EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0139

Deċiżjoni (UE) 2020/139 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/45 (BĊE/2020/5)

OJ L 27I, 1.2.2020, p. 9–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2023; Imħassar b' 32023D2817

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/139/oj

1.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 27/9


DEĊIŻJONI (UE) 2020/139 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta’ Jannar 2020

li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/45 (BĊE/2020/5)

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 28.5 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ir-“Renju Unit”) issottometta n-notifika tiegħu dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea mhux se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data ta’ wara d-data msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1810 tal-Kunsill Ewropew (1). Mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, il-Bank of England (BoE) ma jibqax ikun bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru u għalhekk tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali. Id-Deċiżjoni (UE) 2020/137 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/3) (2) tipprovdi għall-aġġustament tal-ponderazzjonijiet assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (iktar ’il quddiem “il-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital” u “l-iskema tal-kapital” rispettivament). Dan l-aġġustament jirrikjedi li l-Kunsill Governattiv jiddetermina t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital bejn il-BĊNi li huma membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali fil-31 ta’ Jannar 2020 sabiex jiżgura li d-distribuzzjoni ta’ dawn l-ishma tikkorrispondi għall-aġġustamenti magħmula. Bl-istess mod, hija meħtieġa l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/45 tal-Bank Ċentrali Ewropew(BĊE/2018/29) (3) b’effett mill-1 ta’ Frar 2020.

(2)

Id-Deċiżjoni (UE) 2020/138 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/4) (4) tiddetermina kif u sa fejn il-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar ’il quddiem “BĊNi taż-żona tal-euro”) huma obbligati jħallsu l-kapital tal-BĊE fid-dawl tal-iskema tal-kapital aġġustata. Id-Deċiżjoni (UE) 2020/136 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/2) (5) tiddetermina l-perċentwal li l-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro (iktar ’il quddiem “BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro”) huma obbligati jħallsu b’effett mill-1 ta’ Frar 2020 fid-dawl tal-iskema tal-kapital aġġustata.

(3)

Minħabba li kull BĊN taż-żona tal-euro diġà ħallas is-sehem tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sal-31 ta’ Jannar 2020 taħt id-Deċiżjoni (UE) 2019/44 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/28) (6), taħt id-Deċiżjoni (UE) 2020/138 (BĊE/2020/4), kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jittrasferixxi ammonti addizzjonali lill-BĊE sabiex sal-2022 jintlaħqu l-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(4)

Bl-istess mod, minħabba li l-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro diġà ħallsu perċentwal mis-sehem tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sal-31 ta’ January 2020 taħt id-Deċiżjoni (UE) 2019/48 tal-BankĊentrali Ewropew (BĊE/2018/32) (7), taħt id-Deċiżjoni (UE) 2020/136 (BĊE/2020/2), kull BĊN li jifdal li mhuwiex fiż-żona tal-euro għandu jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE sabiex jintlaħqu l-ammonti murija fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Deċiżjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Trasferiment ta’ ishma ta’ kapital

Meta wieħed iqis is-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN se jkun issottoskriva għalih fil-31 ta’ Jannar 2020, u s-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN se jissottoskrivi għalih b’effett mill-1 ta’ Frar 2020 bħala konsegwenza tal-aġġustament tal-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/136 (BĊE/2020/3), il-BĊNi għandhom jittrasferixxu l-ishma tal-kapital bejniethom permezz ta’ trasferimenti mingħand u lill-BĊE biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni tal-ishma fil-kapital b’effett mill-1 ta’ Frar 2020 tikkorrispondi għall-ponderazzjonijiet aġġustati. Għal dan il-għan, bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu u mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar formalità jew att, kull BĊN għandu jitqies bħala li ttrasferixxa jew irċieva, b’effett mill-1 ta’ Frar 2020 is-sehem fil-kapital sottoskritt tal-BĊE muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal sehem fil-kapital li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN u “-” għal sehem fil-kapital li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE.

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Minħabba l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN taż-żona tal-euro ħallas mill-1 ta’ Jannar 2019, u l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jħallas, skont l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2020/138 (BĊE/2020/4), fl-ewwel jum tal-operat tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) wara l-1 ta’ Frar 2020, kull BĊN taż-żona tal-euro għandu, fir-rigward tal-ewwel ħlas parzjali tal-kapital li jrid isir, jittrasferixxi jew jirċievi l-ammont nett muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella murija fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “-” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN. Kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jagħmel żewġ pagamenti parzjali oħra jumejn ta’ negozju qabel l-aħħar jum ta’ negozju tat- TARGET2 tal-2021 u tal-2022 rispettivament bit-trasferiment tal-ammont nett muri ħdejn ismu fis-sitt u t-tmien kolonni, rispettivament, tat-tabella fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

2.   Minħabba l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN lil mhuwiex fiż-żona tal-euro ħallas mill-1 ta’ Jannar 2019, u l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro għandu jħallas b’effett mill-1 ta’ Frar 2020, skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/136 (BĊE/2020/2) fl-ewwel jum tal-operat tat-TARGET2 wara l-1 ta’ Frar 2020, kull BĊN għandu jittrasferixxi l-ammont nett muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella murija fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

3.   Fl-ewwel jum tal-operat tat-TARGET2 wara l-ewwel ta’ Frar 2020, il-BĊE u l-BĊNi taż-żona tal-euro li huma meħtieġa jittrasferixxu, bħala l-ewwel pagament, ammont taħt paragrafu 1, u l-BĊNi mhux taż-żona tal-euro li huma taħt obbligu li jittrasferixxu ammont taħt paragrafu 2, għandhom kull wieħed jittrasferixxu separatament kull imgħax fuq l-ammonti rispettivi dovuti li jakkumula tul il-perjodu mill-1 ta’ Frar 2020 sad-data tat-trasferiment. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jiddekorri l-imgħax.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   It-trasferimenti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom iseħħu permezz ta’ TARGET2.

2.   Fejn BĊN ma jkollux aċċess għal TARGET2, l-ammonti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom ikunu ttrasferiti billi jiġi akkreditat kont li l-BĊE jew il-BĊN għandhom jinnominaw fiż-żmien dovut.

3.   Kull imgħax li jiddekorri skont l-Artikolu 2(3) għandu jiġi kkalkulat ta’ kuljum, billi jintuża l-metodu ta’ kalkolu attwali fuq 360 jum, b’rata ekwivalenti għall-aħħar rata ta’ imgħax marġinali disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin.

4.   Il-BĊE u l-BĊNi li huma obbligati li jwettqu trasferiment taħt l-Artikolu 2 għandhom, fiż-żmien dovut, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa biex debitament jeżegwixxu tali trasferiment fil-ħin.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u revoka

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020.

2.   Id-Deċiżjoni (UE) 2019/45 (BĊE/2018/29) hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Frar 2020.

3.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni (UE) 2019/45 (BĊE/2018/29) għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Jannar 2020.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1810 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tad-29 ta’ Ottubru 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 278 l, 30.10.2019, p. 1).

(2)  Deċiżjoni (UE) 2020/137 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/43 (BĊE/2020/3) (ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Deċiżjoni (UE) 2019/45 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2018 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/29 (BĊE/2018/29) (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 183).

(4)  Deċiżjoni (UE) 2020/138 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/44 (BĊE/2020/4) (ara paġna 6 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Deċiżjoni (UE) 2020/136 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/48 (BĊE/2020/2) (ara paġna … ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Deċiżjoni (UE) 2019/44 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/61 u tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/30 (BĊE/2018/28) (ĠU 9, 11.1.2019, p. 180).

(7)  Deċiżjoni (UE) 2019/48 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta’ Novembru 2018 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/31 (BĊE/2018/32) (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 196).


ANNESS I

KAPITAL SOTTOSKRITT TAL-BĊNi

(EUR))

 

Sehem sottoskritt fil-31 ta’ Jannar 2020

Sehem sottoskritt mill-1 ta’ Frar 2020

Sehem li jrid jiġi ttrasferit

BĊNi taż-żona tal-euro

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

273 656 178,72

320 744 959,47

+47 088 780,75

Deutsche Bundesbank

1 988 229 048,48

2 320 816 565,68

+ 332 587 517,20

Eesti Pank

21 303 613,91

24 800 091,20

+3 496 477,29

Central Bank of Ireland

127 237 133,10

149 081 997,36

+21 844 864,26

Bank of Greece

187 186 022,25

217 766 667,22

+30 580 644,97

Banco de España

902 708 164,54

1 049 820 010,62

+ 147 111 846,08

Banque de France

1 537 811 329,32

1 798 120 274,32

+ 260 308 945,00

Banca d’Italia

1 277 599 809,38

1 495 637 101,77

+ 218 037 292,39

Central Bank of Cyprus

16 269 985,63

18 943 762,37

+2 673 776,74

Latvijas Banka

29 563 094,31

34 304 447,40

+4 741 353,09

Lietuvos bankas

43 938 703,70

50 953 308,28

+7 014 604,58

Banque centrale du Lussemburgu

24 572 766,05

29 000 193,94

+4 427 427,89

Bank Ċentrali ta’ Malta

7 923 905,17

9 233 731,03

+1 309 825,86

De Nederlandsche Bank

440 328 812,57

515 941 486,95

+75 612 674,38

Oesterreichische Nationalbank

220 018 268,69

257 678 468,28

+37 660 199,59

Banco de Portugal

177 172 890,71

206 054 009,57

+28 881 118,86

Banka Slovenije

36 382 848,76

42 390 727,68

+6 007 878,92

Národná banka Slovenska

86 643 356,59

100 824 115,85

+14 180 759,26

Suomen Pankki

137 564 189,84

161 714 780,61

+24 150 590,77

BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

92 131 635,17

106 431 469,51

+14 299 834,34

Česká národní banka

175 062 014,33

203 445 182,87

+28 383 168,54

Danmarks Nationalbank

162 223 555,95

190 422 699,36

+28 199 143,41

Hrvatska narodna banka

61 410 265,11

71 390 921,62

+9 980 656,51

Magyar Nemzeti Bank

144 492 194,37

167 657 709,49

+23 165 515,12

Narodowy Bank Polski

563 636 468,10

653 126 801,54

+89 490 333,44

Banca Naţională a României

264 887 922,99

306 228 624,99

+41 340 702,00

Sveriges Riksbank

273 028 328,31

322 476 960,60

+49 448 632,29

Bank of England

1 552 024 563,60

0,00

–1 552 024 563,60

Total:  (1)

10 825 007 069,61

10 825 007 069,61

0,00


(1)  Minħabba xi tqarrib it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.


ANNESS II

KAPITAL IMĦALLAS TAL-BĊNi

(EUR)

 

Sehem imħallas fil-31 ta’ Jannar 2020

Sehem imħallas mill-1 ta’ Frar 2020

Ammont ta’ ħlas ittrasferit 1 ta’ Frar 2020

Sehem imħallas mid-29 ta’ Diċembru 2021

Ammont ta’ ħlas ittrasferit 29 ta’ Diċembru 2021

Sehem imħallas mid-28 ta’ Diċembru 2022

Ammont ta’ ħlas ittrasferit 28 ta’ Diċembru 2022

BĊNi taż-żona tal-euro

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

273 656 178,72

276 290 916,71

+2 634 737,99

298 517 938,09

+22 227 021,38

320 744 959,47

+22 227 021,38

Deutsche Bundesbank

1 988 229 048,48

1 999 160 134,91

+10 931 086,43

2 159 988 350,30

+ 160 828 215,39

2 320 816 565,68

+ 160 828 215,38

Eesti Pank

21 303 613,91

21 362 892,01

+59 278,10

23 081 491,61

+1 718 599,60

24 800 091,20

+1 718 599,59

Central Bank of Ireland

127 237 133,10

128 419 794,29

+1 182 661,19

138 750 895,83

+10 331 101,54

149 081 997,36

+10 331 101,53

Bank of Greece

187 186 022,25

187 585 027,73

+ 399 005,48

202 675 847,48

+15 090 819,75

217 766 667,22

+15 090 819,74

Banco de España

902 708 164,54

904 318 913,05

+1 610 748,51

977 069 461,84

+72 750 548,79

1 049 820 010,62

+72 750 548,78

Banque de France

1 537 811 329,32

1 548 907 579,93

+11 096 250,61

1 673 513 927,13

+ 124 606 347,20

1 798 120 274,32

+ 124 606 347,19

Banca d’Italia

1 277 599 809,38

1 288 347 435,28

+10 747 625,90

1 391 992 268,53

+ 103 644 833,25

1 495 637 101,77

+ 103 644 833,24

Central Bank of Cyprus

16 269 985,63

16 318 228,29

+48 242,66

17 630 995,33

+1 312 767,04

18 943 762,37

+1 312 767,04

Latvijas Banka

29 563 094,31

29 549 980,26

–13 114,05

31 927 213,83

+2 377 233,57

34 304 447,40

+2 377 233,57

Lietuvos bankas

43 938 703,70

43 891 371,75

–47 331,95

47 422 340,02

+3 530 968,27

50 953 308,28

+3 530 968,26

Banque centrale du Lussemburgu

24 572 766,05

24 980 876,34

+ 408 110,29

26 990 535,14

+2 009 658,80

29 000 193,94

+2 009 658,80

Bank Ċentrali ta’ Malta

7 923 905,17

7 953 970,70

+30 065,53

8 593 850,87

+ 639 880,17

9 233 731,03

+ 639 880,16

De Nederlandsche Bank

440 328 812,57

444 433 941,02

+4 105 128,45

480 187 713,99

+35 753 772,97

515 941 486,95

+35 753 772,96

Oesterreichische Nationalbank

220 018 268,69

221 965 203,55

+1 946 934,86

239 821 835,92

+17 856 632,37

257 678 468,28

+17 856 632,36

Banco de Portugal

177 172 890,71

177 495 700,29

+ 322 809,58

191 774 854,93

+14 279 154,64

206 054 009,57

+14 279 154,64

Banka Slovenije

36 382 848,76

36 515 532,56

+ 132 683,80

39 453 130,12

+2 937 597,56

42 390 727,68

+2 937 597,56

Národná banka Slovenska

86 643 356,59

86 850 273,32

+ 206 916,73

93 837 194,59

+6 986 921,27

100 824 115,85

+6 986 921,26

Suomen Pankki

137 564 189,84

139 301 721,39

+1 737 531,55

150 508 251,00

+11 206 529,61

161 714 780,61

+11 206 529,61

BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

3 454 936,32

3 991 180,11

+ 536 243,79

3 991 180,11

0,00

3 991 180,11

0,00

Česká národní banka

6 564 825,54

7 629 194,36

+1 064 368,82

7 629 194,36

0,00

7 629 194,36

0,00

Danmarks Nationalbank

6 083 383,35

7 140 851,23

+1 057 467,88

7 140 851,23

0,00

7 140 851,23

0,00

Hrvatska narodna banka

2 302 884,94

2 677 159,56

+ 374 274,62

2 677 159,56

0,00

2 677 159,56

0,00

Magyar Nemzeti Bank

5 418 457,29

6 287 164,11

+ 868 706,82

6 287 164,11

0,00

6 287 164,11

0,00

Narodowy Bank Polski

21 136 367,55

24 492 255,06

+3 355 887,51

24 492 255,06

0,00

24 492 255,06

0,00

Banca Naţională a României

9 933 297,11

11 483 573,44

+1 550 276,33

11 483 573,44

0,00

11 483 573,44

0,00

Sveriges Riksbank

10 238 562,31

12 092 886,02

+1 854 323,71

12 092 886,02

0,00

12 092 886,02

0,00

Bank of England

58 200 921,14

0,00

–58 200 921,14

0,00

0,00

0,00

0,00

Total SEBĊ  (1)

7 659 443 757,27

7 659 443 757,27

0,00

8 269 532 360,44

+ 610 088 603,17

8 879 620 963,49

+ 610 088 603,05


(1)  Minħabba xi tqarrib it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.


Top