EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0187

Deċiżjoni (UE) 2020/187 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar 2020 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (BĊE/2020/8) (riformulazzjoni)

OJ L 39, 12.2.2020, p. 6–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/187/oj

12.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/6


DEĊIŻJONI (UE) 2020/187 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-3 ta’ Frar 2020

dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (BĊE/2020/8)

(riformulazzjoni)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u, b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2014/40 (1) ġiet emendata sostanzjalment bosta drabi (2). Billi jridu jsiru emendi ulterjuri, dik id-Deċiżjoni għandha tkun riformulata fl-interessi taċ-ċarezza legali.

(2)

Id-Deċiżjoni BĊE/2014/40 stabbilixxiet it-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (CBPP3). Flimkien mal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti b'assi, programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji u l-programm ta' xiri mis-settur korporattiv, is-CBPP3 huwa parti mill-programm ta' xiri ta' assi estiż (APP) tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). L-għan tal-APP huwa li jkompli jtejjeb it-trasmissjoni tal-politika monetarja, jiffaċilita l-għoti ta' kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro, iħaffef il-kundizzjonijiet għat-teħid ta' self minn unitajiet domestiċi u ditti, u jappoġġa l-konverġenza sostnuta tar-rati tal-inflazzjoni għal livelli li huma taħt, iżda qrib għal 2 %, fuq medda ta' żmien medju, b'mod konsistenti mal-għan ewlieni tal-BĊE li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet.

(3)

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/2199 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/37) (3) irfinat ir-regoli applikabbli għall-eliġibbiltà għax-xiri taħt is-CBPP3 ta’ bonds iggarantiti li b’mod komuni jissejħu bonds iggarantiti pass-through kundizzjonali. Mill-1 ta’ Jannar 2019, il-bonds iggarantiti pass-through kundizzjonali mhux ser jibqgħu eliġibbli għal xiri taħt is-CBPP3, fid-dawl tal-istruttura tagħhom li hija aktar ikkumplikata li permezz tagħha avvenimenti ddefiniti minn qabel iwasslu għal estensjoni tal-maturità ta’ bond u bidla fl-istruttura ta’ ħlas tal-bond.

(4)

Fit-13 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li ċerti parametri tal-APP għandhom jiġu aġġustati sa mill-1 ta’ Jannar 2019 sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-APP. B’mod aktar speċifiku, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jwaqqaf ix-xiri ta’ assi netti taħt l-APP fil-31 ta’ Diċembru 2018. Il-Kunsill Governattiv ikkonferma l-intenzjoni tiegħu li pagamenti prinċipali minn titoli li jkunu qegħdin jimmaturaw mixtrija taħt l-APP għandhom ikomplu jiġu investiti mill-ġdid bis-sħiħ għal perijodu estiż ta’ żmien wara d-data meta l-Kunsill Governattiv jibda jgħolli r-rati tal-imgħax prinċipali tal-BĊE, u fi kwalunkwe każ għaż-żmien meħtieġ sabiex jinżammu kundizzjonijiet ta’ likwidità favorevoli u grad ampju ta’ akkomodazzjoni monetarja.

(5)

Fit-12 ta’ Settembru 2019, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jerġa’ jibda x-xirijiet netti taħt l-APP sa mill-1 ta’ Novembru 2019 u jistenna li dawn jitwettqu sakemm dan ikun meħtieġ biex jissaħħaħ l-impatt akkomodattiv tar-rati ta’ politika u biex jintemmu ftit qabel il-Kunsill Governattiv jibda jgħolli r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE. Il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li jkompli jinvesti mill-ġdid b’mod sħiħ, il-pagamenti prinċipali minn titoli li jkunu qegħdin jimmaturaw mixtrija taħt l-APP għal perijodu estiż ta’ żmien wara d-data meta l-Kunsill Governattiv jibda jgħolli r-rati tal-imgħax prinċipali tal-BĊE, u fi kwalunkwe każ għaż-żmien meħtieġ sabiex jinżammu kundizzjonijiet ta’ likwidità favorevoli u grad ampju ta’ akkomodazzjoni monetarja. Fid-dawl ta’ tnaqqis imġebbed fl-ekonomija taż-żona tal-euro, riskji negattivi persistenti għall-prospett ta’ tkabbir u prospettiva ta’ inflazzjoni li tibqa’ tonqos milli tilħaq l-għan tagħha ta’ inflazzjoni fuq żmien medju, il-Kunsill Governattiv ikkonkluda li risposta politika komprensiva kienet iġġustifikata sabiex jingħata appoġġ biex l-inflazzjoni terġa’ tinġieb lura għat-triq ta’ konverġenza sostnuta lejn l-għan ta’ inflazzjoni fuq żmien medju tal-Kunsill Governattiv. Li jerġgħu jinbdew ix-xirjiet ta’ assi netti hija miżura proporzjonata peress li għandha impatt akbar fuq ir-rati fuq żmien itwal milli politika tar-rati tal-imgħax u tiffaċilita l-ispejjeż ta’ finanzjament relevanti tad-ditti u tal-unitajiet domestiċi.

(6)

Is-CBPP3 bħala parti mill-programmi ta’ xiri ta’ assi li jikkostitwixxu l-APP, huwa miżura proporzjonata għall-mitigazzjoni tar-riskji għall-prospettiva fl-iżviluppi tal-prezzijiet, hekk kif dawn il-programmi ikomplu jiffaċilitaw il-kundizzjonijiet monetarji u finanzjarji, inklużi dawk li huma rilevanti għall-kundizzjonijiet ta’ teħid ta’ self ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi fiż-żona tal-euro, b’hekk jappoġġja l-konsum aggregat u l-infiq fuq l-investiment fiż-żona tal-euro u finalment jikkontribwixxi għar-ritorn tar-rati tal-inflazzjoni għal livelli li huma taħt, iżda qrib, it-2 % fuq żmien medju. F’ambjent fejn ir-rati tal-imgħax prinċipali tal-BĊE jinsabu viċin il-medda l-aktar baxxa tagħhom, huwa meħtieġ li l-programmi ta’ xiri tal-assi jiġu inklużi fil-miżuri tal-politika monetarja tal-Eurosistema bħala strumenti li għandhom potenzjal għoli ta’ trażmissjoni lejn l-ekonomija reali.

(7)

Is-CBPP3 fih numru ta’ salvagwardji biex jiġi żgurat li x-xirjiet previsti huma proporzjonati mal-għanijiet tiegħu, u li r-riskji finanzjarji relatati jkunu ġew ikkunsidrati debitament fid-disinn tiegħu u jkunu ġew ikkontenuti permezz tal-ġestjoni tar-riskju.

(8)

Is-CBPP3 jikkonforma bi sħiħ mal-obbligi tal-banek ċentrali tal-Eurosistema skont it-Trattati, u ma jfixkilx l-operat tal-Eurosistema skont il-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq miftuħ b’kompetizzjoni libera.

(9)

Bħala parti mill-politika monetarja waħdanija, ix-xiri definittiv ta’ bonds garantiti eliġibbli mill-banek ċentrali tal-Eurosistema taħt is-CBPP3 għandu jiġi implimentat b’mod uniformi u diċentralizzat, skont din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment u kamp ta' applikazzjoni tax-xiri b’mod definittiv ta’ bonds iggarantiti

Bil-preżenti l-Eurosistema tistabbilixxi t-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (CBPP3) li taħtu l-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jixtru bonds iggarantiti eliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 3. Taħt is-CBPP3, bonds iggarantiti eliġibbli jistgħu jinxtraw b’mod definittiv mill-banek ċentrali tal-Eurosistema mingħand kontropartijiet eliġibbli fis-swieq primarji u sekondarji skont il-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-kontroparti stabbiliti fl-Artikolu 4.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“istituzzjoni ta' kreditu” għandha l-istess tifsira bħal istituzzjoni ta' kreditu kif iddefinita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); u

(2)

"multi cédulas" għandha l-istess tifsira bħal multi cédulas kif iddefinita fil-punt (62) tal-Artikolu 2 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (5).

Artikolu 3

Kriterji ta’ eliġibbiltà għal bonds iggarantiti

1.   Il-bonds iggarantiti għandhom ikunu eliġibbli għal xiri definittiv taħt is-CBPP3 jekk jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà għal assi negozjabbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema skont ir-Raba’ Parti tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tagħhom bħala kollateral għall-użu proprju kif stabbilit fl-Artikolu 138(3)(b) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), jinħarġu minn istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati fiż-żona tal-euro u jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3.

2.   Multi cédulas għandhom ikunu eliġibbli għal xiri definittiv taħt is-CBPP3 sakemm ikunu eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja b’mod konformi mar-Raba’ Parti tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), jinħarġu minn veikoli bi skop speċjali inkorporati fiż-żona tal-euro, u jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3.

3.   Il-bonds iggarantiti u l-multi cédulas imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu eliġibbli għal xirjiet definittivi taħt is-CBPP3 sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Għandu japplika minimu tal-ewwel l-aħjar għal valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu ta’ Livell 3 ta’ Kwalità ta’ Kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema, espressa fil-forma ta’ mill-inqas klassifikazzjoni waħda ta’ kreditu pubbliku mogħtija minn istituzzjoni esterna ta’ valutazzjoni tal-kreditu (ECAI) aċċettata fi ħdan il-qafas ta’ valutazzjoni ta’ kreditu tal-Eurosistema.

(b)

Għandu japplika limitu ta' 70 % fuq il-ħruġ ta' ishma għal kull numru ta' identifikazzjoni ta' titoli internazzjonali lill-investimenti konġunti taħt l-ewwel (6) (CBPP1) u t-tieni (7) (CBPP2) programmi ta' xiri ta' bonds iggarantiti u s-CBPP3 u għall-investimenti l-oħrajn tal-banek ċentrali tal-Eurosistema.

(c)

Huma għandhom ikunu ddenominati f'euro, miżmuma u saldati fiż-żona tal-euro.

(d)

Bonds maħruġa minn entitajiet sospiżi minn operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema għandhom ikunu esklużi minn xirjiet taħt is-CBPP3 għat-tul ta' żmien tas-sospensjoni tagħhom.

(e)

Għal bonds iggarantiti li attwalment ma jiksbux il-klassifikazzjoni tal-Livell 3 ta’ Kwalità ta’ Kreditu f’Ċipru u fil-Greċja, ser tkun meħtieġa klassifikazzjoni minima tal-assi fil-livell tal-klassifikazzjoni massima li tista’ tinkiseb tal-bond iggarantit kif iddefinita mill-ECAI rispettiva għall-ġurisdizzjoni. Din tkun meħtieġa sakemm il-livell minimu tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema ma jiġix applikat fir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà tal-kollateral għal strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti mill-gvernijiet tal-Greċja jew ta' Ċipru (skont l-Artikolu 8(2) tal-Linja Gwida BĊE/2014/31 (8)), u limitu ta' 30 % fuq il-ħruġ ta' ishma għal kull numru ta' identifikazzjoni ta' titoli internazzjonali huwa applikabbli għall-investimenti konġunti tas-CBPP1, CBPP2, CBPP3 u l-investimenti l-oħrajn ta' banek ċentrali tal-Eurosistema, u sakemm il-bonds iggarantiti jinkludu r-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin kollha sabiex jiksbu ekwivalenza tar-riskju:

(i)

rapportar ta’ kull xahar tal-karatteristiċi tal-aggregazzjoni ta’ kopertura, inkluża data fil-livell tas-self, kif ukoll karatteristiċi strutturali tal-programm ta’ bonds iggarantiti u informazzjoni dwar l-emittent, lill-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) fejn ikun stabbilit l-emittent; il-mudell tar-rapportar għandu jitpoġġa għad-dispożizzjoni tal-kontropartijiet mill-BĊN rispettiv;

(ii)

kollateralizzazzjoni żejda minima marbuta ta' 25 %; id-dispożizzjonijiet għall-kalkolu tal-kollateralizzazzjoni żejda marbuta għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-kontropartijiet mill-BĊN rispettiv;

(iii)

hedges ta' valuta ma' kontropartijiet ikklassifikati bħala BBB- jew ogħla għal pretensjonijiet iddenominati f'munita oħra li mhijiex l-euro fl-aggregazzjoni ta' kopertura tal-programm jew, b'mod alternattiv, ta' mill-inqas 95 % tal-assi huma ddenominati f'euro;

(iv)

il-pretensjonijiet ta’ kreditu fl-aggregazzjoni ta' kopertura jkunu kontra debituri li jinsabu fiż-żona tal-euro.

(f)

Bonds iggarantiti miżmuma mill-emittent tagħhom għandhom ikunu eliġibbli għal xirjiet taħt is-CBPP3, sakemm jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà speċifikati hawn fuq.

(g)

Xirjiet ta’ bonds nominali ggarantiti b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) ekwivalenti għal jew ’il fuq mir-rata tal-faċilità ta’ depożitu għandhom ikunu permessi. Xirjiet ta’ bonds nominali ggarantiti b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) taħt ir-rata tal-faċilità ta’ depożitu għandhom ikunu permessi sal-grad meħtieġ.

(h)

L-emittent tal-bonds iggarantiti ma jkunx entità, kemm jekk taħt sjieda pubblika jew privata, li:

(i)

ikollha bħala l-għan ewlieni tagħha l-iżvestiment gradwali tal-assi tagħha u l-waqfien tan-negozju tagħha; jew

(ii)

tkun entità għall-ġestjoni jew l-iżvestiment ta' assi stabbilita biex tappoġġa ristrutturar u/jew riżoluzzjoni tas-settur finanzjarju, inklużi vetturi tal-ġestjoni tal-assi li jirriżultaw minn azzjoni ta' riżoluzzjoni fil-forma tal-applikazzjoni ta' għodda għas-separazzjoni tal-assi skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jew leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(i)

Bonds koperti għandhom jiġu esklużi mix-xirjiet taħt is-CBPP3 meta jkollhom struttura pass-through kundizzjonali, li permezz tagħha avvenimenti ddefiniti minn qabel iwasslu għal estensjoni tal-maturità tal-bond u bidla għal struttura ta’ ħlas li tiddependi primarjament fuq flussi ta’ flus iġġenerati mill-assi fl-aggregazzjoni ta’ kopertura sottostanti.

Artikolu 4

Kontropartijiet eliġibbli

Dawn li ġejjin għandhom ikunu kontropartijiet eliġibbli għal tranżazzjonijiet definittivi taħt is-CBPP3 u għal transazzjonijiet ta’ self ta’ titoli li jinvolvu bonds iggarantiti miżmuma fil-portafolli CBPP3 tal-Eurosistema:

(a)

entitajiet li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà biex jipparteċipaw f'operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema skont l-Artikolu 55 tal-Linja Gwida (UE) 2015/501 (BĊE/2014/60);

(b)

kwalunkwe kontropartijiet oħrajn li jintużaw mill-banek ċentrali tal-Eurosistema għall-investiment tal-portafolli ta’ investiment tagħhom iddenominati f’euro, inkluż kontropartijiet li mhumiex taż-żona tal-euro attivi fis-swieq ta’ bonds iggarantiti.

Artikolu 5

Revoka

1.   Id-Deċiżjoni BĊE/2014/40 hija b’dan imħassra.

2.   Referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 6

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fir-raba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta’ Frar 2020.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Deċiżjoni BĊE/2014/40 tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 22).

(2)  Ara l-Anness I.

(3)  Deċiżjoni (UE) 2017/2199 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/40 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (BĊE/2017/37) (ĠU L 312, 28.11.2017, p. 92).

(4)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(5)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

(6)  Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat-2 ta' Lulju 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 175, 4.7.2009, p. 18).

(7)  Deċiżjoni BĊE/2011/17 tat-3 ta' Novembru 2011 dwar l-implimentazzjoni tat-tieni programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 297, 16.11.2011, p. 70).

(8)  Linja Gwida BĊE/2014/31 tad-9 ta' Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28).

(9)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

(10)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).


ANNESS I

Deċiżjoni Mħassra b’lista tal-emendi suċċessivi tagħha

Deċiżjoni BĊE/2014/40 tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 22)

Deċiżjoni (UE) 2017/101 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/40 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (BĊE/2017/2) (ĠU L 16, 20.1.2017, p. 53)

Deċiżjoni (UE) 2017/1360 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/40 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (BĊE/2017/14) (ĠU L 190, 21.7.2017, p. 22)

Deċiżjoni (UE) 2017/2199 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/40 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (BĊE/2017/37) (ĠU L 312, 28.11.2017, p. 92)


ANNESS II

Tabella ta' korrelazzjoni

Deċiżjoni BĊE/2014/40

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 4

Artikolu 6


Top