EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013HB0003
Recommendation of the European Central Bank of 4 February 2013 to the Council of the European Union on the external auditors of the Central Bank of Cyprus (ECB/2013/3)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 4 ta’ Frar 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus (BĊE/2013/3)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 4 ta’ Frar 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus (BĊE/2013/3)
OJ C 37, 9.2.2013, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-4 ta’ Frar 2013
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus
(BĊE/2013/3)
2013/C 37/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni li għandu bħalissa s-Central Bank of Cyprus ser jintemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2012. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni sa mis-sena finanzjarja 2013. |
(3) |
Is-Central Bank of Cyprus għażel lil KPMG Limited bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi KPMG Limited għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta’ Frar 2013.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI