EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016M/PRO/06

Verzjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
PROTOKOLL (Nru 6) DWAR IL-LOKALITÀ TAS-SEDE TA' L-ISTITUZZJONIJIET U TA’ ĊERTI ORGANI, KORPI U DIPARTIMENTI TA' L-UNJONI EWROPEA

OJ C 202, 7.6.2016, p. 265–265 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/teu_2016/pro_6/oj

   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/265


PROTOKOLL (Nru 6)

DWAR IL-LOKALITÀ TAS-SEDE TA' L-ISTITUZZJONIJIET U TA’ ĊERTI ORGANI, KORPI U DIPARTIMENTI TA' L-UNJONI EWROPEA

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI,

WARA LI KKUNSIDRAW l-Artikolu 341 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 189 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

WAQT LI JFAKKRU U JIKKONFERMAW id-Deċiżjoni tat-8 ta’April 1965, u mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw is-sede ta’ istituzzjonijiet, organi, korpi u dipartimenti futuri,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

Artikolu Uniku

a)

Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strasburgu fejn it-tnax-il perijodu tas-sessjonijiet plenarji ta’ kull xahar, inkluża s-sessjoni tal-baġit, għandhom jinżammu. Il-perjodi tas-sessjonijiet plenarji addizzjonali għandhom jinżammu fi Brussell. Il-kumitati tal-Parlament Ewropew għandhom jiltaqgħu fi Brussell. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew u d-dipartimenti tiegħu għandhom jibqgħu fil-Lussemburgu.

b)

Il-Kunsill għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussell. Matul ix-xhur ta’ April, Ġunju u Ottubru, il-Kunsill għandu jżomm il-laqgħat tiegħu fil-Lussemburgu.

c)

Il-Kummissjoni għandha jkollha s-sede tagħha fi Brussell. Id-dipartimenti elenkati fl-Artikoli 7, 8 u 9 tad-Deċiżjoni tat-8 ta’April 1965 għandhom ikunu stabbiliti fil-Lussemburgu.

d)

Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandha jkollha s-sede tagħha fil-Lussemburgu.

e)

Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha jkollha s-sede tagħha fil-Lussemburgu.

f)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussell.

g)

l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussell.

h)

l-Bank Ewropew ta' l-Investiment għandu jkollu s-sede tiegħu fil-Lussemburgu.

i)

l-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkollu is-sede tiegħu fi Frankfurt.

j)

L-Uffiċju tal-Pulizija Ewropea (Europol) għandu jkollu s-sede tiegħu fl-Aja.


Top