EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001D0006(01)
2001/566/EC: Decision of the European Central Bank of 5 July 2001 amending Decision ECB/1998/4 on the adoption of the conditions of employment of staff of the European Central Bank (ECB/2001/6)
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta' Lulju 2001 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/1998/4 dwar l-adozzjoni tal-kondizzjonijiet ta' l-impieg tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/6)
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta' Lulju 2001 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/1998/4 dwar l-adozzjoni tal-kondizzjonijiet ta' l-impieg tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/6)
OJ L 201, 26.7.2001, p. 25–25
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 01 Volume 003 P. 343 - 343
Special edition in Estonian: Chapter 01 Volume 003 P. 343 - 343
Special edition in Latvian: Chapter 01 Volume 003 P. 343 - 343
Special edition in Lithuanian: Chapter 01 Volume 003 P. 343 - 343
Special edition in Hungarian Chapter 01 Volume 003 P. 343 - 343
Special edition in Maltese: Chapter 01 Volume 003 P. 343 - 343
Special edition in Polish: Chapter 01 Volume 003 P. 343 - 343
Special edition in Slovak: Chapter 01 Volume 003 P. 343 - 343
Special edition in Slovene: Chapter 01 Volume 003 P. 343 - 343
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 004 P. 21 - 21
In force
Official Journal L 201 , 26/07/2001 P. 0025 - 0025
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta' Lulju 2001 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/1998/4 dwar l-adozzjoni tal-kondizzjonijiet ta' l-impieg tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/6) (2001/566/KE) IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, Wara li kkunsidra l-Istatut tas-sistema Ewropea ta' banek ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ l-"Istatut") u b'mod pafrtikolari l-Artikolu 36.1 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord Esekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), Wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal- BĊE, Billi: (1) L-Istatut jattribwixxi lill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Bord Eżekuttiv tal- BĊE, il-kompitu li jistabbilixxi u, fejn meħtieġ, jemenda l-kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' l-impjegati tal-BĊE (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa l-"kondizzjonijiet ta' l-impieg"). (2) Id-Deċiżjoni BĊE/1998/4 tad-9 ta' Ġunju 1998 dwar l-adozzjoni tal-kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' l-impjegati tal-Bank Ċentrali Ewropew kif emendata fil-31 ta' Marzu 1999 [1] (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa d-"Deċiżjoni BĊE/1998/4"), fiha r-regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet ta' l-impieg bejn il-BĊE u l-impjegati tiegħu. (3) Skond il-politika ta' trasparenza segwita mill-BĊE, il-kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' l-impjegati tal-BĊE għandhom jintgħamlu disponibbli għall-partijiet kollha interessati. (4) L-aċċess pubbliku għall-kondizzjonijiet ta' l-impieg jkun sinjifikament faċilitat billi jintgħamlu disponibbli fuq il-website tal-BĊE (http://www.ecb.int), IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 "Għall-informazzjoni tal-partijiet kollha interessati, il-kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' l-Impjegati tal-BĊE għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-website tal-BĊE (http://www.ecb.int)." Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-5 ta' Lulju 2001. Il-President tal- BĊE Willem F. Duisenberg [1] ĠU L 125, tad-19.05.99, p. 32. --------------------------------------------------