EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0136

Deċiżjoni (UE) 2020/136 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/48 (BĊE/2020/2)

OJ L 27I, 1.2.2020, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2023; Imħassar b' 32023D2816

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/136/oj

1.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 27/1


DEĊIŻJONI (UE) 2020/136 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta’ Jannar 2020

dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/48 (BĊE/2020/2)

IL-KUNSILL ĠENERALI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 47 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) jistipula illi l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri b’deroga (minn hawn ’il quddiem “BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro”) m’għandhomx għalfejn iħallsu l-kapital sottoskritt tagħhom ħlief jekk il-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), li jaġixxi b’maġġoranza li tirrappreżenta mill-inqas żewġ terzi mill-kapital sottoskritt tal-BĊE u mill-inqas nofs l-azzjonisti, jiddeċiedi li perċentwal minimu għandu jitħallas bħala kontribut għall-ispejjeż operattivi tal-BĊE.

(2)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/48 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/32) (1) jipprovdi li kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro għandu jħallas 3,75 % tas-sehem tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019.

(3)

Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ir-“Renju Unit”) issottometta n-notifika tiegħu dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea mhux se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data wara d-data msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1810 tal-Kunsill Ewropew (2). Mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, il-Bank of England (BoE) ma jibqax ikun bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru u membru tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali. Id-Deċiżjoni (UE) 2020/137 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/3) (3) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE (iktar ’il quddiem l-“iskema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 u l-Artikolu 29.4 tal-Istatut tas-SEBĊ u tistabbilixxi b’effett mill-1 ta’ Frar 2020 il-ponderazzjonijiet il-ġodda allokati lill-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tal-kapital aġġustata (iktar ’il quddiem il-“ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital”).

(4)

L-aġġustament tal-iskema tal-kapital tal-BĊE ikkawżat mill-fatt li l-BoE mhux ser jibqa’ bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru jeżiġi l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE, li, mid-data tal-applikazzjoni tagħha, tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/48 (BĊE/2018/32) u tiddetermina l-perċentwal tal-kapital sottoskritt tal-BĊE li l-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro huma obbligati jħallsu b’effett mill-1 ta’ Frar 2020.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ammont u forma ta’ kapital sottoskritt u mħallas

Kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro għandu jħallas 3,75 % ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Frar 2020. Meta jitqiesu l-ponderazzjonijiet il-ġodda fl-iskema tal-kapital stipulati fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/2020/137 (BĊE/2020/3), kull BĊN li mhux fiż-żona tal-euro għandu jkollu kapital totali sottoskritt u mħallas tal-ammonti murija ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

(f’EUR)

BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro

Kapital sottoskritt fl-1 ta’ Frar 2020

Kapital imħallas fl-1 ta’ Frar 2020

Българска народна банка

(Bank Nazzjonali Bulgaru)

106 431 469,51

3 991 180,11

Česká národní banka

203 445 182,87

7 629 194,36

Danmarks Nationalbank

190 422 699,36

7 140 851,23

Hrvatska narodna banka

71 390 921,62

2 677 159,56

Magyar Nemzeti Bank

167 657 709,49

6 287 164,11

Narodowy Bank Polski

653 126 801,54

24 492 255,06

Banca Naţională a României

306 228 624,99

11 483 573,44

Sveriges Riksbank

322 476 960,60

12 092 886,02

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Minħabba li kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro diġà ħallas 3,75 % tas-sehem tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli fil-31 ta’ Jannar 2020 taħt id-Deċiżjoni (UE) 2019/48 (BĊE/2018/32), kull wieħed minnhom għandu jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Artikolu 1.

2.   It-trasferimenti kollha li jsiru skont dan l-Artikolu għandhom isiru skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/139 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/5) (4).

Artikolu 3

Revoka

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020.

2.   Id-Deċiżjoni (UE) 2019/48 (BĊE/2018/32) hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Frar 2020.

3.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni (UE) 2019/48 (BĊE/2018/32) għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Jannar 2020.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2019/48 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta’ Novembru 2018 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/31 (BĊE/2018/32) (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 196).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1810 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tad-29 ta’ Ottubru 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 278 l, 30.10.2019, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni (UE) 2020/137 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/43 (BĊE/2020/3) (ara l-paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Id-Deċiżjoni (UE) 2020/139 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/45 (BĊE/2020/5) (ara l-paġna 9 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


Top