EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AB0083

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Novembru 2014 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri strutturali li jtejbu r-reżiljenza tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-UE (CON/2014/83)

OJ C 137, 25.4.2015, p. 2–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/2


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta’ Novembru 2014

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri strutturali li jtejbu r-reżiljenza tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-UE

(CON/2014/83)

(2015/C 137/02)

Introduzzjoni u bażi legali

Fl-14 ta’ Marzu 2014, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Parlament Ewropew għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri strutturali li jtejbu r-reżiljenza tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-UE (1) (iktar 'il quddiem ir-“regolament propost”). Fis-27 ta’ Marzu 2014, il-BĊE rċieva wkoll talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar ir-regolament propost.

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

Il-BĊE jilqa’ l-proposta biex jindirizza din il-kwistjoni permezz ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq miżuri strutturali li jtejbu r-reżiljenza tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-UE. Din il-miżura se tkun applikabbli direttament fit-28 Stati Membru (2) kollha u se tikkontribwixxi biex tiżgura l-armonizzazzjoni ta’ qafas tal-Unjoni li jindirizza t-tħassib dwar il-banek li huma “kbar wisq biex ifallu” u “interkonnessi wisq biex ifallu”. Ir-regolament propost irid inaqqas il-frammentazzjoni potenzjali li tista’ tiġi kkawżata minn regolamenti strutturali nazzjonali differenti fis-settur bankarju u li tista’ twassal għal inkonsistenzi, arbitraġġ regolatorju u nuqqas ta’ kundizzjonijiet ugwali fis-suq uniku (3).

Ir-regolament propost jispeċifika wkoll id-dettalji ta’ ċerti kompiti fil-qasam esklużiv ta’ kompetenza tal-BĊE skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (4). L-effettività tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) ikun limitat b’leġiżlazzjoni nazzjonali inkonsistenti, biex b’hekk tiżdied il-kumplessità tas-superviżjoni u tal-ispejjeż superviżorji (5) Għaldaqstant, hemm bżonn ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

Osservazzjonijiet speċifiċi

1.   Ambitu ta’ applikazzjoni tar-regoli proposti

1.1.

Ir-regolament propost japplika għal istituzzjonijiet ta’ kreditu indikati bħala Istituzzjonijiet Sistemikament Importanti Globalment (6) kif ukoll istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn li l-karti tal-bilanċ u l-attivitajiet ta’ negozjar tagħhom jissodisfaw ċerti limiti għal perijodu ta’ tliet snin konsekuttivi (7). Il-BĊE jifhem li dan huwa konformi mal-mira espliċita fuq is-subsett limitat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u gruppi li huma l-akbar u l-aktar kumplessi li minkejja atti leġiżlattivi oħrajn jistgħu jibqgħu kbar wisq biex ifallu, kbar wisq biex jiġu salvati jew kumplessi wisq biex jiġu mmaniġġjati, ikkontrollati u riżolti (8).

1.2.

Fil-każ ta’ konċentrazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (pereżempju għaqda) li toħloq immedjatament istituzzjoni ta’ kreditu waħda li tidħol fl-ambitu tar-regolament propost, iċ-ċifri kkombinati għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ffurmaw l-entità waħda, matul il-perijodu ta’ sentejn qabel il-konċentrazzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati meta l-awtorità kompetenti tivvaluta jekk il-livelli minimi għall-entità waħda ġdida ntlaħqux (9). Apparti minn dawn il-każijiet, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jirrieżaminaw fuq bażi regolari, u fi kwalunkwe każ tal-inqas kull sena, jekk il-kriterji tal-limiti ġewx sodisfatti (10).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kemm huma xierqa l-kriterji ta’ livell minimu fir-rieżami tagħha tar-regolament propost, eż. biex jiġi vverifikat jekk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu rilevanti humiex koperti (11). Għaldaqstant, jekk ikun hemm evidenza li mhux l-assi ta’ negozjar kollha tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu qed jinqabdu kif jixraq fid-definizzjoni ta’ attivitajiet ta’ negozjar il-Kummissjoni, meta tkun qed tikkompila r-rapport msemmi fl-Artikolu 34, għandha tkun meħtieġa li tagħti kunsiderazzjoni speċifika jekk l-assi finanzjarji u l-passiv finanzjarju kollha mkejlin b’valur ġust, jew partiti tal-karta tal-bilanċ ekwivalenti għal banek li mhumiex IFRS (International Financial Report Standards) [Standards ta’ Rappurtar Finanzjarju Internazzjonali], għandhomx ikunu inklużi fil-kalkolu ta’ attivitajiet ta’ negozjar skont ir-regolament propost. Għal dan l-iskop, valutazzjoni tal-impatt aġġornat tista’ tkun utli.

2.   Attivitajiet ta’ negozjar ipprojbiti, b’mod partikolari negozjar proprjetarju

2.1.

Il-BĊE b’mod ġenerali jappoġġa l-fatt li r-regolament propost jipprojbixxi negozjar proprjetarju, kif ddefinit fl-Artikolu 5, minn ċerti istituzzjonijiet ta’ kreditu. B’mod partikolari, l-attivitajiet biss tal-uffiċċji, tal-unitajiet, tad-diviżjonijiet jew tan-negozjanti individwali speċifikament iddedikati biex jieħdu pożizzjonijiet biex jagħmlu profitt għall-kont proprju, mingħajr l-ebda rabta mal-attività tal-klijenti jew l-iħħeġġjar tar-riskju tal-entità, ikunu pprojbiti (12). Peress li l-banek, wara l-kriżi finanzjarja, naqqsu b’mod sinifikanti jew eliminaw għal kollox l-uffiċċji, l-unitajiet u d-diviżjonijiet tagħhom iddedikati speċifikament għan-negozjar proprjetarju, il-BĊE jifhem li r-regolament propost huwa miżura ta’ prevenzjoni li tħares 'il quddiem immirata biex jiddiżinċentiva l-banek milli jwettqu mill-ġdid din l-attività. Għaldaqstant, l-ispiża għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq in-negozjar proprjetarju għandha tkun limitata (13).

Ġrajjiet qabel u matul l-aħħar kriżi finanzjarja juru li n-negozjar proprjetarju huwa attività ta’ riskju għoli li għandha l-potenzjal li toħloq riskju sistemiku permezz ta’ pożizzjonijiet kbar miftuħin u l-interkonnettività bejn istituzzjonijiet finanzjarji. Imqabbel ma’ attivitajiet ibbażati iktar fuq il-klijenti, pereżempju s-self, in-negozjar proprjetarju faċli li jiżdied matul żmien qasir. B’mod partikolari, meta n-negozjar proprjetarju jitwettaq fi gruppi bankarji li jibbenefikaw mill-garanzija impliċita tax-xibka tas-sigurtà tal-banek (fondi ta’ riżoluzzjoni, fondi ta’ garanzija ta’ depożitu, jew fl-aħħar mill-aħħar il-kontribwenti tat-taxxa) jista’ jkun hemm inċentiv biex din l-attività ta’ riskju għoli tiżdied b’detriment għax-xibka ta’ sigurtà.

Barra minn hekk, il-BĊE jifhem li l-attivitajiet ta’ negozjar proprjetarju la jirrigwardaw u lanqas jirrispondu għar-rekwiżiti tal-klijenti tal-banek. Fil-fatt, fi ħdan grupp bankarju li jwettaq negozjar proprjetarju jista’ jkun hemm kunflitti ta’ interess bejn in-negozju ta’ negozjar proprjetarju tiegħu u s-servizz tal-klijenti tiegħu. Meta jipprojbixxi, pjuttost milli sempliċiment jissepara n-negozjar proprjetarju, ir-regolament propost jiżgura li l-banek ma jiġux esposti direttament għal dan in-negozju jew riskju ta’ reputazzjoni.

Għall-istess raġuni l-BĊE jilqa’ l-fatt ukoll li r-regolament propost jipprojbixxi istituzzjonijiet ta’ kreditu rilevanti milli jkollhom jew jinvestu f’fondi ħeġġ (14). Din il-projbizzjoni tillimita r-riskju li tiġi evitate projbizzjoni fuq negozjar proprjetarju u tgħin fit-taffija tal-effetti ulterjuri bejn banek u s-sistema bankarja parallela (shadow banking).

2.2.

Sabiex issir distinzjoni bejn negozjar proprjetarju u attivitajiet ta’ negozju oħrajn, b’mod partikolari attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq (15), għandhom jiġu stabbiliti definizzjonijiet adegwati. Il-BĊE jirrikonoxxi li diffiċli li ssir distinzjoni bejn negozjar proprjetarju mill-ġenerazzjoni tas-suq, kemm fit-teorija kif ukoll fil-prattika (16). Il-BĊE ġeneralment jappoġġa d-defnizzjoni ta’ negozjar proprjetarju kif imsemmi fir-regolament propost (17) imma jissuġġerixxi ċerti emendi li għandhom l-għan li jikkjarifikaw l-attivitajiet ipprojbiti (18). B’mod partikolari, il-BĊE jissuġġerixxi li jiġi kkjarifikat li se jkun hemm projbizzjoni fuq tranżazzjonijiet li jirregolaw negozjar proprjetarju li jsiru b’reazzjoni għal u sabiex jiġu sfruttati valutazzjonijiet tas-suq u bl-għan li jsir il-profitt, irrispettivament minn jekk fil-fatt sarx profitt kemm fi żmien qasir kif ukoll fit-tul. Istituzzjonijiet ta’ kreditu jagħmlu negozjar proprjetarju – b’kuntrast mal-attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq – billi jisfruttaw informazzjoni fuq il-valuri reali tal-assi bl-għan li jagħmlu profitti fuq il-bażi ta’ varjazzjonijiet fil-valur tas-suq, mingħajr ebda relazzjoni mal-ordnijiet tal-klijenti.

2.3.

Fl-aħħar nett, f’dan ir-rigward, fil-proposta tal-Kummissjoni hemm sottointiż ċertu tiswir (carve-outs): (a) għalkemm negozjar proprjetarju huwa kkunsidrat bħala attività ta’ riskju kbir mill-Kummissjoni, jibqa’ permissibbli fir-rigward tal-bonds tal-gvern; u (b) istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jaqgħux fl-ambitu tar-regolament propost xorta jkunu jistgħu jagħmlu attivitajiet ta’ riskju għoli li jistgħu jsiru fuq skala kbira f’livell aggregat. Dan it-tiswir jidher li jindika li n-natura tal-attivitajiet ta’ negozjar eżentati għandha tiġi vvalutata iktar fir-rieżami li ġej tar-regolament propost sabiex jiġi ddeterminat kemm hi kbira t-theddida li jista’ joħloq għal istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali jew is-sistema finanzjarja globali (19).

3.   Deċiżjoni fuq jekk tintalabx is-separazzjoni ta’ attivitajiet ta’ negozjar jew le, partikolarment kif jiġu ttrattati attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq

3.1.

Il-BĊE ġeneralment jappoġġa l-introduzzjoni ta’ metriċi dwar id-daqs, il-kumplessità, l-ingranaġġ u l-interkonnettività ta’ attivitajiet ta’ negozjar fil-valutazzjoni superviżorja magħmula skont ir-regolament propost (20). Madankollu, dawn il-metriċi ma jippermettux li valutazzjoni fil-fond ta’ attivitajiet ta’ negozjar individwali ssir mis-superviżur. Għalhekk, il-BĊE jaqbel li dawn l-kriterji m’għandhomx jipprovdu l-bażi waħdanija biex tibda l-proċedura li twassal għal deċiżjoni ta’ separazzjoni. Il-valutazzjoni ta’ dawn il-metriċi għandha tiġi kkumplimentata bl-eżerċizju tad-diskrezzjoni tas-superviżur konsolidant.

Ir-regolament propost jipprovdi ċertu marġni ta’ diskrezzjoni għas-superviżuri fl-istadji differenti tal-proċess ta’ separazzjoni. Fir-regolament propost id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tibda l-proċedura li twassal għal deċiżjoni li jiġu separati attivitajiet ta’ negozjar partikolari tiddependi fuq determinazzjoni mill-awtorità kompetenti li hemm theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi, wara li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-għanijiet tar-regolament propost (21). Jekk l-awtorità kompetenti tikkonkludi, wara valutazzjoni tal-attivitajiet ta’ negozjar, li l-attivitajiet jissodisfaw il-metriċi rilevanti f’termini ta’ daqs relattiv, ingranaġġ, kumplessità, profittabbiltà, riskju tas-suq assoċjat u interkonnettività, għandha teħtieġ is-separazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali (22). Iżda fl-aħħar mill-aħħar, din id-determinazzjoni tiddependi wkoll minn valutazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja ulterjuri mill-awtorità kompetenti. Barra minn hekk, anki wara li l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tkun ġiet innotifikata bil-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti, ikollha l-opportunità li turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li dawk l-attivitajiet ta’ negozjar ma joħolqux theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni jew għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi, wara li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-għanijiet tar-regolament propost (23).

3.2.

Il-BĊE jappoġġa l-approċċ tar-regolament propost għas-separazzjoni. Dan se jevita li jibdew proċeduri fit-tul u għoljin fejn jiġu ssodisfatti l-limiti tad-daqs u l-kumplessità, imma riskji attwali għall-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni prinċipali jew għall-Unjoni iktar fil-wisa’ jiġu mtaffija sostanzjalment b’rekwiżiti regolatorji eżistenti u skrutinju superviżorju. Barra minn hekk, istituzzjoni ta’ kreditu tista’ potenzjalment tissodisfa l-limiti msemmijin iktar 'il fuq billi tagħmel ċerti attivitajiet ta’ negozjar li jikkontribwixxu attwalment għal stabbilità finanzjarja usa’, eż. attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq li huma kruċjali għall-finanzjament tal-ekonomija jew attivitajiet li huma mmirati għall-ġenerazzjoni ta’ bafers ta’ likwidità sabiex jiġi żgurat li jiġu sodisfatti rekwiżiti prudenzjali oħrajn. Għaldaqstant, is-superviżuri għandhom bżonn ta’ flessibbiltà lil hinn mil-limiti sabiex japplikaw il-ġudizzju tagħhom, filwaqt li jżommu f’moħħhom il-konsegwenzi u l-interazzjonijiet regolatorji usa’ għas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Dan il-ġudizzju għandu jieħu inkunsiderazzjoni wkoll l-istabbiltà finanzjarja ta’ Stati Membri individwali jew gruppi ta’ Stati Membri fl-Unjoni, billi l-valutazzjoni tas-superviżur jista’ jkollha impatt sinifikanti f’dak l-Istat Membru jew grupp ta’ Stati Membri.

Ikun utli li dawn id-dispożizzjonijiet jiżdiedu bl-introduzzjoni ta’ iktar ċarezza fil-valutazzjoni jekk l-attivitajiet ta’ negozjar ta’ istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali joħolqux theddida għall-istabbiltà finanzjarja u għalhekk jeħtieġu separazzjoni (24). Ir-rekwiżit fir-regolament propost għat-trasparenza fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonjiet (25) huwa element ewlieni biex jiġi żgurat li deċiżjonijiet biex ma jiġux separati attivitajiet partikolari ta’ negozju jkunu mmotivati u u ġġustifikati sew. F’dan ir-rigward, id-deċiżjoni superviżorja għandha ssir b’referenza għal sett ta’ kriterji usa’ minn dawk li hemm fir-regolament propost. Meta jiġi stabbilit qafas armonizzat li jiffaċilita ġudizzju superviżorju iktar perċettiv minn dak ipprovdut bħalissa, l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiġi ggwidata fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tagħha u tgħin lis-superviżuri fl-għarfien tal-bżonn għal separazzjoni. Dan jista’ jipprovdi wkoll inċentiv għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex itejbu l-governanza tagħhom, inklużi s-sistemi u l-proċeduri interni tagħhom, sabiex jiġi evitat ir-riskju tal-konformità u għat-taffija tal-ispiża ta’ kwalunkwe rekwiżit fil-futur għal separazzjoni.

Għal dan l-iskop, il-metriċi jistgħu jiġu kkumplementati b’informazzjoni kwalitattiva addizzjonali bħal pereżempju: (a) kartografija ta’ attivitajiet ta’ negozjar, inklużi metodi għall-valutazzjoni tal-bżonn għall-kostruzzjoni ta’ inventarji sabiex tiġi ssodsfatta d-domanda antiċipata tal-klijenti; (b) il-qafas ta’ konformità li jimplimenta r-regolament propost; u (c) l-iskemi ta’ kumpens għan-negozjanti. Il-metriċi jistgħu jiġu kkumplementati b’dejta kwantitattiva addizzjonali bħall-fatturat tal-inventarju, varjazzjonijiet tal-valur f’riskju, “profitt u telf ta’ jum 1”, limiti fuq uffiċċji ta’ negozjar u diversifikazzjoni ġeografika tal-attivitajiet ta’ negozjar (26). Dan jagħmel il-proċess iktar fattibbli mill-aspett operattiv għas-superviżuri. Skont l-għan ġenerali tar-regolament propost, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-kalkolu tal-metriċi użati mis-superviżur fil-valutazzjoni tal-attivitajiet ta’ negozjar (27).

3.3.

Il-BĊE jikkunsidra li huwa importanti li jiġu ppreżervati biżżejjed l-attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq ta’ banek sabiex tinżamm jew tiżdied il-likwidità tal-assi u tas-suq, il-volatilità moderata tal-prezzijiet u ż-żieda fir-reżiljenza tas-sigurtà tas-swieq għax-xokkijiet. Dan huwa essenzjali għall-istabbiltà finanzjarja, l-implimentazzjoni bla xkiel tal-politika monetarja, u l-finanzjament tal-ekonomija. Għaldaqstant, kull trattament regolatorju għandu jevita konsegwenzi negattivi għal attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq li mhumiex iġġustifikati b’riskji sinifikanti.

Meta jkunu qed jagħmlu rieżami fil-fond ta’ attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq skont l-Artikolu 9(1) tar-regolament propost, is-superviżuri għandhom joqgħodu attenti għall-effetti potenzjali ta’ dawn l-attivitajiet fuq l-istabbiltà finanzjarja. Naturalment, attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq li se jibqgħu fl-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet tar-regolament propost. B’mod partikolari, dawn l-attivitajiet m’għandhomx iwasslu għall-ħolqien ta’ bank li huwa kbir wisq biex ifalli jew interkonness wisq biex ifalli u m’għandhomx jinkludu attività ta’ negozjar proprjetarju, taħt l-iskuża ta’ ġenerazzjoni tas-suq li fl-aħħar mill-aħħar tista’ thedded l-istabbiltà finanzjarja. Għalhekk, ikun utli ħafna li jiġi kkjarifikat li l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali li tagħmel dawk l-attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq li ma joħolqux theddida lill-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni jew lis-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi jew parti minnha (28). Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar 'il fuq, il-BĊE jissuġġerixxi wkoll ċerti tibdiliet sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti dwar l-attivitajiet tan-negozjar li għandhom isiru ġewwa l-entità ta’ negozjar (29).

Il-BĊE jissuġġerixxi definizzjoni iktar preċiża ta’ ġenerazzjoni tas-suq (30) billi jiżdied il-kliem “jew f’antiċipazzjoni raġonevoli tal-attività tal-klijenti potenzjali” fid-definizzjoni proposta ta’ ġenerazzjoni tas-suq, skont l-elementi li hemm fid-definizzjoni ta’ negozjar proprjetarju. Barra minn hekk, il-BĊE jirrakkomanda l-allinjament tad-definizzjoni ta’ ġenerazzjoni tas-suq fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kollha, skont ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31), li jirrigwarda bejgħ qasir u ċerti aspetti ta’ swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu, u d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32), dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji. Żvantaġġ fir-regolament propost huwa n-nuqqas ta’ definizzjoni tat-terminu “riskju tas-suq materjali”. Qed jiġi ssuġġerit li t-terminu “ġenerazzjoni tas-suq” jiġi allinjat iktar mar-Regolament (UE) Nru 236/2012.

3.4.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu, bħala konsegwenza tal-attivitajiet tagħhom, jadottaw regoli tal-immaniġġjar tar-riskju bbażati fuq riskju għall-istituzzjoni ta’ kreditu jew il-klijenti tagħha. L-immaniġġjar tar-riskju adegwat jikkontribwixxi għas-solvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu u għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. F’dan ir-rigward, ir-regolament propost jillimita l-obbligi tal-immaniġġjar tar-riskju tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali għal ċerti strumenti derivati fejn dawk l-istrumenti huma eliġibbli għall-ikklerjar tal-kontroparti ċentrali. Għaldaqstant huwa rrakkomandat li l-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tal-poter tagħha li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 11(3) tar-regolament propost, tieħu inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċità u kemm huma xierqa l-politiki tal-immaniġġjar tar-riskju tal-banek.

3.5.

Fl-aħħar nett, għandu jiġi nnutat li s-separazzjoni fiha nnifisha ma ssolvix il-kwistjoni “kbir wisq biex ifalli”. Il-falliment ta’ entità ta’ negozjar kbira sseparata diġà xorta jista’ jkollu impatti sistemiċi b’konsegwenzi sinifikanti fis-swieq kapitali. B’din il-kunsiderazzjoni f’moħħhom, ċerti banek jistgħu jiddeterminaw li entità ta’ negozjar separata m’għandhiex skala suffiċjenti biex tkun vijabbli ekonomikament. Din id-determinazzjoni tista’ twassalhom biex jeħilsu mill-attivitajiet tan-negozjar kollha tagħhom, u dan jista’ jirriżulta possibbilment f’konċentrazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet tan-negozjar fil-banek il-kbar, u dawn ikomplu jikbru iktar. Dan ir-riżultat mhuwiex konsistenti mal-għan ta’ tnaqqis tal-problema “kbir wisq biex ifalli”. Alternattivament, dawk l-attivitajiet ta’ negozjar jistgħu jiċċaqalqu lejn is-settur bankarju parallel. Dawn l-iżviluppi ikunu jeħtieġu monitoraġġ mill-qrib ta’ kull konsegwenza mhux maħsuba u, jekk isiru sinifikanti, jistgħu jkunu meħtieġa miżuri speċifiċi biex jindirizzawhom.

4.   Klawżola ta’ deroga

L-Artikolu 21 tar-regolament propost jipprovdi li l-Kummissjoni, fuq talba ta’ Stat Membru, tista’ tawtorizza deroga mir-rekwiżiti ta’ separazzjoni għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma koperti minn leġiżlazzjoni nazzjonali li jkollha “effett ekwivalenti” mad-dispożizzjonijiet tar-regolament propost.

Il-preambolu tar-regolament propost josserva b’mod ġust li leġiżlazzjoni nazzjonali inkonsistenti jkollha l-effett li tiġi limitata l-effettività tal-SSM għaliex il-BĊE jkollu japplika sett ta’ leġiżlazzjoni differenti u inkonsistenti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taħt is-superviżjoni tiegħu biex b’hekk jiżdiedu l-ispejjeż superviżorji u l-kumplessità (33). Dan it-tħassib jikkondividih għal kollox il-BĊE u dawn il-kunsiderazzjonijiet jimmilitaw kontra l-inklużjoni ta’ deroga mir-reġim ġenerali (34). Id-deroga ma hijiex kompatibbli mal-għan li jinħolqu kundizzjonijiet ġusti u tista’ toħloq preċedent għal derogi fil-futur f’tipi oħrajn ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan itellef l-integrazzjoni tas-suq uniku u jostakola l-għanijiet stess li jrid jilħaq ir-regolament propost (35). Barra minn hekk, l-iskop wiesa’ tal-klawżola tad-deroga tista’ ma tkunx konsistenti mal-forma legali ta’ regolament u mal-bażi legali tar-regolament propost skont l-Artikolu 114 tat-Trattat.

5.   Kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni

Il-miżuri strutturali fir-regolament propost huma intiżi biex iwittu t-triq għar-riżoluzzjoni u l-irkupru ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, biż-żewġ proċessi jkunu intrinsikament marbutin. Għaldaqstant, ir-regolament propost jipprovdi għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti f’diversi stadji tal-valutazzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri strutturali ta’ awtorità kompetenti (36). L-awtorità kompetenti bil-poter li teħtieġ separazzjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti qabel ma tittieħed deċiżjoni biex attività ta’ negozjar tiġi separata. Il-valutazzjoni tal-bżonn għal separazzjoni għandha tikkunsidra wkoll kwalunkwe valutazzjoni ta’ riżolvibbiltà li tkun għaddejja jew preeżistenti. Fl-aħħar nett, il-miżuri ta’ separazzjoni għandhom ikunu konsistenti mal-miżuri imposti fil-kuntest tar-rieżami superviżorju u l-proċess ta’ valutazzjoni u kwalunkwe miżura imposta fil-kuntest ta’ valutazzjoni ta’ riżolvibbiltà.

Huwa essenzjali li jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà biex jiġi żviluppat pjan ta’ riżoluzzjoni operattiv għal istituzzjoni ta’ kreditu jew grupp. Kif il-BĊE osserva preċedentement, filwaqt li konsultazzjoni mas-superviżur hija biżżejjed fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà nnifisha, miżuri għat-tneħħija ta’ impedimenti għar-riżolvabbiltà għandhom jiġu ddeterminati u implimentati konġuntament f’kooperazzjoni mas-superviżur (37). L-adozzjoni ta’ miżuri xierqa biex tiżdied ir-riżolvabbiltà ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew grupp, bħal tibdil fil-prattiki, struttura jew organizzazzjoni tan-negozju, għandha tieħu inkunsidrazzjoni debitament l-effett ta’ dawn il-miżuri fuq is-sodezza u l-istabbiltà tan-negozju li jkun għaddej tal-entità. Din hija kunsiderazzjoni rilevanti għall-awtorità kompetenti. It-titjib tar-riżolvabbiltà tal-banek filwaqt li jiġu ppreżervati s-servizzi finanzjarji kritiċi fl-ekonomija inġenerali huwa wkoll għan ewlieni tal-proċess superviżorju li l-miżuri fir-regolament propost għandhom ifittxu li jagħtuh effett. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtortitajiet ta’ riżoluzzjoni se jkollhom jaħdmu f’kooperazzjoni mill-qrib f’dawn iż-żewġ proċessi.

Wieħed mill-għanijiet tar-regolament propost huwa li jiġu ffaċilitati r-riżoluzzjoni u l-irkupru ordnati ta’ grupp ta’ entitajiet (38). Madankollu l-għanijiet tar-regolament propost f’li tiġi pprovduta l-impożizzjoni ta’ miżuri strutturali mhumiex identiċi mal-għanijiet tal-valutazzjoni tar-riżolvabbiltà. Il-medda ta’ miżuri strutturali disponibbli skont ir-regolament propost hija għalhekk differenti mill-medda ta’ miżuri mmirati għat-tneħħija ta’ impedimenti għar-riżolvabbiltà taħt il-qafas ta’ riżoluzzjoni tal-Unjoni adottat riċentement (39).Għaldaqstant, hija l-fehma tal-BĊE li anki meta l-valutazzjoni ta’ riżolvibbiltà fil-kuntest tal-ippJannar ta’ riżoluzzjoni ma tkun identifikat l-ebda impediment sostantiv għar-riżolvabbiltà, l-awtorità kompetenti tista’ madankollu tidentifika l-ħtieġa għal miżuri strutturali skont ir-regolament propost li jiffaċilitaw l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet kumplessi (40). Għandu jiġi kkjarifikat f’dan ir-rigward li filwaqt li kwalunkwe valutazzjoni ta’ riżolvibbiltà li tkun għaddejja jew preeżistenti għandha tittieħed inkunsiderazzjoni mill-awtorità kompetenti, il-konklużjonijiet ta’ din il-valutazzjoni bl-ebda mod m’għandha tippreġudika lill-awtorità kompetenti fl-eżerċizzju tal-poteri tagħha skont ir-regolament propost, b’mod partikolari meta l-awtorità kompetenti tiddetermina li huma ssodisfatti l-kriterji għall-impożizzjoni ta’ separazzjoni (41).

6.   Setgħat ta’ sanzjonar

Filwaqt li r-regolament propost japplika direttament fl-Unjoni kollha, xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu jeħtieġu implimentazzjoni ulterjuri mill-Istati Membri (42). Billi l-BĊE huwa kkunsidrat bħala awtorità kompetenti għall-għan esklużiv li jwettaq il-kompiti li ngħatawlu, inter alia, mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, u billi l-kompiti speċifikati fir-regolament propost jikkorrespondu mal-kompiti mogħtija lill-BĊE skont l-Artikolu 4(1)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE għandu jkollu l-poter ukoll li jeżerċita poteri ta’ sanzjonar xierqa skont il-qafas stabbilit fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Dan għandu jiġi kkjarifikat fil-preambolu tar-regolament propost u, biex jiġi evitat id-dubju, fl-Artikolu 28 (43). Il-poteri mogħtija mill-BĊE ma jinkludux il-poter li jissanzjona persuni naturali jew li jimponi sanzjonijiet li mhumiex pekunjarji. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi allinjat il-livell ta’ sanzjonijiet pekunjarji fir-regolament propost mad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (44). Barra minn hekk, il-poter li tiġi sospiża awtorizzazzjoni hija miżura partikolarment ġdida prevista mir-regolament propost (45). Il-BĊE jissuġġerixxi t-tneħħija ta’ din s-sanzjoni mir-regolament propost biex jiġu evitati diffikultajiet legali.

Fl-aħħar nett, dwar l-użu tal-kliem “profitti miksuba jew it-telf evitat” fir-regolament propost, fil-prattika se jkun diffiċli ħafna li jiġi ppruvat eżattament x’għandhom ikunu dawn l-ammonti. Is-sanzjoni proposta fl-Artikolu 28(4)(b) tar-regolament propost tieħu inkunsiderazzjoni l-profitti miksuba jew it-telf evitat, bl-indikazzjoni li l-eliminazzjoni tagħhom bħala waħda mis-sanzjonijiet possibbli. Fl-Artikolu 29(1)(d), l-“importanza” tal-profitti miksuba jew telf evitat hija inkluża fost iċ-ċirkustanzi li l-awtoritajiet għandhom jikkunsidraw fid-determinazzjoni tat-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet. Il-BĊE jissuġġerixxi li dik il-kelma tinbidel, fiż-żewġ każijiet, mal-evalwazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-profitti u tat-telf li nkisbu jew ġew evitati bħala konsegwenza tal-ksur (46).

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ Novembru 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  COM(2014) 43 final.

(2)  Ir-regolament propost mhux se jkollu bżonn implimentazzjoni addizzjonali fil-livell nazzjonali, bl-eċċezzjoni ta’ xi ftit dispożizzjonijiet. Ara l-paragrafu 6 ta’ din l-Opinjoni fir-rigward tal-qafas tas-sanzjonar.

(3)  Ara COM(2014) 43 final, p. 5.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew dwar politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(5)  Ara l-premessa 8 tar-regolament propost.

(6)  Skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(7)  Bis-saħħa tal-Artikolu 3 tar-regolament propost il-limiti huma: (a) assi totali li jammontaw għallinqas għal EUR 30 biljun; u (b) attivitajiet ta’ negozjar li jammontaw għallinqas għal EUR 70 biljun jew 10 fil-mija tal-assi totali tagħha.

(8)  Ara l-premessa 13 tar-regolament propost.

(9)  Ara l-Emendi 7 u 18 fl-Anness ta’ din l-Opinjoni.

(10)  Ara l-Emenda 19 fl-Anness ta’ din l-Opinjoni.

(11)  Ara l-Emenda 23 fl-Anness ta’ din l-Opinjoni.

(12)  Ara l-Artikolu 5(4) tar-regolament propost.

(13)  Ara l-Anness A6 tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni (Parti 3 minn 3), p. 58. Mill-ftit banek li ssottomettew evidenza kwantitattiva fil-konsultazzjoni pubblika, l-ebda wieħed minnhom ma rrapporta li kellu xi dħul sinjifikanti min-negozjar proprjetarju.

(14)  Ara l-Artikolu 6 tar-regolament propost.

(15)  Ara l-paragrafu 3.3 ta’ din l-Opinjoni.

(16)  Ara l-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni, Taqsima 5.3.1.1.

(17)  Ara l-Artikolu 5(4) tar-regolament propost.

(18)  Ara l-Emenda 5 fl-Anness ta’ din l-Opinjoni.

(19)  Ara l-Emenda 23 fl-Anness ta’ din l-Opinjoni.

(20)  Ara l-Artikolu 9 tar-regolament propost.

(21)  Ara l-Artikolu 10(1) tar-regolament propost.

(22)  Kif issuġġerit mill-premessa 23 tar-regolament propost.

(23)  Ara l-Artikolu 10(3) u l-premessa 23 tad-direttiva proposta.

(24)  Ara l-Emendi 2 u 10 sa 15 fl-Anness ta’ din l-Opinjoni.

(25)  Ara t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-regolament propost.

(26)  Ara l-Emenda 8 fl-Anness ta’ din l-Opinjoni.

(27)  Ara l-emenda 9 fl-Anness ta’ din l-Opinjoni.

(28)  Ara l-Emenda 12 fl-Anness ta’ din l-Opinjoni.

(29)  Ara l-Emendi 14 u 15 fl-Anness ta’ din l-Opinjoni.

(30)  Ara l-Emenda 6 fl-Anness ta’ din l-Opinjoni.

(31)  Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1).

(32)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(33)  Kif issuġġerit mill-premessa 8 tar-regolament propost.

(34)  Ara l-Emendi 1 u 17 fl-Anness ta’ din l-Opinjoni.

(35)  Ara, per eżempju, il-premessa 7 u l-Artikolu 1 tar-regolament propost.

(36)  Artikolu 19 tar-regolament propost.

(37)  Opinjoni CON/2013/76, paragrafu 2.5. L-opinjonijiet kollha tal-BCE huma ppubblikati fil-websajt tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu

(38)  Artikolu 1(g) tar-regolament propost.

(39)  Ara b’mod partikolari l-Artikoli 17 u 18 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

(40)  Ara l-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni, Taqsima 5.3.1.1.

(41)  Ara l-Emenda 16 fl-Anness ta’ din l-Opinjoni.

(42)  Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tistabbilixxi li xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ regolament jistgħu jeħtieġu, għall-implimentazzjoni tagħhom, l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ applikazzjoni jew mill-Istati Membri jew mil-leġiżlatura tal-Unjoni nnifisha. Ara f’dan is-sens il-paragrafi 32 u 33 tal-Kawża C-367/09 SGS Belgium et ECLI:EU:C:2010:648.

(43)  Ara l-Emendi 4 u 21 fl-Anness ta’ din l-Opinjoni.

(44)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(45)  Ara l-Artikolu 28 tar-regolament propost.

(46)  Ara l-Emenda 22 fl-Anness ta’ din l-Opinjoni.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Premessa 10

“(10)

B’mod konsistenti mal-għanijiet ta’ kontribuzzjoni għall-funzjonament tas-suq intern, għandu jkun possibbli li tingħata deroga għal istituzzjoni ta’ kreditu mill-provvedimenti dwar is-separazzjoni ta’ ċerti attivitajiet ta’ negozjar fejn Stat Membru jkun adotta leġiżlazzjoni primarja nazzjonali qabel id-29 ta’ Jannar 2014 (inkluża leġiżlazzjoni sekondarja adottata sussegwentement) li tipprojbixxi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jieħdu depożiti minn individwi u Intrapriżi Żgħar u Medji (Small and Medium sized Enterprises — SMEs) milli jitrattaw f’investimenti bħala prinċipal u jżommu assi ta’ negozjar. Għaldaqstant, l-Istat Membru għandu jkun intitolat li jitlob lill-Kummissjoni li tikkonċedi deroga mill-provvedimenti dwar is-separazzjoni ta’ ċerti attivitajiet ta’ negozjar għal istituzzjoni ta’ kreditu li tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni nazzjonali kompatibbli ma’ dawk il-provvedimenti. Dan jippermetti lill-Istati Membri li diġà għandhom leġiżlazzjoni primarja fis-seħħ, li l-effetti tagħhom ikunu ekwivalenti u konsistenti ma’ dan ir-Regolament, sabiex jevitaw l-allinjament ta’ provvedimenti eżistenti u effettivi. Sabiex jiġi żgurat li l-impatt ta’ dik il-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif ukoll ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni sussegwenti, ma jipperikolax l-għan jew il-funzjonament tas-suq intern, l-għan ta’ dik il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-arranġamenti superviżorji u ta’ infurzar relatati jridu jkunu kapaċi jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jieħdu depożiti eliġibbli minn individwi u minn SMEs jikkonformaw ma’ rekwiżiti vinkolanti li huma ekwivalenti u kompatibbli mall-provvedimenti previsti f’dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti li tissorvelja l-istituzzjoni ta’ kreditu soġġetta għal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni għandha tkun responsabbli sabiex tipprovdi opinjoni li għandha takkumpanja t-talba għad-deroga.”

(10)

B’mod konsistenti mal-għanijiet ta’ kontribuzzjoni għall-funzjonament tas-suq intern, għandu jkun possibbli li tingħata deroga għal istituzzjoni ta’ kreditu mill-provvedimenti dwar is-separazzjoni ta’ ċerti attivitajiet ta’ negozjar fejn Stat Membru jkun adotta leġiżlazzjoni primarja nazzjonali qabel id-29 ta’ Jannar 2014 (inkluża leġiżlazzjoni sekondarja adottata sussegwentement) li tipprojbixxi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jieħdu depożiti minn individwi u Intrapriżi Żgħar u Medji (Small and Medium sized Enterprises — SMEs) milli jitrattaw f’investimenti bħala prinċipal u jżommu assi ta’ negozjar. Għaldaqstant, l-Istat Membru għandu jkun intitolat li jitlob lill-Kummissjoni li tikkonċedi deroga mill-provvedimenti dwar is-separazzjoni ta’ ċerti attivitajiet ta’ negozjar għal istituzzjoni ta’ kreditu li tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni nazzjonali kompatibbli ma’ dawk il-provvedimenti. Dan jippermetti lill-Istati Membri li diġà għandhom leġiżlazzjoni primarja fis-seħħ, li l-effetti tagħhom ikunu ekwivalenti u konsistenti ma’ dan ir-Regolament, sabiex jevitaw l-allinjament ta’ provvedimenti eżistenti u effettivi. Sabiex jiġi żgurat li l-impatt ta’ dik il-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif ukoll ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni sussegwenti, ma jipperikolax l-għan jew il-funzjonament tas-suq intern, l-għan ta’ dik il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-arranġamenti superviżorji u ta’ infurzar relatati jridu jkunu kapaċi jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jieħdu depożiti eliġibbli minn individwi u minn SMEs jikkonformaw ma’ rekwiżiti vinkolanti li huma ekwivalenti u kompatibbli mall-provvedimenti previsti f’dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti li tissorvelja l-istituzzjoni ta’ kreditu soġġetta għal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni għandha tkun responsabbli sabiex tipprovdi opinjoni li għandha takkumpanja t-talba għad-deroga.

Spjegazzjoni

Deroga bħal din mhijiex kompatibbli mal-għan tal-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ugwali. Barra minn hekk, dispożizzjoni bħal din tista’ toħloq preċedent għal klawżoli ta’ derogi futuri f’oqsma leġiżlattivi oħrajn u b’hekk issir ħsara lill-integrazzjoni tas-suq uniku inġenerali.

Emenda 2

Premessa 23

“(23)

Jekk, meta jiġu vvalutati l-attivitajiet ta’ negozjar, l-awtorità kompetenti tikkonkludi li dawn jaqbżu ċerti metriċi f’termini ta’ daqs relattiv, l-ingranaġġ, il-kumplessità, il-profittabilità, ir-riskju tas-suq assoċjat, kif ukoll l-interkonnettività, hija għandha titlob għas-separazzjoni tagħhom mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali sakemm l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali ma tkunx tista’ turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li dawn l-attivitajiet ta’ negozjar ma humiex ta’ theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi, b’kont meħud tal-objettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament.”

“(23)

Jekk, meta jiġu vvalutati l-attivitajiet ta’ negozjar, l-awtorità kompetenti tikkonkludi li dawn jaqbżu ċerti metriċi f’termini ta’ daqs relattiv, l-ingranaġġ, il-kumplessità, il-profittabilità, ir-riskju tas-suq assoċjat, kif ukoll l-interkonnettività, u tqis ukoll li hemm theddida lill-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew lis-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew parti minnha, wara li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, hija għandha titlob għas-separazzjoni tagħhom mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali sakemm l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali ma tkunx tista’ turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li dawn l-attivitajiet ta’ negozjar ma humiex ta’ theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi, b’kont meħud tal-objettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament.”

Spjegazzjoni

L-għan tad-diċitura ssuġġerita huwa li tiġi żgurata konsistenza bejn il-premessa 23 u l-Artikolu 10, li jipprovdi lill-awtorità kompetenti b’diskrezzjoni meta teżamina l-attivitajiet ta’ negozjar u meta tiddeċiedi jekk tibdiex proċedura għal separazzjoni.

Emenda 3

Premessa 29

“Irrispettivament mis-separazzjoni, l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali għandha xorta tkun kapaċi timmaniġġja r-riskju tagħha stess. Għaldaqstant, ċerti attivitajiet ta’ negozjar għandhom jiġu permessi sal-punt li jkunu mmirati lejn immaniġġjar prudenti tal-kapital, il-likwidita u l-finanzjament tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u ma joħolqux tħassib għall-istabbiltà finanzjarja tagħha. B’mod simili, jeħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali jkunu jistgħu jipprovdu ċerti servizzi meħtieġa ta’ mmaniġġjar tar-riskji lill-klijenti tagħhom. Madankollu, dan għandu jsir mingħajr ma l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tiġi esposta għal riskji bla bżonn u mingħajr ma jinħoloq tħassib għall-istabbiltà finanzjarja tagħha. L-attivitajiet tal-iħħeġġjar eliġibbli għall-fini ta’ mmaniġġjar b’mod prudenti tar-riskju proprju u għall-provvediment ta’ servizzi ta’ mmaniġġjar tar-riskju għall-klijenti jistgħu, iżda ma għandhomx għalfejn, jikkwalifikaw bħala kontabilità għall-iħħeġġjar skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju.”

“Irrispettivament mis-separazzjoni, l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali għandha xorta tkun kapaċi timmaniġġja r-riskju tagħha stess. Għaldaqstant, ċerti attivitajiet ta’ negozjar għandhom jiġu permessi sal-punt li jkunu mmirati lejn immaniġġjar prudenti tal-kapital, il-likwidita u l-finanzjament tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u ma joħolqux tħassib għall-istabbiltà finanzjarja tagħha. B’mod simili, jeħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali jkunu jistgħu jipprovdu ċerti servizzi meħtieġa ta’ mmaniġġjar tar-riskji lill-klijenti tagħhom. Madankollu, dan għandu jsir mingħajr ma l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tiġi esposta għal riskji bla bżonn u mingħajr ma jinħoloq tħassib għall-istabbiltà finanzjarja tagħha. L-attivitajiet tal-iħħeġġjar eliġibbli għall-fini ta’ mmaniġġjar b’mod prudenti tar-riskju proprju u għall-provvediment ta’ servizzi ta’ mmaniġġjar tar-riskju għall-klijenti jistgħu, iżda ma għandhomx għalfejn, jikkwalifikaw bħala kontabilità għall-iħħeġġjar skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju.

Irrispettivament minn deċiżjoni għal separazzjoni, l-awtorità kompetenti għandu jkollha l-poter mogħti mill-Artikolu 104(1)(a) tad-Direttiva 2003/36/UE li timponi rekwiżiti ta’ fondi proprji meta l-volum ta’ riskji u attivitajiet ta’ negozjar jaqbeż ċerti livelli sabiex istituzzjoni tiġi inċentivata biex ma tiħux riskji mhux meħtieġa għall-istabbiltà finanzjarja tagħha jew l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni kollha jew parti minnha.

Spjegazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li riskji tal-istabbiltà finanzjarja minħabba attivitajiet ta’ negozjar ikunu limitati, l-awtorità kompetenti għandu jkollha l-poter li timponi soprataxxa kapitali meta l-volum ta’ riskju u attivitajiet jaqbeż ċerti livelli. Soprataxxa bħal din tgħin biex tiddiswadi lil banek milli jwettqu attivitajiet ta’ negozjar eċċessivi.

Emenda 4

Premessa 37a (ġdida)

L-ebda test

(37a)

Għall-finijiet li jitwettqu l-kompiti esklużivi tiegħu, inklużi d-dmirijiet speċifikati f’dan ir-Regolament, il-BĊE għandu l-poteri ta’ sanzjonar speċifikati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

Spjegazzjoni

Għandu jiġi kkjarifikat li, wara l-implimentazzjoni tal-Artikolu 28 tar-regolament propost mill-Istati Membri, il-BĊE se jkollu, għall-finijiet li jwettaq il-kompiti tiegħu, il-poteri ta’ sanzjonar kif speċifikat b’mod partikolari fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Ara wkoll il-paragrafu 6 tal-opinjoni.

Emenda 5

Artikolu 5

Definizzjonijiet

“4.   ‘negozjar proprjetarju’ tfisser l-użu ta’ kapital proprju jew flus mislufa biex jittieħdu pożizzjonijiet f’kull tip ta’ tranżazzjoni biex jinxtraw, jinbiegħu jew jiġu akkwistati jew ċeduti mod ieħor kwalunkwe strument finanzjarju jew komodità għall-iskop uniku li jkun hemm qligħ għall-kont proprju, u mingħajr kwalunkwe konnessjoni mal-attività tal-klijenti attwali jew antiċipata jew għall-fini ta’ ħħeġġjar tar-riskju tal-entità bħala riżultat ta’ attività tal-klijenti attwali jew antiċipata, permezz tal-użu ta’ uffiċċji, unitajiet, diviżjonijiet jew negozjanti individwali iddedikati speċifikament għal dan it-teħid ta’ pożizzjonijiet u qligħ, anke permezz ta’ pjattaformi ta’ negozjar proprjetarji ddedikati u bbażati fuq l-Internet;”

“4.   ‘negozjar proprjetarju’ tfisser l-użu ta’ kapital proprju jew flus mislufa biex jittieħdu pożizzjonijiet, b’reazzjoni għal u bil-motivazzjoni tal-isfruttament ta’ movimenti attwali jew mistennija f’valutazzjonijiet tas-suq, f’kull tip ta’ tranżazzjoni biex jinxtraw, jinbiegħu jew jiġu akkwistati jew ċeduti mod ieħor kwalunkwe strument finanzjarju jew komodità għall-iskop uniku li jkun hemm qligħ għall-kont proprju, u mingħajr kwalunkwe konnessjoni mal-attività tal-klijenti attwali jew antiċipata jew għall-fini ta’ ħħeġġjar tar-riskju tal-entità bħala riżultat ta’ attività tal-klijenti attwali jew antiċipata, permezz tal-użu ta’ uffiċċji, unitajiet, diviżjonijiet jew negozjanti individwali iddedikati speċifikament għal dan it-teħid ta’ pożizzjonijiet u qligħ, anke permezz ta’ pjattaformi ta’ negozjar proprjetarji ddedikati u bbażati fuq l-Internet; Din id-definizzjoni tinkludi kwalunkwe tranżazzjoni bħal din magħmula bil-għan li jsir profitt, irrispettivament minn jekk dan il-profitt isirx fi żmien qasir jew għal żmien itwal, jew fil-fatt ikun sar;

Spjegazzjoni

In-negozjar proprjetarju jsir – b’kuntrast ma’ attivitajiet ta’ negozjar oħrajn bħal pereżempju attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq – bil-għan li jsiru profitti fuq il-bażi ta’ movimenti attwali jew mistennija fil-varjazzjonijiet tal-valur tas-suq li għalihom jirreaġixxu n-negożjanti proprjetarji u li jispekulaw fuqhom. Il-bidla proposta se tippermetti l-esklużjoni mid-definizzjoni ta’ investimenti mhux spekulattivi fit-tul fil-kapital tal-ishma (inklużi azzjonijiet f’istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, bħal banek u kumpanniji tal-assigurazzjoni).

Emenda 6

Artikolu 5

Definizzjonijiet

“12.   ‘ġenerazzjoni tas-suq’ tfisser l-impenn ta’ istituzzjoni finanzjarja li tipprovdi l-likwidità fis-suq fuq bażi regolari u kontinwa, billi jitpoġġew kwotazzjonijiet fuq żewġ binarji fir-rigward ta’ ċertu strument finanzjarju, jew bħala parti mill-operat normali tiegħu, billi tissodisfa l-ordnijiet mibdija minn klijenti jew b’reazzjoni għat-talbiet tal-klijenti għan-negozjar, iżda fiż-żewġ każijiet mingħajr ma tiġi esposta għal riskju tas-suq materjali;”

“12.   ‘ġenerazzjoni tas-suq’ tfisser l-impenn ta’ istituzzjoni finanzjarja li tipprovdi l-likwidità fis-suq fuq bażi regolari u kontinwa, billi jitpoġġew kwotazzjonijiet fuq żewġ binarji fir-rigward ta’ ċertu strument finanzjarju, jew bħala parti mill-operat normali tiegħu, billi tissodisfa l-ordnijiet mibdija minn klijenti jew b’reazzjoni għat-talbiet tal-klijenti għan-negozjar, jew f’antiċipazzjoni raġonevoli tal-attività tal-klijenti potenzjali, u b’pożizzjonijiet iħħeġġjati ġejjin mit-twettiq ta’ dawn il-kompiti iżda fiż-żewġ każijiet mingħajr ma tiġi esposta għal riskju tas-suq materjali;”

Il-BĊE jifhem li, b’kuntrast ma’ negozjar proprjetarju, il-ġenerazzjoni tas-suq hija attività mmexxija mill-klijenti u għalhekk relatata ma’ attivitajiet tal-bank standard. Il-ġenerazzjoni tas-suq kultant issir ukoll f’antiċipazzjoni tan-negozju tal-klijenti. Għalhekk, huwa ssuġġerit li jiġi inkluż il-kliem “f’antiċipazzjoni raġonevoli tal-attività tal-klijenti potenzjali” fid-definizzjoni ta’ ġenerazzjoni tas-suq. Dan jipprovdi wkoll grad ta’ simmetrija fir-rigward tad-definizzjoni proposta ta’ negozjar proprjetarju.

Barra minn dan, f’kuntrast ma’ sensara, ġeneratur tas-suq jassorbi l-iżbilanċi tat-talba u l-provvista u fi kwalunkwe żmien permezz tal-inventarju tiegħu, biex b’hekk ipoġġi l-kapital tiegħu f’riskju. Għalhekk għandu jkun possibbli għall-ġeneratur tas-suq li jiħħeġġja l-pożizzjonijiet tiegħu ġejjin mit-twettiq tal-kompiti tiegħi bħala ġeneratur tas-suq. Billi l-kunċett ta’ riskju tas-suq “materjali” ma huwiex iddefinit, u fuq kollox sabiex jiġu allinjati kemm jista’ jkun possibbli d-definizzjonijiet użati fir-rigward tar-regolamenti tal-Unjoni, qed jiġi ssuġġerit li jiġi użat l-kunċett ta’ “pożizzjonijiet iħħeġġjati ġejjin mit-twettiq ta’ dawn il-kompiti”, skont ir-Regolament (UE) Nru 236/2012.

Emenda 7

Artikolu 5

Definizzjonijiet

L-ebda test

23.   ‘konċentrazzjoni’ tfisser konċentrazzjoni kif iddeterminat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

Spjegazzjoni

Ara l-paragrafu 1.2 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 8

Artikolu 9(2)

Obbligu li l-attivitajiet jiġu rieżaminati

“2.   Fil-prestazzjoni tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tuża dawn il-metriċi:

(a)

id-daqs relattiv tal-assi ta’ negozjar, kif imkejla bl-assi ta’ negozjar diviżi bl-assi totali;

(b)

l-ingranaġġ ta’ assi ta’ negozjar kif imkejla bl-assi ta’ negozjar diviżi bil-kapital tal-Grad 1 prinċipali;

(c)

l-importanza relattiva tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, kif imkejla skont il-valur ġust ta’ derivattivi diviżi bl-assi ta’ negozjar totali;

(d)

il-kumplessità relattiva tad-derivattivi ta’ negozjar, kif imkejla bl-assi tad-derivattivi ta’ negozjar tal-livell 2 u 3 diviżi bid-derivattivi ta’ negozjar u bl-assi ta’ negozjar;

(e)

il-profittabbiltà relattiva tal-introjtu operatorju, kif imkejla bl-introjtu operatorju diviż bl-introjtu nett totali;

(f)

l-importanza relattiva tar-riskju tas-suq, kif imkejjel bil-kalkolu tad-differenza bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ negozjar f’valur assolut diviż bil-medja sempliċi bejn l-assi ta’ negozjar u l-obbligazzjonijiet ta’ negozjar;

(g)

l-interkonnettività, kif imkejla b’metodoloġija msemmija fl-Artikolu 131(18) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(h)

riskju tal-kreditu u tal-likwidità li jirriżulta minn impenji u garanziji pprovduti mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali.”

“2.   Fil-prestazzjoni tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tuża dawn il-metriċi:

(a)

id-daqs relattiv tal-assi ta’ negozjar, kif imkejla bl-assi ta’ negozjar diviżi bl-assi totali;

(b)

l-ingranaġġ ta’ assi ta’ negozjar kif imkejla bl-assi ta’ negozjar diviżi bil-kapital tal-Grad 1 prinċipali;

(c)

l-importanza relattiva tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, kif imkejla skont il-valur ġust ta’ derivattivi diviżi bl-assi ta’ negozjar totali;

(d)

il-kumplessità relattiva tad-derivattivi ta’ negozjar, kif imkejla bl-assi tad-derivattivi ta’ negozjar tal-livell 2 u 3 diviżi bid-derivattivi ta’ negozjar u bl-assi ta’ negozjar;

(e)

il-profittabbiltà relattiva tal-introjtu operatorju, kif imkejla bl-introjtu operatorju diviż bl-introjtu nett totali;

(f)

l-importanza relattiva tar-riskju tas-suq, kif imkejjel bil-kalkolu tad-differenza bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ negozjar f’valur assolut diviż bil-medja sempliċi bejn l-assi ta’ negozjar u l-obbligazzjonijiet ta’ negozjar;

(g)

l-interkonnettività, kif imkejla b’metodoloġija msemmija fl-Artikolu 131(18) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(h)

riskju tal-kreditu u tal-likwidità li jirriżulta minn impenji u garanziji pprovduti mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali.;

(i)

il-kartografija tal-attivitajiet ta’ negozjar, inklużi metodi għall-valutazzjoni tal-bżonn biex jinbnew inventarji sabiex tiġi ssodisfatta d-domanda antiċipata tal-klijent;

(j)

il-qafas ta’ konformità li jimplimenta dan ir-regolament;

(k)

l-iskemi ta’ kumpens għal negozjanti;

(l)

dejta kwantitattiva addizzjonali bħall-fatturat tal-inventarju, varjazzjonijiet tal-valur f’riskju, ‘profitt u telf ta’ jum 1’, limiti fuq uffiċċji ta’ negozjar u diversifikazzjoni ġeografika tal-attivitajiet ta’ negozjar.

Spjegazzjoni

Ara l-paragrafu 3.2 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 9

Artikolu 9(2a) (ġdid)

Dmir li l-attivitajiet jiġu rieżaminati

L-ebda test

2a.   L-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ l-informazzjoni kollha kwantitattiva u kwalitattiva li tqis rilevanti għall-valutazzjoni tal-attivtajiet ta’ negozjar skont il-paragrafu 1.

Spjegazzjoni

Ara l-paragrafu 3.2 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 10

Artikolu 10(1)

Setgħa tal-awtorità kompetenti li titlob li l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali ma twettaqx ċerti attivitajiet

“1.   Meta l-awtorità kompetenti tikkonkludi li, wara l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1), il-limiti u l-kundizzjonijiet marbutin mal-metriċi msemmija fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 9(2) u speċifikati fl-att iddelegat imsemmi fil-paragrafu 5 jiġu sodisfatti, u għaldaqstant hija jidhrilha li jkun hemm theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi filwaqt li jitqiesu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 1, sa mhux aktar tard minn xahrejn wara l-finalizzazzjoni ta’ dik il-valutazzjoni, hija tibda l-proċedura li twassal għal deċiżjoni kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.”

“1.   Meta l-awtorità kompetenti tikkonkludi li, wara l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1), il-limiti u l-kundizzjonijiet marbutin mal-metriċi msemmija fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 9(2) u speċifikati fl-att iddelegat imsemmi fil-paragrafu 5 jiġu sodisfatti, u għaldaqstant hija jidhrilha li jkun hemm theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi jew parti minnha filwaqt li jitqiesu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 1, sa mhux aktar tard minn xahrejn wara l-finalizzazzjoni ta’ dik il-valutazzjoni, hija tibda l-proċedura li twassal għal deċiżjoni kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.”

Spjegazzjoni

L-emenda teknika proposta għandha l-għan li telimina kull ambigwità reżidwa li tirriżulta mill-użu tal-kelma “għaldaqstant”, minħabba l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti għandhom fi kwalunkwe każ jivvalutaw it-theddida għall-istabbiltà finanzjarja anki meta jiġu sodisfatti l-limit metriċi. Barra minn hekk, l-evidenza minn indikaturi addizzjonali għandhom jipprovdu informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti (ara wkoll il-paragrafu 3.2 ta’ din l-Opinjoni).

Emenda 11

Artikolu 10(2)

Setgħa tal-awtorità kompetenti li titlob li l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali ma twettaqx ċerti attivitajiet

“2.   Meta l-limiti u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew issodisfati, l-awtorità kompetenti xorta tista’ tibda l-proċedura li twassal għal deċiżjoni kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 meta hi tikkonkludi, wara l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1), li kwalunkwe attività ta’ negozjar, bl-eċċezzjoni tan-negozjar fid-derivattivi għajr dak permess skont l-Artikolu 11 u 12, imwettqa mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali, hija ta’ theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi filwaqt li jitqiesu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 1.”

“2.   Meta l-limiti u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew issodisfati, l-awtorità kompetenti xorta tista’ tibda l-proċedura li twassal għal deċiżjoni kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 meta hi tikkonkludi, wara l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1), li kwalunkwe attività ta’ negozjar, bl-eċċezzjoni tan-negozjar fid-derivattivi għajr dak permess skont l-Artikolu 11 u 12, imwettqa mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali, hija ta’ theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi jew parti minnha filwaqt li jitqiesu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 1.”

Spjegazzjoni

Huwa propost li d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tkun ibbażata fuq theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi jew parti minnha.

Emenda 12

Artikolu 10(3)

Setgħa tal-awtorità kompetenti li titlob li l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali ma twettaqx ċerti attivitajiet

“3.   L-awtorità kompetenti tinnotifika l-konklużjonijiet tagħha msemmija fil-paragrafi 1 jew 2 lill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u tipprovdi lill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali bl-opportunità li tippreżenta kummenti bil-miktub fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.

Sakemm l-istituzzjoni ta’ kreditu ma turix, fil-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li r-raġunijiet li jwasslu għall-konklużjonijiet mhumiex ġustifikati, l-awtorità kompetenti tadotta deċiżjoni li tindirizza lill-istituzzjoni ta’ kreditu u li titlobha ma twettaqx l-attivitajiet ta’ negozjar speċifikati f’dawk il-konklużjonijiet. L-awtorità kompetenti tiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha u tiddivulgahom pubblikament.

Għall-fini tal-paragrafu 1, meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tippermetti li l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali twettaq dawk l-attivitajiet ta’ negozjar, hija tiddikjara wkoll ir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni u tiddivulgahom pubblikament.

Għall-fini tal-paragrafu 2, meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tippermetti li l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali twettaq attivitajiet ta’ negozjar, l-awtorità kompetenti tadotta deċiżjoni indirizzata lill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali għal dak l-għan.

Qabel ma tadotta kwalunkwe deċiżjoni msemmija f’dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti tikkonsulta lill-ABE dwar ir-raġunijiet sottostanti għad-deċiżjoni maħsuba tagħha u dwar l-impatt potenzjali ta’ din id-deċiżjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u l-funzjonament tas-suq intern. L-awtorità kompetenti tinnotifika wkoll lill-ABE bid-deċiżjoni finali tagħha.

L-awtorità kompetenti tadotta d-deċiżjoni finali tagħha fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-kummenti bil-miktub imsemmija fl-ewwel subparagrafu.”

“3.   L-awtorità kompetenti tinnotifika l-konklużjonijiet tagħha msemmija fil-paragrafi 1 jew 2 lill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u tipprovdi lill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali bl-opportunità li tippreżenta kummenti bil-miktub fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.

Sakemm l-istituzzjoni ta’ kreditu ma turix, fil-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li l-attivitajiet ta’ negozjar rilevanti ma joħolqux theddida lill-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi jew parti minnha r-raġunijiet li jwasslu għall-konklużjonijiet mhumiex ġustifikati, l-awtorità kompetenti tadotta deċiżjoni li tindirizza lill-istituzzjoni ta’ kreditu u li titlobha ma twettaqx l-attivitajiet ta’ negozjar speċifikati f’dawk il-konklużjonijiet L-awtorità kompetenti tiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha u tiddivulgahom pubblikament.

Għall-fini tal-paragrafu 1, meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tippermetti li l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali twettaq dawk l-attivitajiet ta’ negozjar, hija tiddikjara wkoll ir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni u tiddivulgahom pubblikament.

Għall-fini tal-paragrafu 2, meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tippermetti li l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali twettaq attivitajiet ta’ negozjar, l-awtorità kompetenti tadotta deċiżjoni indirizzata lill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali għal dak l-għan.

L-awtorità kompetenti tista’ b’mod partikolari tawtorizza l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali biex tagħmel dawk l-attivitajiet tas-suq li ma joħolqux theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi jew parti minnha.

Qabel ma tadotta kwalunkwe deċiżjoni msemmija f’dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti tikkonsulta lill-ABE dwar ir-raġunijiet sottostanti għad-deċiżjoni maħsuba tagħha u dwar l-impatt potenzjali ta’ din id-deċiżjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u l-funzjonament tas-suq intern. L-awtorità kompetenti tinnotifika wkoll lill-ABE bid-deċiżjoni finali tagħha.

L-awtorità kompetenti tadotta d-deċiżjoni finali tagħha fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-kummenti bil-miktub imsemmija fl-ewwel subparagrafu.”

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u konsistenza, qed jiġi ssuġġerit li l-kliem ta’ din id-dispożizzjoni għandu jirrifletti l-kliem tal-premessa 23 tar-regolament propost.

Attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq li se jibqgħu jsiru fl-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet tar-regolament propost. B’mod partikolari, dawn l-attivitajiet m’għandhomx iwasslu għall-ħolqien ta’ bank li huwa kbir wisq biex ifalli jew interkonness wisq biex ifalli u m’għandhomx jinkludu attività ta’ negozjar proprjetarju, taħt l-iskuża ta’ ġenerazzjoni tas-suq, li fl-aħħar mill-aħħar tista’ thedded l-istabbiltà finanzjarja. Għalhekk, ikun utli ħafna li jiġi kkjarifikat li l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali biex tagħmel dawk l-attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq li ma joħolqux theddida lill-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni jew lis-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi jew parti minnha (ara wkoll il-paragrafu 3.2 ta’ din l-Opinjoni).

Emenda 13

Artikolu 10(5)

Setgħa tal-awtorità kompetenti li titlob li l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali ma twettaqx ċerti attivitajiet

“Il-Kummissjoni għandha [l-UP daħħal id-data eżatta b’6 xhur mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 biex:

[…]

(b)

tispeċifika liema tip ta’ titolizzazzjoni mhijiex meqjusa li hija ta’ theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi fir-rigward ta’ kull wieħed minn dawn l-aspetti:

[…]”

“Il-Kummissjoni għandha [l-UP daħħal id-data korretta b’6 xhur mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 biex:

[…]

(b)

tispeċifika liema tip ta’ titolizzazzjoni mhijiex meqjusa li hija ta’ theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi jew parti minnha fir-rigward ta’ kull wieħed minn dawn l-aspetti:

[…]”

Spjegazzjoni

Huwa propost li l-att iddelegat tal-Kummissjoni jkun ibbażata fuq kunsiderazzjoni li ma hemmx theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi jew parti minnha.

Emenda 14

Artikolu 11

L-immaniġġjar prudenti tar-riskju proprju

“1.   Istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali li kienet soġġetta għal deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 10(3) tista’ twettaq attivitajiet ta’ negozjar sal-punt li l-għan ikun limitat biss għal immaniġġjar prudenti tal-kapital, il-likwidità u l-finanzjament tagħha.

Bħala parti mill-immaniġġjar prudenti tal-kapital, il-likwidità u l-finanzjament tagħha, istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tista’ tuza biss derivattivi tar-rati tal-imgħax, derivattivi tal-kambju u derivattivi ta’ kreditu eliġibbli għall-ikklirjar ta’ kontropartijiet ċentrali biex jiġi ħħeġġjat ir-riskju globali tal-karta bilanċjali tagħha. L-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali turi lill-kontrollur kompetenti li l-attività tal-iħħeġġjar hija mfassla biex tnaqqas b’mod li jista’ jintwera jew ittaffi b’mod sinifikanti, riskji speċifiċi u identifikabbli ta’ pożizzjonijiet individwali jew aggregati tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali.

[…]”

“1.   Mingħajr pregudizzju għad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(3), istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali li kienet soġġetta għal deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 10(3) tista’ twettaq attivitajiet ta’ negozjar sal-punt li l-għan ikun limitat biss għal immaniġġjar prudenti tal-kapital, il-likwidità u l-finanzjament tagħha.

Bħala parti mill-immaniggjar prudenti tal-kapital, il-likwidità u l-finanzjament tagħha, istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tista’ tuza biss derivattivi tar-rati tal-imgħax, derivattivi tal-kambju u derivattivi ta’ kreditu eligibbli għall-ikklirjar ta’ kontropartijiet ċentrali biex jigi ħħeġġjat ir-riskju globali tal-karta bilanċjali tagħha. L-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali turi lill-kontrollur kompetenti li l-attività tal-iħħeġġjar hija mfassla biex tnaqqas b’mod li jista’ jintwera jew ittaffi b’mod sinifikanti, riskji speċifiċi u identifikabbli ta’ pożizzjonijiet individwali jew aggregati tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali.

[…]”

Spjegazzjoni

Il-bidla ssuġġerita għandha l-għan li tikkjarifika li d-deċizjoni ta’ separazzjoni se tidentifika l-attivitajiet kollha li l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tista’ tibqa’ twettaq.

Emenda 15

Artikolu 12

Il-provvediment ta’ servizzi ta’ mmaniġġjar ta’ riskju għall-klijenti

“1.   Istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali li kienet soġġetta għal deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 10(3) tista” tbigħ id-derivattivi tar-rati tal-imgħax, id-derivattivi tal-kambju, id-derivattivi ta’ kreditu, id-derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet u d-derivattivi ta’ komoditajiet eliġibbli għall-ikklirjar ta’ kontropartijiet ċentrali u kwoti tal-emissjonijiet għall-klijenti mhux finanzjarji tagħha, lil entitajiet finanzjarji msemmija fit-tieni u t-tielet inċiżi tal-punt (19) tal-Artikolu 5, għal imprizi tal-assigurazzjoni u għal istituzzjonijiet li jipprovdu benefiċċji tal-irtirar okkupazzjonali meta dawn il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti:

(a)

l-uniku skop ta’ bejgħ huwa biex jiġi ħħeġġjat ir-riskju tar-rata tal-imgħax, ir-riskju tal-kambju, ir-riskju tal-kreditu, ir-riskju tal-komoditajiet jew ir-riskju tal-kwoti ta’ emissjonijiet;

(b)

ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali għar-riskju ta’ pozizzjoni li jirriżultaw mid-derivattivi u mill-kwoti ta’ emissjonijiet ma jaqbżux proporzjon tar-rekwiżit kapitali tar-riskju totali tagħha li għandhom jiġu speċifikati f’att delegat tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.

Meta r-rekwiżit fil-punt (b) ma jitwettaqx, id-derivattivi u l-kwoti ta’ emissjonijiet ma jistgħux jinbiegħu mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u lanqas jiġu rreġistrati fil-karta bilanċjali tagħha.

[…]’

“1.   Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(3), istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali li kienet soġġetta għal deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 10(3) tista” tbigħ ukoll id-derivattivi tar-rati tal-imgħax, id-derivattivi tal-kambju, id-derivattivi ta’ kreditu, id-derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet u d-derivattivi ta’ komoditajiet eliġibbli għall-ikklirjar ta’ kontropartijiet ċentrali u kwoti tal-emissjonijiet għall-klijenti mhux finanzjarji tagħha, lil entitajiet finanzjarji msemmija fit-tieni u t-tielet inċiżi tal-punt (19) tal-Artikolu 5, għal imprizi tal-assigurazzjoni u għal istituzzjonijiet li jipprovdu benefiċċji tal-irtirar okkupazzjonali meta dawn il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti:

(a)

l-uniku skop ta’ bejgħ huwa biex jiġi ħħeġġjat ir-riskju tar-rata tal-imgħax, ir-riskju tal-kambju, ir-riskju tal-kreditu, ir-riskju tal-komoditajiet jew ir-riskju tal-kwoti ta’ emissjonijiet;

(b)

ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali għar-riskju ta’ pozizzjoni li jirriżultaw mid-derivattivi u mill-kwoti ta’ emissjonijiet ma jaqbżux proporzjon tar-rekwiżit kapitali tar-riskju totali tagħha li għandhom jiġu speċifikati f’att delegat tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.

Meta r-rekwiżit fil-punt (b) ma jitwettaqx, id-derivattivi u l-kwoti ta’ emissjonijiet ma jistgħux jinbiegħu mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u lanqas jiġu rreġistrati fil-karta bilanċjali tagħha.

[…]’

Spjegazzjoni

Il-bidla ssuggerita għandha l-għan li tikkjarifika li d-deċiżjoni ta’ separazzjoni se tidentifika l-attivitajiet kollha li l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tista’ tibqa’ twettaq.

Emenda 16

Artikolu 19

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti

“2.   Meta titwettaq il-valutazzjoni skont l-Artikolu 9 u meta l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tintalab biex ma twettaqx ċerti attivitajiet skont l-Artikolu 10, l-awtorità kompetenti tqis li kull valutazzjoni ta’ riżolvibbiltà li tkun għaddejja jew li tkun teżisti minn qabel titwettaq minn kwalunkwe awtorità tar-riżoluzzjoni rilevanti skont l-Artikolu 13 u 13(a) tad-Direttiva [BRRD].

3.   L-awtorità kompetenti tikkoopera mal-awtorità tar-riżoluzzjoni rilevanti u tpartat l-informazzjoni rilevanti li titqies meħtieġa fit-twettiq ta’ dmirijietha.

4.   L-awtorità kompetenti tiżgura li l-miżuri imposti skont dan il-Kapitolu jkunu konsistenti mal-miżuri imposti skont l-Artikolu 13(b) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (UE) Nru [MUR], l-Artikolu 13 u 13(a), l-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva [BRRD] u l-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE.”

“2.   Meta titwettaq il-valutazzjoni skont l-Artikolu 9 u meta l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tintalab biex ma twettaqx ċerti attivitajiet skont l-Artikolu 10, l-awtorità kompetenti tqis li kull valutazzjoni ta’ riżolvibbiltà li tkun għaddejja jew li tkun teżisti minn qabel titwettaq minn kwalunkwe awtorità tar-riżoluzzjoni rilevanti skont l-Artikolu 13 u 13(a) tad-Direttiva [BRRD].

Deċiżjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti li m’hemmx impedimenti sostantivi għar-riżolvabbiltà fiha nnifisha ma għandhiex titqies bhala indikazzjoni sufficjenti li l-konkluzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 10(3) mhumiex iġġustifikati.

3.   L-awtorità kompetenti tikkoopera mal-awtorità tar-riżoluzzjoni rilevanti u tpartat l-informazzjoni rilevanti li titqies meħtieġa fit-twettiq ta’ dmirijietha, inkluża l-lista ta’ istituzzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-regolament.

4.   L-awtorità kompetenti tiżgura li l-miżuri imposti skont dan il-Kapitolu jkunu kompatibbli konsistenti mal-miżuri imposti skont l-Artikolu 13(b) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (UE) Nru [MUR], l-Artikolu 13 u 13(a), l-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva [BRRD] u l-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE.”

Spjegazzjoni

Ara l-paragrafu 5 ta’ din l-Opinjoni. Il-kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti jkunu informati bil-lista ta’ istituzzjonijiet li jistgħu jkunu suġġetti għal deċiżjoni li ssir separazzjoni skont ir-regolament propost.

Emenda 17

Artikolu 21

Deroga mir-rekwiżiti tal-Kapitolu III

“1.   Fuq talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tagħti deroga mir-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu għal istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu depożiti mingħand individwi u SMEs li huma soġġetti għal leġiżlazzjoni primarja nazzjonali adottata qabel id-29 ta’ Jannar 2014 meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti:

(a)

hija jkollha l-għan li tipprevjeni l-istress finanzjarju jew il-falliment u riskju sistemiku msemmija fl-Artikolu 1;

(b)

hija tipprevjeni lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jieħdu depożiti eliġibbli minn individwi u SMEs milli jimpenjaw ruħhom fl-attività rregolata ta’ trattament ta’ investimenti bħala prinċipal u ż-żamma ta’ assi ta’ negozjar; madankollu, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tipprevedi eċċezzjonijiet limitati biex l-istituzzjoni ta’ kreditu titħalla tieħu depożiti minn individwi u SMEs biex jitwettqu attivitajiet li jtaffu r-riskji għall-fini li l-kapital, il-likwidità u l-finanzjament jiġu mmaniġġjati b’mod prudenti u l-klijenti jiġu pprovduti b’servizzi ta’ mmaniġġjar tar-riskji limitati;

(c)

jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu depożiti eliġibbli minn individwi u SMEs tappartjeni għal grupp, hija tiżgura li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun legalment separata minn entitajiet tal-grupp li jimpenjaw ruħhom fl-attività rregolata ta’ negozju fl-investimenti bħala prinċipal jew iż-żamma ta’ assi ta’ negozjar, u l-leġiżlazzjoni nazzjonali tispeċifika dan li gej:

(i)

l-istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu depożiti eliġibbli minn individwi u SMEs tkun tista’ tieħu deċiżjonijiet b’mod indipendenti minn entitajiet tal-grupp oħrajn;

(ii)

l-istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu depożiti eliġibbli minn individwi u SMEs għandha korp maniġerjali li huwa indipendenti minn entitajiet tal-grupp oħrajn u indipendenti mill-istituzzjoni ta’ kreditu innifsu;

(iii)

l-istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu depożiti eliġibbli minn individwi u SMEs tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ kapital u likwidità fiha nnifisha;

(iv)

l-istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu depożiti eliġibbli minn individwi u SMEs ma tistax tidħol f’kuntratti jew tranzazzjonijiet ma’ entitajiet ta’ grupp oħrajn ħlief fuq termini simili għal dawk imsemmija fl-Artikolu 13(7).

2.   Stat Membru li jixtieq jikseb deroga għal istituzzjoni ta’ kreditu soġġetta għal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni jibgħat talba għal deroga lill-Kummissjoni, akkumpanjata minn opinjoni pożittiva maħruġa mill-awtorità kompetenti li tissorvelja l-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun soġġetta għat-talba għal deroga. Dik it-talba tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tispeċifika l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li għalihom tapplika d-deroga. Meta l-Kummisjoni tqis li ma għandhiex l-informazzjoni kollha meħtieġa, hija tikkuntattja lill-Istat Membru kkonċernat fi żmien xahrejn minn meta tircievi t-talba u tispeċifika x’informazzjoni addizzjonali hija meħtieġa.

Ladarba l-Kummissjoni jkollha l-informazzjoni kollha li hija tqis neċessarja għall-evalwazzjoni tat-talba għal deroga, fi żmien xahar hija tinforma lill-Istat Membru rikjedenti li hija sodisfatta bl-informazzjoni.

Fi żmien ħames xhur mill-ħruġ tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu, wara li tikkonsulta lill-ABE dwar ir-raġunijiet sottostanti għad-deċiżjoni maħsuba tagħha u dwar l-impatt potenzjali ta’ din id-deċiżjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u l-funzjonament tas-suq intern, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tiddikjara li l-leġiżlazzjoni nazzjonali mhijiex inkompatibbli ma’ dan il-Kapitolu u tagħti d-deroga lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu speċifikati fit-talba msemmija fil-paragrafu 1. Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tiddikjara l-leġiżlazzjoni nazzjonali bħala inkompatibbli u ma tagħtix id-deroga hija tistabbilixxi l-oġġezzjonijiet tagħha fid-dettall u tipprovdi lill-Istat Membru rikjedenti bl-opportunità li jippreżenta kummenti bil-miktub fi żmien xahar mid-data tan-notifika tal-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni. Fi żmien tliet xhur mit-tmiem tal-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tagħti jew li tiċħad id-deroga.

Meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tiġi emendata, l-Istat Membru jinnotifika l-emendi lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu.

Meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tkunx iddikjarata inkompatibbli ma’ dan il-Kapitolu ma tibqax tapplika għal istituzzjoni ta’ kreditu li tkun ingħatat deroga mir-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu, dik id-deroga tiġi rtirata fir-rigward ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu.

Il-Kummissjoni tinnotifika d-deċiżjonijiet tagħha lill-ABE. L-ABE tippubblika lista ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu ngħataw deroga skont dan l-Artikolu. Il-lista tiġi kontinwament aġġornata.”

1.   Fuq talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tagħti deroga mir-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu għal istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu depożiti mingħand individwi u SMEs li huma soġġetti għal leġiżlazzjoni primarja nazzjonali adottata qabel id-29 ta’ Jannar 2014 meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti:

(a)

hija jkollha l-għan li tipprevjeni l-istress finanzjarju jew il-falliment u riskju sistemiku msemmija fl-Artikolu 1;

(b)

hija tipprevjeni lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jieħdu depożiti eliġibbli minn individwi u SMEs milli jimpenjaw ruħhom fl-attività rregolata ta’ trattament ta’ investimenti bħala prinċipal u ż-żamma ta’ assi ta’ negozjar; madankollu, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tipprevedi eċċezzjonijiet limitati biex l-istituzzjoni ta’ kreditu titħalla tieħu depożiti minn individwi u SMEs biex jitwettqu attivitajiet li jtaffu r-riskji għall-fini li l-kapital, il-likwidità u l-finanzjament jiġu mmaniġġjati b’mod prudenti u l-klijenti jiġu pprovduti b’servizzi ta’ mmaniġġjar tar-riskji limitati;

(c)

jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu depożiti eliġibbli minn individwi u SMEs tappartjeni għal grupp, hija tiżgura li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun legalment separata minn entitajiet tal-grupp li jimpenjaw ruħhom fl-attività rregolata ta’ negozju fl-investimenti bħala prinċipal jew iż-żamma ta’ assi ta’ negozjar, u l-leġiżlazzjoni nazzjonali tispeċifika dan li gej:

(i)

l-istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu depożiti eliġibbli minn individwi u SMEs tkun tista’ tieħu deċiżjonijiet b’mod indipendenti minn entitajiet tal-grupp oħrajn;

(ii)

l-istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu depożiti eliġibbli minn individwi u SMEs għandha korp maniġerjali li huwa indipendenti minn entitajiet tal-grupp oħrajn u indipendenti mill-istituzzjoni ta’ kreditu innifsu;

(iii)

l-istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu depożiti eliġibbli minn individwi u SMEs tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ kapital u likwidità fiha nnifisha;

(iv)

l-istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu depożiti eliġibbli minn individwi u SMEs ma tistax tidħol f’kuntratti jew tranzazzjonijiet ma’ entitajiet ta’ grupp oħrajn ħlief fuq termini simili għal dawk imsemmija fl-Artikolu 13(7).

2.   Stat Membru li jixtieq jikseb deroga għal istituzzjoni ta’ kreditu soġġetta għal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni jibgħat talba għal deroga lill-Kummissjoni, akkumpanjata minn opinjoni pożittiva maħruġa mill-awtorità kompetenti li tissorvelja l-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun soġġetta għat-talba għal deroga. Dik it-talba tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tispeċifika l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li għalihom tapplika d-deroga. Meta l-Kummisjoni tqis li ma għandhiex l-informazzjoni kollha meħtieġa, hija tikkuntattja lill-Istat Membru kkonċernat fi żmien xahrejn minn meta tircievi t-talba u tispeċifika x’informazzjoni addizzjonali hija meħtieġa.

Ladarba l-Kummissjoni jkollha l-informazzjoni kollha li hija tqis neċessarja għall-evalwazzjoni tat-talba għal deroga, fi żmien xahar hija tinforma lill-Istat Membru rikjedenti li hija sodisfatta bl-informazzjoni.

Fi żmien ħames xhur mill-ħruġ tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu, wara li tikkonsulta lill-ABE dwar ir-raġunijiet sottostanti għad-deċiżjoni maħsuba tagħha u dwar l-impatt potenzjali ta’ din id-deċiżjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u l-funzjonament tas-suq intern, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tiddikjara li l-leġiżlazzjoni nazzjonali mhijiex inkompatibbli ma’ dan il-Kapitolu u tagħti d-deroga lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu speċifikati fit-talba msemmija fil-paragrafu 1. Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tiddikjara l-leġiżlazzjoni nazzjonali bħala inkompatibbli u ma tagħtix id-deroga hija tistabbilixxi l-oġġezzjonijiet tagħha fid-dettall u tipprovdi lill-Istat Membru rikjedenti bl-opportunità li jippreżenta kummenti bil-miktub fi żmien xahar mid-data tan-notifika tal-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni. Fi żmien tliet xhur mit-tmiem tal-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tagħti jew li tiċħad id-deroga.

Meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tiġi emendata, l-Istat Membru jinnotifika l-emendi lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu.

Meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tkunx iddikjarata inkompatibbli ma’ dan il-Kapitolu ma tibqax tapplika għal istituzzjoni ta’ kreditu li tkun ingħatat deroga mir-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu, dik id-deroga tiġi rtirata fir-rigward ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu.

Il-Kummissjoni tinnotifika d-deċiżjonijiet tagħha lill-ABE. L-ABE tippubblika lista ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu ngħataw deroga skont dan l-Artikolu. Il-lista tiġi kontinwament aġġornata.

Spjegazzjoni

Ara l-paragrafu 4 ta’ din l-Opinjoni u l-ispjegazzjoni tal-Emenda 1.

Emenda 18

Artikolu 22(3a) (ġdid)

Ir-regoli li jirregolaw il-kalkolu tal-livelli minimi

L-ebda test

3a.   Għall-finijiet tal-Artikolu 3(1)(b), il-kalkolu tal-limiti għal entitajiet li għamlu konċentrazzjoni matul is-sena ta’ qabel għandu jkun għas-sentejn preċedenti għall-konċentrazzjoni jkun ibbażat fuq il-kontijiet ikkombinati tal-entitajiet amalgamati.

Spjegazzjoni

Fil-każ ta’ konċentrazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, pereżempju amalgamazzjoni, li toħloq minnufih istituzzjoni ta’ kreditu waħda li taqa’ fl-ambitu tar-regolament propost, il-figuri kkombinati għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jiffurmaw il-konċentrazzjoni għas-sentejn qabel il-formazzjoni tal-konċentrazzjoni għandhom jiġu vvalutati fid-determinazzjoni jekk il-livelli minimi ntlaħqux mill-istituzzjoni ta’ kreditu waħda ġdida. Ara wkoll l-Emenda 7.

Emenda 19

Artikolu 22(4)

Ir-regoli li jirregolaw il-kalkolu tal-livelli minimi

“4.   Sa [l-UP idaħħal id-data eżatta sa 12-il xahar mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], l-awtorità kompetenti tidentifika l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-gruppi li huma soġġetti għal dan ir-Regolament skont l-Artikolu 3 u tinnotifikahom immedjatament lill-ABE.

Wara li tkun ġiet innotifikata mill-awtorità kompetenti, l-ABE immedjatament tippubblika l-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu. Il-lista tiġi kontinwament aġġornata.”

“4.   Sa [l-UP idaħħal id-data eżatta sa 12-il xahar mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], l-awtorità kompetenti għandha kull sena tidentifika l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-gruppi li huma soġġetti għal dan ir-Regolament skont l-Artikolu 3 u tinnotifikahom immedjatament lill-ABE.

Wara li tkun ġiet innotifikata mill-awtorità kompetenti, l-ABE immedjatament tippubblika l-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu. Il-lista tiġi kontinwament aġġornata.”

Spjegazzjoni

Din l-emenda hija intiża biex tiżgura li l-lista ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-ambitu tar-regolament propost tinżamm aġġornata hekk kif id-dejta jew l-istruttura ta’ istituzzjoni jinbidlu maz-żmien.

Emenda 20

Artikolu 28(4)

Sanzjonijiet u miżuri amministrattivi

“4.   L-Istati Membri, f’konformità mal-ligi nazzjonali, jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex japplikaw mill-inqas dawn is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi oħrajn f’każ ta’ ksur imsemmi fil-paragrafu 1:

(a)

ordni li titlob lill-persuna responsabbli għall-ksur biex tieqaf mill-imġiba illegali u biex ma tirrepetix dik l-imġiba;

(b)

l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minħabba l-ksur, safejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(c)

twissija pubblika li tindika l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur;

(d)

irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni;

(e)

projbizzjoni temporanja ta’ kull persuna fiżika, li titqies responsabbli, milli teżerċita funzjonijiet ta’ mmaniġġjar ta’ entità msemmija fl-Artikolu 3;

(f)

fil-każ ta’ ksur ripetut, projbizzjoni permanenti ta’ kull persuna fiżika, li titqies responsabbli, milli teżerċita funzjonijiet ta’ mmaniġġjar f’entità msemmija fl-Artikolu 3;

(g)

sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi ta’ mill-inqas tliet darbiet l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat bis-saħħa tal-ksur, meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(h)

fir-rigward ta’ persuna fiżika, sanzjoni amministrattiva pekunarja massima ta’ mill-inqas EUR 5 000 000 jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita ufficjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dhul fis-sehh ta’ dan ir-Regolament;

(i)

fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi ta’ mill-inqas 10 fil-mija tal-fatturat totali annwali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li jkollha tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu skont ir-reġim kontabilistiku rilevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali finali.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jista’ jkollhom setgħat apparti dawk imsemmija f’dan il-paragrafu u jistgħu jipprevedu ambitu aktar mifrux ta’ sanzjonijiet u livelli ta’ sanzjonijiet ogħla minn dawk stabiliti f’dan il-paragrafu.”

“4.   L-Istati Membri, f’konformità mal-ligi nazzjonali, jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex japplikaw mill-inqas dawn is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi oħrajn f’każ ta’ ksur imsemmi fil-paragrafu 1:

(a)

ordni li titlob lill-persuna responsabbli għall-ksur biex tieqaf mill-imġiba illegali u biex ma tirrepetix dik l-imġiba;

(b)

l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li nkisbu jew ġie evitat minħabba l-ksur, safejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(c)

twissija pubblika li tindika l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur;

(d)

irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni;

(e)

projbizzjoni temporanja ta’ kull persuna fiżika, li titqies responsabbli, milli teżerċita funzjonijiet ta’ mmaniġġjar ta’ entità msemmija fl-Artikolu 3;

(f)

fil-każ ta’ ksur ripetut, projbizzjoni permanenti ta’ kull persuna fiżika, li titqies responsabbli, milli teżerċita funzjonijiet ta’ mmaniġġjar f’entità msemmija fl-Artikolu 3;

(g)

penali pekunjarji amministrattivi sad-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub mill-ksur meta dak il-benefiċċju jista’ jiġi ddeterminat;

(h)

f’każ ta’ persuna fiżika, penalitajiet pekunjarji amministrattivi li jaslu sa EUR 5 000 000 jew, fl-Istati Membri fejn l-euro ma hijiex il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

(i)

fil-każ ta’ persuna ġuridika, penali pekunjarji amministrattivi sa 10 fil-mija tal-fatturat nett annwali totali inkluż id-dħul gross li jikkonsisti minn imgħax riċevibbli u dħul simili, dħul minn ishma u titoli varjabbli jew ta’ redditu fiss, u kummissjonijiet jew drittijiet riċevibbli skont l-Artikolu 316 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-impriża fis-sena tan-negozju preċedenti.

(g)

sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi ta’ mill-inqas tliet darbiet l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat bis-saħħa tal-ksur, meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(h)

fir-rigward ta’ persuna fiżika, sanzjoni amministrattiva pekunarja massima ta’ mill-inqas EUR 5 000 000 jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

(i)

fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi ta’ mill-inqas 10 fil-mija tal-fatturat totali annwali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li jkollha tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu skont ir-reġim kontabilistiku rilevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali finali.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jista’ jkollhom setgħat apparti dawk imsemmija f’dan il-paragrafu u jistgħu jipprevedu ambitu aktar mifrux ta’ sanzjonijiet u livelli ta’ sanzjonijiet ogħla minn dawk stabiliti f’dan il-paragrafu.”

Spjegazzjoni

L-emenda hija proposta sabiex jiġi allinjat il-livell ta’ sanzjonijiet pekunjarji fir-regolament propost ma’ dak fid-Direttiva 2013/36/UE. Ara l-paragrafu 6 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 21

Artikolu 28(6) (ġdid)

Sanzjonijiet u miżuri amministrattivi

L-ebda test

6.   Fil-każ ta’ ksur msemmi fil-paragrafu 1, il-BĊE, bħala l-awtorità kompetenti, jista’ jimponi s-sanzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

Spjegazzjoni

Ara l-paragrafu 6 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 22

Artikolu 29

Eżerċitar ta’ setgħat u sanzjonijiet superviżorji

“1.   L-Istati Membri jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet u miżuri oħrajn amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jqisu ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn xieraq:

(a)

is-serjetà u d-dewmien tal-ksur;

(b)

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;

(c)

is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, billi jitqiesu fatturi bħall-fatturat totali fil-każ ta’ persuna ġuridika, jew l-introjtu annwali fil-każ ta’ persuna fiżika;

(d)

l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(e)

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(f)

ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;

(g)

miżuri meħudin mill-persuna responsabbli mill-ksur sabiex tipprevjeni r-ripetizzjoni tiegħu;

(h)

kwalunkwe konsegwenza sistemika potenzjali tal-ksur.”

“1.   L-Istati Membri jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet u miżuri oħrajn amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jqisu ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn xieraq:

(a)

is-serjetà u d-dewmien tal-ksur;

(b)

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;

(c)

is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, billi jitqiesu fatturi bħall-fatturat totali fil-każ ta’ persuna ġuridika, jew l-introjtu annwali fil-każ ta’ persuna fiżika;

(d)

l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li nkisbu jew ġie evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(e)

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(f)

ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;

(g)

miżuri meħudin mill-persuna responsabbli mill-ksur sabiex tipprevjeni r-ripetizzjoni tiegħu;

(h)

kwalunkwe konsegwenza sistemika potenzjali tal-ksur.”

Spjegazzjoni

Ara l-paragrafu 6 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 23

Artikolu 34

Reviżjoni

“Fuq bażi regolari, il-Kummissjoni timmonitorja l-effett tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-kisba tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 1 dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi tal-istruttura tas-suq kif ukoll l-iżvilupp u l-attivitajiet tal-entitajiet irregolati minn dan ir-Regolament, u tagħmel kwalunkwe proposta xierqa. B’mod partikolari, ir-rieżami jiffoka fuq l-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti msemmija fl-Artikolu 3, l-applikazzjoni u l-effettività tal-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 6, l-ambitu tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 8 u l-adegwatezza tal-metriċi stabbiliti fl-Artikolu 9. Sal-1 ta’ Jannar 2020 u b’mod regolari minn hemm’ il quddiem, wara li jitqiesu l-opinjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inklużi l-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq, jekk xieraq akkumpanjati minn proposta legiżlattiva.”

“Fuq bażi regolari, il-Kummissjoni timmonitorja l-effett tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-kisba tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 1 dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi tal-istruttura tas-suq kif ukoll l-iżvilupp u l-attivitajiet tal-entitajiet irregolati minn dan ir-Regolament, u tagħmel kwalunkwe proposta xierqa. B’mod partikolari, ir-rieżami jiffoka fuq kemm huma xierqa u l-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti msemmija fl-Artikolu 3, l-applikazzjoni u l-effettività tal-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 6, inklużi l-eżenzjonijiet għall-projbizzjoni pprovduti fl-istess Artikolu l-ambitu tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 8 u l-adegwatezza tal-metriċi stabbiliti fl-Artikolu 9. Sal-1 ta’ Jannar 2020 u b’mod regolari minn hemm’ il quddiem, wara li jitqiesu l-opinjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inklużi l-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq, jekk xieraq akkumpanjati minn proposta legiżlattiva.”

Spjegazzjoni

Ara l-paragrafi 1.2 u 2.3 ta’ din l-Opinjoni.


(1)  It-tipa skura fil-korp tat-test tindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.


Top