EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019AB0006
Opinion of the European Central Bank of 13 February 2019 on a proposal for a Council Decision on the conclusion of the Agreement on the withdrawal of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland from the European Union and the European Atomic Energy Community (CON/2019/6)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 fuq proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill fuq il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (CON/2019/6)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 fuq proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill fuq il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (CON/2019/6)
OJ C 84, 6.3.2019, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 84/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-13 ta' Frar 2019
fuq proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill fuq il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
(CON/2019/6)
(2019/C 84/01)
Introduzzjoni u bażi legali
Fid-19 ta' Diċembru 2018 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja għal opinjoni dwar proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill fuq il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn issa 'l quddiem “id-Deċiżjoni proposta”) (1).
Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress illi d-Deċiżjoni proposta għandha x'taqsam mal-BĊE u s-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ). Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet ġenerali
1. |
Il-BĊE jieħu nota tad-Deċiżjoni proposta, li tapprova l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn issa 'l quddiem “il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), f'isem l-Unjoni u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom). B'mod partikolari, l-BĊE jieħu nota tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Ħruġ fuq ir-rimborż tal-kapital mħallas ipprovdut mill-Bank of England lill-BĊE (2), u l-parteċipazzjoni tal-Bank of England fl-arranġamenti istituzzjonali stabbiliti fl-Artikoli 282 u 283 TFUE u l-iStatut tas-Sistema Ewropea ta Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa 'l quddiem “l-iStatut tas-SEBĊ”) waqt il-perijodu tranżitorju (3). Il-BĊE jieħu nota ukoll tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Ħruġ fuq l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni dwar l-aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni fir-Renju Unit (4); l-applikazzjoni ta' ċerti artikoli tal-iStatut tas-SEBĊ fir-rigward il-BĊE fir-Renju Unit (5); u l-applikazzjoni ta' ċerti privileġġi u immunitajiet tal-BĊE, il-membri tal-organi tiegħu, tal-persunal tiegħu, u r-rappreżentanti tal-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) fis-SEBĊ fir-Renju Unit (6). |
2. |
Skont l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Ftehim dwar il-Ħruġ jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom li jqisu l-qafas għar-relazzjoni futura tagħhom. Il-konklużjoni tal-ftehim dwar ir-relazzjoni futura bejn l-Unjoni u r-Renju Unit ser iseħħ wara li r-Renju Unit isir pajjiż terz. Skont l-Artikoli 127(4) u 282(5) TFUE u l-każistika relevanti tal-Unjoni (7), il-BĊE għandu jiġi ikkonsultat fuq il-ftehim dwar ir-relazzjoni futura bejn l-Unjoni u r-Renju Unit safejn dan jaqa' fl-oqsma tal-kompetenza tal-BĊE. |
3. |
Il-Ftehim dwar il-Ħruġ jistabbilixxi Kumitat Konġunt li ser ikun responsabbli għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Id-Deċiżjoni proposta tiċċara li l-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt u l-kumitati speċjalizzati tiegħu (8). F'każijiet varji speċifikati fil-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Kumitat Konġunt ser ikollu l-poter li jadotta deċiżjonijiet li jkunu vinkolanti fuq l-Unjoni u r-Renju Unit, u l-Unjoni u r-Renju Unit ikollhom jimplimentaw dawk id-deċiżjonijiet (9). Skont l-Artikoli 127(4) u 282(5) tal-TFUE, u l-prinċipju ta kooperazzjoni leali taħt l-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-BĊE għandu jiġi kkonsultat fuq deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt li jaqgħu fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu. |
4. |
Il-Ftehim dwar il-Ħruġ jistabbilixxi li ċerti privileġġi u immunitajiet applikabbli lill-Unjoni ser japplikaw fir-rigward tal-BĊE, tal-membri tal-organi tiegħu, tal-persunal tiegħu, u tar-rappreżentanti tal-BĊN fis-SEBĊ li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-BĊE (10). Il-Ftehim dwar il-Ħruġ jimponi rekwiżiti diversi fuq l-Unjoni biex tinforma jew tinnotifika lir-Renju Unit fir-rigward ta' ċertu kwistjonijiet relevanti għal dawn il-privileġġi u l-immunitajiet (11). Fil-memorandum ta' spjegazzjoni għad-Deċiżjoni proposta, il-Kummissjoni iċċarat li l-għoti ta' tali informazzjoni jew notifiki għandu jsir, fil-prinċipju, mill-Kummissjoni f'isem l-Unjoni, jekk ikun meħtieġ abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri jew istituzzjonijiet oħra jew korpi jew entitajiet tal-Unjoni rilevanti (12). Il-BĊE jinnota din il-kjarifika, u lest li jipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti biex tiġi trasmessa lir-Renju Unit kif xieraq. |
Din l-opinjoni ser tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-13 ta' Frar 2019.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) COM (2018) 834 final.
(2) Ara l-Artikolu 149 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.
(3) Ara l-Artikolu 128(4) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.
(4) Ara l-Artikolu 122 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.
(5) Ara l-Artikolu 123 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.
(6) Ara l-Artikolu 117 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.
(7) Ara, per eżempju, sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta' April 1974, R. & V. Haegeman v Stat Belġjan, Kawża C-181/73, ECLI:EU:C:1974:41, paragrafu 5; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta' Awwissu 1994, ir-Repubblika Franċiża v il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Kawża C-327/91, ECLI:EU:C:1994:305, paragrafi 15 sa 17. Ara ujoll Opinjoni tal-BĊE CON/2005/7. Kull opinjoni tal-BĊE tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.
(8) Ara l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni proposta.
(9) Ara l-Artikoli 164 u 166 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.
(10) Ara l-Artikolu 117 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.
(11) Ara, per eżempju, l-Artikoli 102, 103, u 116(3) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.
(12) Ara paġna 4 tal-Memorandum ta' Spjegazzjoni.