Hawnhekk inti tista’ ssib

  • L-atti legali tas-SEBĊ/BĊE, kif ippubblikati fil-"Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea" (ĠU), magħżula skond it-tema u l-ħin.
  • Aktar minn lingwa waħda: jinsabu fi 22 lingwa.
  • Kuntest sħiħ: kull att legali huwa ppreżentat b’corrigenda, leġiżlazzjoni rrevokata, atti tal-BĊE relatati, leġiżlazzjoni tal-Komunita` adottata relatata w informazzjoni relatata oħra, bħal stqarrijiet għall-istampa.
lura ’l fuq

Kif tfittex

Skond it-tema

Agħżel tema min-naħa tax-xellug. L-eqdem atti legali qiegħdin fuq nett, ħlief għall-opinjonijiet tal-BĊE fejn l-aktar waħda riċenti tidher l-ewwel. Il-funzjoni "Enfasizza" (ara l-immaġni hawn isfel) tgħinek tfittex fil-lista.

Image of the highlight function

Skond l-ordni kronoloġika

  1. Atti ppubblikati fl-aħħar sebat ijiem qiegħdin jintwerew "Ippubblikati riċentement" fiċ-ċentru ta’  Homepage.
  2. "Kollox skond id-data" (ara l-aħħar partita fin-navigazzjoni ta’ fuq in-naħa tax-xellug) tniżżel l-atti legali kollha u l-opinjonijiet tal-BĊE skond id-data tal-pubblikazzjoni fil-ĠU sa mill-1992.

Bl-użu tas-search engine

Tista’ tuża s-search engine tal-Google ġewwa l-Qafas Legali billi tagħfas “Fittex fil-Qafas Legali” fil-filliera ta’ buttuni fuq in-naħa tax-xellug.

Image of the search engine

lura ’l fuq

Struttura tal-kontenut

Navigazzjoni fuq in-naħa tax-xellug

Il-Qafas legali għandu disa’ sezzjonijiet li jirriflettu l-oqsma ta’ kompetenza tal-BĊE skond it-Trattat. Għal ħarsa fuq lejn is-siġra sħiħa ta’ navigazzjoni, ara  d-direttorju tas-sit.

Opinjonijiet tal-BĊE/EMI jinsabu taħt kull tema (ara n-naħa tax-xellug ta’ l-immaġni hawn isfel). Tista’ tagħfas fuq l-“Opinjonijiet kollha tal-BĊE” li tinsab fil-filliera ta’ buttuni fuq in-naħa tax-xellug biex issibhom.

Lista ta’ atti legali

Taħt kull tema, l-atti huma mniżżla f’ordni kronoloġika, l-aktar waħda qadima fuq nett. L-emendi u l-verżjonijiet ikkonsolidati huma wkoll innumerati f’ordni kronoloġika: a, b, ċ, etċ. (ara l-immaġni hawn isfel). B’eċċezzjoni, l-opinjonijiet tal-BĊE huma rranġati bl-aktar waħda riċenti fuq nett.

Image of the navigation and a content page

Informazzjoni addizzjonali

Jekk applikabbli, tingħata link għal "Informazzjoni addizzjonali" (ara l-immaġni hawn fuq). Meta tikklikkja fuqha tara paġna ġdida bil-corrigenda kollha, il-leġiżlazzjoni tal-BĊE irrevokata, rimarki w informazzjoni fl-isfond.

Fuq in-naħa tal-lemin ta’ kull paġna (ara l-immaġni hawn isfel) tista’ ssib links għal leġiżlazzjoni tal-Komunita` adottata, leġiżlazzjoni tal-BĊE relatata, u informazzjoni relatata oħra, per eżempju stqarrijiet għall-istampa.

Image of a page with additional information

lura ’l fuq