id-detentur ta’ strument finanzjarju u l-kontroparti tiegħu (6). Konsegwentement, id-direttiva proposta tissuġġetta tliet kategoriji ta' investiment għall-obbligu ta' rappurtar: (a) investimenti ewlenin f’ishma jew investimenti bi proporzjonijiet ewlenin ta’ drittijiet għall-vot (7), (b) investimenti fi strumenti li għandhom effett ekwivalenti għall-investimenti fl-ewwel kategorija (8), u (c) investimenti aggregati fl-ewwel żewġ kategoriji preċedenti (9). Il-BĊE jaqbel ma’ din l-emenda, waqt li jappoġġa wkoll iż-żamma tal-eżenzjonijiet eżisteni mill-obbligi ta’ rappurtar, inkluż l-eżenzjoni ta’ investimenti relatati ma’ attività ta’ tiswir tas-suq. |
3. |
Jittejjeb l-aċċess għal informazzjoni finanzjarja żvelata mill-emittenti. Id-direttiva proposta tiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa biex tadotta miżuri, u standards tekniċi li għandhom jiġu żviluppati mill-AETS, li ser: (a) idaħħlu r-regoli tal-interoperabilità li għandhom jiġu segwiti mill-mekkaniżmi nazzjonali maħtura uffiċjalment li jiġbru informazzjoni regolata mingħand l-emittenti ta' titoli elenkati, u (b) jiffaċilitaw il-ħolqien ta’ punt ta’ aċċess ċentrali għal din l-informazzjoni regolata f’livell ta’ Unjoni (10). Il-BĊE jappoġġja dawn l-emendi imma jagħmel numru ta’ proposti għall-abbozzar intiżi biex iżidu l-effettività tagħhom u l-preċiżjoni leġiżlattiva (11). |
Fejn il-BCE jirrakkomanda illi d-direttiva proposta tiġi emendata, qed jiġu stabbiliti fl-Anness għal dan il-għan proposti speċifiċi għall-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Frar 2012.
Il-Viċi President tal-BĊE
Vítor CONSTÂNCIO
(1) KUMM(2011) 683 finali.
(2) Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).
(3) Ara Artikolu 1(5) u (6) tad-direttiva proposta
(4) Ara l-Emendi proposti 1, 2 u 5 fl-Anness.
(5) Ara l-Emendi proposti 3 u 4 fl-Anness.
(6) Ara Artikolu 1(8) tad-direttiva proposta.
(7) Ara l-Artikoli 9-10 tad-Direttiva 2004/109/KE.
(8) Ara l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2004/109/KE.
(9) Ara Artikolu 13a tad-Direttiva 2004/109/KE imdaħħal minn Artikolu 1(9) tad-direttiva proposta.
(10) Ara Artikolu 1(12) u (13) tad-direttiva proposta.
(11) Ara l-Emendi proposti 6, 7 u 5 fl-Anness.
ANNESS
Proposti għall-abbozzar
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
||||||||||||||||||||||||
Emenda 1 |
|||||||||||||||||||||||||
Premessa 5 tad-direttiva proposta |
|||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni L-abolizzjoni tar-rekwiżit li jiġu ppubblikati dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni interim m’għandux japplika għal istituzzjonijiet finanzjarji. F’dan ir-rigward, għandhom jinżammu standards ta’ trasparenza ogħla li jikkontribwixxu għall-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet finanzjarji u għall-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja. Din l-Emenda hija marbuta ma’ Emendi 2 u 5. Barra minn dan, il-bidliet introdotti m’għandhomx jeffettwaw il-possibbiltà għall-emittenti kollha li jippubblikaw dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni interim jew rapporti trimestrali fuq bażi volontarja jew fejn l-emittent irid ikun konformi ma’ standard ta’ elenkar speċifiku mogħti minn post tan-negozju. Dawn it-tipi ta’ żvelar jindirizzaw it-talba għal livell ogħla ta’ trasparenza tal-emittent minn xi klassijiet ta’ investituri. Din il-possibbiltà li jsir żvelar aktar komprensiv tikkontribwixxi għall-operat effiċjenti tas-swieq kapitali u għandha tinżamm. |
|||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 |
|||||||||||||||||||||||||
Artikolu 1(1) tad-Direttiva proposta |
|||||||||||||||||||||||||
“(1) L-Artikolu 2(1) huwa emendat kif gej: …
|
“(1) L-Artiklu 2(1) huwa emendat kif gej: …
|
||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Il-BĊE jipproponi li ma jitneħħiex ir-rekwiżit li jiġu ppubblikati dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni interim sa fejn huma kkonċernati l-istituzzjonijiet finanzjarji (ara l-Emendi 1 u 5). Konsegwentement, definizzjoni ta’ “istituzzjoni finanzjarja” tenħtieġ li tiġi introdotta fid-direttiva proposta. Barra minn dan, id-definizzjoni ta’ “istituzzjoni ta’ kreditu” fid-Direttiva 2004/109/KE li tirreferi għad-Direttiva 2000/12/KE tenħtieġ li tiġi aġġornata biex tirreferi għar-regolament propost dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment. |
|||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 |
|||||||||||||||||||||||||
Artikolu 1(3) tad-direttiva proposta |
|||||||||||||||||||||||||
“(3) Fl-Artikolu 4, huwa miżjud il-paragrafu 7 li gej: ‘7. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn 'il quddiem ‘AETS’), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), għandha toħrog linji gwida, inklużi formoli standard jew mudelli, biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport ta' ġestjoni. |
“(3) Fl-Artikolu 4, huwa mizjud il-paragrafu 7 li gej: “(3)‘7. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn 'il quddiem ‘AETS’), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), ghandha tiżviluppa, f’kooperazzjoni mal-Awtorità Bankarja Ewropea (minn hawn ’il quddiem ‘ABE’), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, inkluzi formoli standard jew mudelli, biex tispecifika l-informazzjoni li ghandha tigi inkluza fi:
L-AETS għandha tinvolvi kif xieraq lill-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (minn hawn ’il quddiem il-‘Kumitat Konġunt’) imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Bil-ħsieb li jinkisbu l-għanijiet tad-direttiva proposta li jiġi mmodernizzat il-qafas tar-rapportar għall-emittenti u jitnaqqas il-piż tar-rapportar, l-AETS għandha tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jarmonizzaw il-formoli u l-mudelli standard użati biex jissodisfaw l-obbligi tar-rapportar. Din l-armonizzazzjoni għandha tikkonċerna kemm ir-rapporti ta’ ġestjoni kif ukoll ir-rendikonti finanzjarji li jakkompanjawhom, fejn:
|
|||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 |
|||||||||||||||||||||||||
Artikolu 1(4) tad-direttiva proposta |
|||||||||||||||||||||||||
“(4) Fl-Artikolu 5, huwa mizjud il-paragrafu 7 li gej: ‘7. L-AETS għandha toħroġ linji gwida, inklużi formoli standard jew mudelli, biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport ta' ġestjoni interim.’ ” |
“(4) Fl-Artikolu 5, huwa miżjud il-paragrafu 7 li ġej: “(4)‘7. L-AETS għandha tiżviluppa, f’kooperazzjoni mal-ABE, abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, inklużi formoli standard jew mudelli, biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fi:
L-AETS għandha tinvolvi skont kif xieraq lill-Kumitat Konġunt u għandha tissottometti l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.’ ” |
||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Ara l-ispjegazzjoni fir-rigward ta’ Emenda 3 li tapplika għal formoli standard u mudelli għal rapporti ta’ ġestjoni interim u l-ġabra fil-qosor tas-sett ta’ rendikonti finanzjarji. |
|||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 |
|||||||||||||||||||||||||
Artikolu 1(5) u l-Artikolu 1(5a) ġdid tad-direttiva proposta |
|||||||||||||||||||||||||
“(5) L-Artikolu 6 huwa mibdul b’li gej: ‘Artikolu 6 Rapport dwar pagamenti lill-gvernijiet …’.” |
“(5) L-Artikolu 6 huwa mibdul b’ li gej: ‘Artikolu 6 Dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni interim “(5)1. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [data] dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġjata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq) (18), emittent li huwa istituzzjoni finanzjarja li l-ishma tagħha huma ammessi għan-negozju f’suq regolat għandu jippubblika d-dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni fil-perjodi tal-ewwel sitt xhur u tat-tieni sitt xhur tas-sena finanzjarja. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru fil-perjodu bejn għaxar ġimgħat wara l-bidu u sitt ġimgħat qabel it-tmien tal-perjodu ta’ sitt xhur relevanti. Huma għandhom ikun fihom informazzjoni li tkopri l-perjodu bejn il-bidu tal-perjodu ta’ sitt xhur relevanti u d-data tal-pubblikazzjoni. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jipprovdu:
2. L-istituzzjonijiet finanzjarji emittenti li, taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew ir-regoli tas-suq regolat relevanti, jew fuq inizjattiva tagħhom stess, jippubblikaw rapporti finanzjarji trimestrali m’għandhomx jintalbu jippubblikaw dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni interim kif imsemmi fil-paragrafu 1. “(5)3. Awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li istituzzjoni finanzjarja emittenti tista’ tittardja l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni speċifikata f’dikjarazzjoni dwar il-ġestjoni interim fejn ikunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-awtorità kompetenti għandha tadotta d-deċiżjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta' istituzzjoni finanzjarja emittenti, il-bank ċentrali relevanti tas-SEBĊ, l-awtorità li qed tissuperviżjona l-istituzzjoni finanzjarja emittenti jew l-awtorità mikroprudenzjali nazzjonali. Id-deciżjoni għandha tkun bil-miktub. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura illi d-dewmien huwa biss għal perjodu ġġustifikat mill-interess pubbliku. L-awtorità kompetenti għandha tal-anqas darba fil-ġimgħa tivvaluta t-twettiq tal-kundizzjonijiet f’punti (a), (b) jew (c), f’kooperazzjoni mill-qrib mal-bank ċentrali relevanti tas-SEBĊ, l-awtorità li tissuperviżjona l-istituzzjoni finanzjarja emittenti u, kif xieraq, l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali u għandha tirrevoka d-deċiżjoni tagħha minnufih jekk kwalunkwe mill-kundizzjonijiet ma tkunx aktar sodisfatta. 4. L-AETS għandha tiżviluppa, f’kooperazzjoni mal-ABE, abozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, inkluż formoli standard jew mudelli, biex tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni interim imsemmijin fil-paragrafu 1, fejn l-AETS għandha tiżgura illi dawn il-mudelli huma kompatibbli mal-mudelli għar-rappurtar ta’ informazzjoni finanzjarja minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment li ser ikunu speċifikati fl-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill-ABE abbażi tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru xx/xx [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment]. L-AETS għandha tinvolvi kif xieraq lill-Kumitat Konġunt u għandha tissottometti l-abbozzi tal-istandards teknici ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Dicembru 2014. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. (5a) L-Artiklu 6a li ġej huwa mdaħħal: ‘Artikolu 6a Rapport dwar pagamenti lill-gvernijiet …’.” |
||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni L-Artikolu 1(5) attwali tad-direttiva proposta jissostitwixxi lill-Artikolu 6 attwali tad-Direttiva 2004/109/KE dwar dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni interim b’test ġdid dwar ir-rapportar minn emittenti attivi fl-industriji estrattivi jew tal-logging. Il-BĊE jipproponi li l-Artikolu 6 jinżamm bħala disposizzjoni fir-rigward ta’ dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni interim. Fl-istess waqt, il-BĊE jipproponi li l-Artikolu 6 jiġi emendat sabiex jikseb l-għanijiet li ġejjin:
|
|||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 |
|||||||||||||||||||||||||
Artikolu 1(11a) ġdid tad-direttiva proposta |
|||||||||||||||||||||||||
[ebda test] |
“(11a) Fl-Artikolu 19, huwa miżjud il-paragrafu 5 li ġej: “(11a)‘5. L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jirrigwardaw:
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards teknici regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.’.” |
||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Il-BĊE jappoġġja inizjattivi biex jittejjeb l-aċċess għall-informazzjoni finanzjarja, inkluż ukoll l-aċċess għal informazzjoni korporattiva rregolata mid-Direttiva 2004/109/KE. L-implimentazzjoni ta’ prattiċi ta’ rapportar li huma definiti tajjeb, ibbażata fuq formati ta’ data standardizzati u infrastruttura ta’ rapportar effiċjenti, ser tippermetti li informazzjoni rregolata tintuża minn investituri u regolaturi biex jiġu mmonitorjati l-iżviluppi fis-suq u, partikolarment, li jiġu analizzati riskji sistemiċi b’mod tempestiv. Għaldaqstant, il-BĊE jappoġġja l-emendi introdotti mid-direttiva proposta li jtejbu l-aċċess għall-informazzjoni rregolata, permezz ta’ funzjonament aħjar tal-mekkaniżmi maħtura uffiċjalment (OAMs) u billi jitwaqqaf fil-livell tal-Unjoni punt ta’ aċċess wieħed għat-tiftix tal-informazzjoni miġbura mill-OAMs nazzjonali. Fl-istess waqt, il-BĊE jinnota illi l-utilità ta’ punt ta’ aċċess wieħed ser tiddependi fuq numru ta’ fatturi, li jinkludu:
Rekwiżiti dettaljati fl-oqsma fuq imsemmija għandhom ikunu stabbiliti bħala miżuri adottati mill-Kummissjoni u fi standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-AETS biex jiġu adottati mill-Kummissjoni. Il-BĊE jipproponi numru ta’ proposti għall-abbozzar f’dan ir-rigward, billi jibni fuq rakkomandazzjonijiet li jkunu saru qabel mill-Kummissjoni u s-CESR (5). Barra minn dan, għal raġunijiet ta’ teknika leġiżlattiva tajba l-BĊE iqis illi: (i) setgħat iddelegati fir-rigward tat-tassonomija tar-rapportar u l-formati komuni għandhom ikunu inklużi fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2004/109/KE, (ii) setgħat iddelegati fir-rigward ta’ arranġamenti tekniċi użati fl-arkivjar fil-OAMs nazzjonali u tal-armonizzazzjoni tal-interfaċċji ta’ tiftix fl-OAMs għandhom ikunu inklużi fl-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva, u (iii) setgħat iddelegati fir-rigward tal-interoperabbiltà ta’ OAMs nazzjonali, inkluż l-użu tal-identifikatur uniku, kif ukoll it-tħaddim tal-punt ta’ aċċess ċentrali f’livell ta’ Unjoni, ser ikunu jridu jiġu inklużi fl-Artikolu 22 ta’ din id-Direttiva, kif propost f’Emendi 6 sa 8. |
|||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 |
|||||||||||||||||||||||||
Artikolu 1(12) tad-direttiva proposta |
|||||||||||||||||||||||||
“(12) L-Artikolu 21(4) huwa sostitwit b’li gej: “(12)‘4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soggett ghall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, mizuri sabiex tispecifika l-istandards minimi u r-regoli li gejjin:
Il-Kummissjoni tista' tispeċifika wkoll lista ta' mezzi għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni lill-pubbliku.’.’ |
“(12) Fl-Artikolu 21qed jiżdied il-paragrafu 5 li gej: “(12)‘
5. L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta’:
L-AETS għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards teknici regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Dicembru 2014. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.'.” |
||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Ara l-ispjegazzjoni fir-rigward ta’ Emenda 6. Setgħat iddelegati taħt l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/109/KE għandhom jirrigwardaw l-armonizzazzjoni ta' arranġamenti tekniċi għall-arkivjar u tal-interfaċċji ta' tfittxija mħaddmin minn OAMs nazzjonali, waqt li f'dan ir-rigward jibnu fuq rakkomandazzjonijiet li jkunu saru aktar kmieni mill-Kummissjoni u s-CESR. |
|||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 |
|||||||||||||||||||||||||
Artikolu 1(13) tad-direttiva proposta |
|||||||||||||||||||||||||
‘(13) L-Artikolu 22 huwa mibdul b’li ġej: “Artikolu 22 Aċċess għal informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni ‘(13)1. L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jistipulaw rekwiżiti tekniċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni sabiex tispeċifika dan li ġej:
2. Fl-iżvilupp tal-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, l-AETS għandha tassigura li r-rekwiżiti tekniċi speċifikati fl-Artikolu 22(1), ikunu kompatibbli mar-rekwiżiti tekniċi għan-netwerk elettroniku tar-reġistri nazzjonali tal-kumpaniji stabbilit mid-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Dicembru 2014. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
“(13) L-Artikolu 22 huwa mibdul b’li ġej: ‘Artikolu 22 Interoperabbiltà u a ċċess ghal informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni “(13)1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u bla ħsara għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, miżuri sabiex tispeċifika l-istandards minimi u r-regoli li ġejjin:
“(13)2. L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jistipulaw rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta’ dan li ġej:
3. Fl-iżvilupp tal-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, l-AETS għandha tassigura li r-rekwiżiti tekniċi speċifikati fl-Artikolu 22(2), ikunu kompatibbli mar-rekwiżiti tekniċi għan-netwerk elettroniku tar-reġistri nazzjonali tal-kumpaniji stabbilit mid-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2016 dwar il-funzjonament tal-arranġamenti ta' interoperabbiltà u l-aċċess għall-informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni biex jiġi eżaminat jekk is-soluzzjonijiet introdotti għall-aċċess għal informazzjoni regolata jwettqux l-għan li jħallu lill-investituri jagħmlu paragun effiċjenti bejn emittenti minn Stati Membri differenti. Dan ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-impatt ta’ kwalunwe emendi proposti għal dan l-Artikolu.’.” |
||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Ara l-ispjegazzjoni fir-rigward ta’ Emenda 6. Setgħat iddelegati taħt l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2004/109/KE għandhom jindirizzaw b’mod komprensiv l-aċċess għall-informazzjoni regolata, l-interoperabbiltà ta’ OAMs nazzjonali u t-tħaddim tal-punt ta’ aċċess ċentrali fil-livell tal-Unjoni. Il-parametri tekniċi u l-karatteristiċi tal-interfaċċja ta’ dan il-punt ta’ aċċess ċentrali fil-livell tal-Unjoni għandu jħalli lill-investituri jqisuh bħala punt ta’ aċċess wieħed konvenjenti għat-tfittxija tal-informazzjoni regolata rrapportata lill-OAMs nazzjonali kollha u biex tinkiseb informazzjoni komparattiva affidabbli dwar emittenti mill-Istati Membri varji. Il-funzjonament tal-arranġamenti dwar l-interoperabilità u l-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jiġi evalwat mill-Kummissjoni wara perjodu speċifikat bil-ħsieb li jiġi propost kwalunkwe aġġustament neċessarju. L-iżvilupp u l-użu ta’ identifikatur uniku għal kull emittent huwa karatteristika partikolarment utli tal-arranġamenti proposti. Il-proposti tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward jistgħu jużaw l-eżitu tax-xogħol internazzjonali fuq l-introduzzjoni tal-Identifikatur tal-Entità Legali bħala kodiċi ta’ referenza standard għal emittenti u kontropartijiet għat-tranżazzjonjiet finanzjarji (6). B’mod aktar speċifiku, identifikatur uniku ser iżid l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà ta’ informazzjoni regolata miġbura minn OAMs nazzjonali u ser tħalli lil din l-informazzjoni tintrabat ma' data miġbura f'bażijiet ta' data regolatorji oħra li jistgħu jużaw l-istess identifikatur uniku. Il-benefiċċji tal-użu ta’ identifikatur uniku ser ikunu viżibbli b’rabta ma’ tipi varji ta’ obbligi ta’ rapportar, bħall-pubblikazzjoni ta' rapporti annwali li jidentifikaw is-sussidjarji jew li jirrapportaw dwar l-akkwiżizzjonijiet ta’ investimenti ewlenin. L-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni ta’ grupp u r-relazzjonijiet ta’ grupp għandha implikazzjonijiet multipli għal investituri, u wkoll għal superviżuri u regolaturi li, pereżempju, ikunu jistgħu jevalwaw aħjar il-propagazzjoni potenzjali tar-riskji fi ħdan il-grupp korporattiv. Waqt illi jista’ jkun hemm numru ta’ limitazzjonijiet prattiċi għall-iżvelar tar-relazzjonijiet tal-grupp b’mod komprensiv, anke l-aċċess parzjali għal din l-informazzjoni għandu jkun titjib milqugħ. |
(1) Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BCE qed jipproponi li jiddaħħal test gdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BCE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.
(2) KUMM(2011) 684 finali.
(3) Ara f’dan ir-rigward ir-Rakkomandazzjoni tal-BERS, BERS/2011/3 dwar il-mandat makroprudenzjali tal-awtoritajiet nazzjonali, disponibbli fuq il-websajt tal-BERS fuq http://www.esrb.europa.eu
(4) KUMM(2011) 651 finali.
(5) Ara r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ottubru 2007 dwar in-netwerk elettroniku ta’ mekkaniżmi maħtura uffiċjalment għall-ħażna ċentrali ta’ informazzjoni regolata msemmija fid-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 267, 12.10.2007, p. 16); ara wkoll id-dokument ta’ konsultazzjoni tas-CESR ta’ Lulju 2010, “L-iżvilupp ta’ aċċess Pan-Ewropew għall-informazzjoni finanzjarja żvelata minn kumpaniji kkwotati”, disponibbli fuq il-websajt tal-AETS fuq http://www.esma.europa.eu
(6) Ara Kumitat dwar is-Sistemi ta’ Pagament u Saldu, Kumitat Tekniku tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, “Report on OTC derivatives data reporting and aggregation requirements — Consultative report” (“Rapport dwar ir-rapportar ta’ data dwar id-derivati OTC u r-rekwiżiti ta’ aggregazzjoni – Rapport konsultattiv”), Awwissu 2011, Taqsima 4.5.1, disponibbli fuq il-websajt tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fuq http://www.bis.org
(7) ĠU L […].
(8) ĠU L […].
(9) ĠU L […].
(10) ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1
(11) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32
(12) ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.
(13) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1.’;
(14) GU L 331, 15.12.2010, p. 84.’ ”
(15) GU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(16) GU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(17) GU L […].’.”
(18) ĠU L […].’.
(19) ĠU L […]’.”
(20) GU L […].