EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009X0124(01)
Agreement of 31 December 2008 between Národná banka Slovenska and the European Central Bank regarding the claim credited to Národná banka Slovenska by the European Central Bank under Article 30.3 of the Statute of the European System of Central Banks and of the European Central Bank
Ftehim tal- 31 ta' Diċembru 2008 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u n-Národná banka Slovenska rigward il-klejm ikkreditata lin-Národná banka Slovenska mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew
Ftehim tal- 31 ta' Diċembru 2008 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u n-Národná banka Slovenska rigward il-klejm ikkreditata lin-Národná banka Slovenska mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew
OJ C 18, 24.1.2009, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/3 |
FTEHIM
tal-31 ta' Diċembru 2008
bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u n-Národná banka Slovenska rigward il-klejm ikkreditata lin-Národná banka Slovenska mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew
(2009/C 18/02)
IN-NÁRODNÁ BANKA SLOVENSKA U L-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33 tal-31 ta' Diċembru 2008, dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta' l-assi barranin ta' riżerva u l-kontribuzzjonijiet min-Národná banka Slovenska għar-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), l-ammont aggregat ekwivalenti għall-euro ta' assi barranin ta' riżerva li n-Národná banka Slovenska għandu jittrasferixxi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) b'effett mill-1 ta' Jannar 2009, skond l-Artikolu 49.1 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa 'l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) huwa ta' EUR 443 086 155,98. |
(2) |
Skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33, b'effett mill-1 ta' Jannar 2009, il-BĊE għandu jikkredita lin-Národná banka Slovenska bi klejm iddenominata fl-euro ekwivalenti għall-ammont aggregat u ddenominat fl-euro tal-kontribuzzjoni tan-Národná banka Slovenska ta' assi barranin ta' riżerva, skond l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dik id-Deċiżjoni. Il-BĊE u n-Národná banka Slovenska jaqblu li jistabbilixxu l-klejm tan-Národná banka Slovenska għall-ammont ta' EUR 399 443 637,59, sabiex jiġi żgurat li l-proporzjon bejn l-ammont fl-euro tal-klejm tan-Národná banka Slovenska u l-ammont aggregat iddenominat fl-euro tal-klejms ikkreditati lill-banek ċentrali nazzjonali l-oħra ta' l-Istati Membri li diġà adottaw l-euro (minn issa 'l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”), ikun indaqs mal-proporzjon bejn il-piż tan-Národná banka Slovenska fl-iskema kapitali tal-BĊE u l-piż aggregat tal-BĊNi parteċipanti l-oħra f'din l-iskema. |
(3) |
Id-differenza bejn l-ammonti msemmija fir-recitals 1 u 2 tirriżulta: (i) mill-applikazzjoni għall-valur ta' l-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti diġà min-Národná banka Slovenska skond l-Artikolu 30.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, tar-'rati tal-kambju kurrenti' msemmija fl-Artikolu 49.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ; u (ii) mill-effett fuq il-klejms skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ li l-BĊNi parteċipanti l-oħra kellhom, ta' l-aġġustamenti ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Jannar 2004 u l-1 ta' Jannar 2009, skond l-Artikolu 29.3 ta' l-Istatut SEBĊ u t-tkabbir ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Mejju 2004 u fl-1 ta' Jannar 2007, skond l-Artikolu 49.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ. |
(4) |
Minħabba d-differenza hawn fuq imsemmija, il-BĊE u n-Národná banka Slovenska jaqblu li l-klejm tan-Národná banka Slovenska tista' titnaqqas billi jitpaċa kontriha l-ammont li n-Národná banka Slovenska għandu jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33, fil-każ li l-klejm tan-Národná banka Slovenska hija akbar mill-ammont ta' EUR 399 443 637,59. |
(5) |
Il-BĊE u n-Národná banka Slovenska għandhom jaqblu dwar modalitajiet oħra għall-ikkreditar tal-klejm tan-Národná banka Slovenska, waqt li jiġi kkunsidrat li, skond il-movimenti tar-rata tal-kambju, jista' jinħtieġ li l-klejm tiżdied aktar milli titnaqqas għall-ammont imsemmi fir-recital 2. |
(6) |
Il-Kunsill Governattiv approva li l-BĊE isir parti minn dan il-Ftehim, li jittratta deċiżjoni li għandha tittieħed skond l-Artikolu 30 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 10.3 ta' l-Istatut SEBĊ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Modalitajiet għall-ikkreditar tal-klejm tan-Národná banka Slovenska
1. Jekk l-ammont tal-klejm li l-BĊE għandu jikkredita lin-Národná banka Slovenska skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33 (minn issa 'l quddiem “il-klejm”) huwa akbar minn EUR 339 443 637,59 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi l-assi barranin ta' riżerva min-Národná banka Slovenska skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33, allura l-ammont tal-klejm għandu jitnaqqas b'effett minn dik id-data għal EUR 399 443 637,59. Dan it-tnaqqis għandu jsir billi, l-ammont li n-Národná banka Slovenska għandu jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE b'effett mill-1 ta' Jannar 2009, skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33, jitpaċa kontra l-klejm. L-ammont paċut għandu jkun ittrattat bħala kontribuzzjoni minn qabel għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, li għandha titqies li tkun saret fid-data ta' dik it-tpaċija.
2. Jekk l-ammont li għandu jiġi kkontribwit min-Národná banka Slovenska għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33 huwa anqas mid-differenza bejn l-ammont tal-klejm tan-Národná banka Slovenska u EUR 339 443 637,59, allura l-ammont tal-klejm għandu jitnaqqas għal EUR 339 443 637,59: (i) billi jitpaċa skond il-paragrafu 1 hawn fuq; u (ii) billi l-BĊE iħallas lin-Národná banka Slovenska ammont fl-euro daqs l-ammont tad-defiċit li jifdal wara din it-tpaċija. Kull ammont li jrid jitħallas mill-BĊE skond dan il-paragrafu għandu jkun dovut b'effett mill-1 ta' Jannar 2009. Il-BĊE għandu, sadanittant, jagħti struzzjonijiet għat-trasferiment ta' dan l-ammont, u ta' l-imgħax nett akkumulat fuq dan l-ammont, permezz tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2). L-imgħax akkumulat għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta' kalkulazzjoni “actual over 360-day” b'rata daqs ir-rata ta' l-imgħax marġinali wżata mill-Eurosistema fl-operazzjoni prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.
3. Jekk l-ammont tal-klejm tan-Národná banka Slovenska huwa anqas minn EUR 339 443 637,59 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi l-assi barranin ta' riżerva min-Národná banka Slovenska skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33, allura l-ammont tal-klejm għandu jiżdied f'dik id-data għal EUR 339 443 637,59 u n-Národná banka Slovenska għandu jħallas lill-BĊE ammont fl-euro daqs id-differenza. Kull ammont li għandu jitħallas min-Národná banka Slovenska skond dan il-paragrafu għandu jkun dovut mill-1 ta' Jannar 2009, u għandu jitħallas skond il-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 5(4) u (5) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33.
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet finali
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2009.
2. Dan il-Ftehim għandu jitħejja f'żewġ kopji oriġinali u ffirmati bl-Ingliż. Il-BĊE u n- għandhom iżommu kopja oriġinali kull wieħed.
Magħmul fi Frankfurt am Main, fil-31 ta' Diċembru 2008.
Għal Národná banka Slovenska
Ivan ŠRAMKO
Gvernatur
Għall-Bank Ċentrali Ewropew
Jean-Claude TRICHET
President
(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.