EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018AB0032

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Lulju 2018 dwar proposta għal regolament dwar il-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (CON/2018/32)

OJ C 79, 4.3.2019, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-12 ta’ Lulju 2018

dwar proposta għal regolament dwar il-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi

(CON/2018/32)

(2019/C 79/01)

Introduzzjoni u bażi legali

Fl-20 u l-24 ta' April 2018 l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand ilParlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, rispettivament, għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (1) (iktar 'il quddiem ir-“regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-ewwel inċiż tal-Artikoli 127(4)l-Artikolu 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaqgħu fl-oqsma ta' kompetenza tal-BĊE, inkluż il-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) li ji jikkontribwixxu għat-tmexxija bla xkiel ta’ politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat u l-kompiti mogħtija lill-BĊE bis-saħħa tal-Artikolu 127(6) tat-Trattat fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu. F'konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.   Osservazzjonijiet ġenerali

Il-BĊE jappoġġja r-regolment propost, li huwa parti mill-pakkett ta' mizuri tal- Kummissjoni Ewropea biex taffaċċja skoperturi improduttivi (non-performing exposures - NPEs) fl-Unjoni. Dawn il-mizuri ġew wara l-adozzjoni tal-“Pjan ta' Azzjoni biex Jiġi Indirizzati Self Improduttiv fl-Ewropa” (2) komprensiv, approvat mill-Kunsill fil-11 ta' Lulju 2017. Huwa mistenni li r-regolament propost jindirizza r-riskji possibbli ġejjin mill-akkumulazzjoni ta’ NPEs mingħajr dispożizzjoni suffiċjenti fil-futur. Ir-regolament propost huwa wkoll parti importanti tal-isforzi tal-Unjoni biex tnaqqas aktar ir-riskji fis-sistema bankarja. Għal numru ta' raġunijiet, l-indirizzar ta' livelli għoljin ta' NPEs kienet waħda mill-prijoritajiet supervizorji tal-BĊE sa mill-ħolqien tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (3). L-ewwel, l-NPEs huma ta' piz fuq il-karti tal-bilanċ tal-banek, u jnaqqsu l-profitti tagħhom. It-tieni, l-NPEs huma ta' distrazzjoni għall-banek, u jirrapprezentaw telf għar-riżorsi tal-banek. It-tielet, l-NPEs jimminaw il-fiduċja tal-investituri fil-banek. Barra minn dan, analizi interna tal-BĊE turi illi, fi snin riċenti, il-banek bi stokks għoljin ta' NPEs konsistentement sellfu anqas minn banek bi kwalità ta' kreditu aħjar, b'hekk ipprovdew anqas assistenza lil ditti u unitajiet domestiċi u lill-ekonimija b'mod ġenerali (4). Barra minn dan, stokks għoljin ta' NPEs huma kwistjoni makroprudenzjali u spiss jeffettwaw ekonomiji sħaħ.

Qed jiġi nnotat illi r-regolament propost mhux ser jeffettwa lil NPEs li jkunu oriġinaw minn istituzzjonijiet ta' kreditu qabel l-14 ta' Marzu 2018 u għalhekk, b’mod konsistenti mal-konklużjonijieet tal-Kunsill Ewropew dwar il-“Pjan ta’ Azzjoni biex jiġi ttrattat self mhux produttiv” fl-Ewropa, ma jindirizzax stokks ezistenti ta' NPEs.

Il-BĊE jilqa' l-kjarifika fir-regolament propost illi s-sostenn prudenzjali għal NPEs, li huwa stabbilit mir-regolament propost, ma jzommx lill-awtoritajiet kompetenti milli jezerċitaw is-setgħat supervizorji tagħhom b'konformità mal-liġi applikabbli. B'mod aktar speċifiku, minkejja l-applikazzjoni ta' dan is-sostenn prudenzjali, il-BĊE jista', fuq bazi ta' kaz kaz, jiddetermina illi l-NPEs ta' istituzzjoni ta' kreditu speċifika mhumiex koperti bizzejjed u juza is-setgħat supervizorji tagħhom taħt il-qafas tal-Pilastru II (5).

2.   Osservazzjonijiet speċifiċi

2.1.   Definizzjoni ta' NPE

Għall-finijiet ta' kopertura minima għat-telf, ir-regolament propost jintroduċi d-definizzjoni ta' NPE fir-TRegolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Id-definizzjoni hija bbazata fuq il-kunċett ta' NPE stipulata fir-Regolament ta' Impliemtnazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (7), li huwa applikat għal finijiet ta' rapportar supervizorju. F'dan ir-rigward, il-BĊE jilqa' l-fatt illi din id-definizzjoni ta' NPE tinkludi t-tipi kollha ta' NPEs, b'mod partikolari l-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur.

2.2.   Kalkolu talr-rekwizit ta-kopertura minima

Il-BĊE jikqa' s-sempliċità tar-rekizit tal-kopertura minima li, fil-prinċipju, huwa bbazat fuq in-numru ta' snin li jkunu għaddew minn mindu skopertura tkun ġiet ikklassifikata bħala improduttiva u jekk kinitx skoperura ggarantita. Sempliċità bħal din ser izzomm ġestibbli l-isforzi ta' banek u supervizuri biex ikunu konformi, filwaqt illi tindirizza b.mod sod il-kwistjoni ta' NPEs mhux koperti b'mod ġust u bbilanċjat.

Sabiex jiġi ddeterminat l-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti ta' NPEs li jrid jitnaqqas mill-partiti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, l-istituzzjonijiet huma mitluba jimmultipllikaw l-NPEs tagħhom bil-fattur applikabbli speċifikat fir-regolament propost. Il-BĊE jappoġġja l-ikkalibrar tal-fatturi applikabbli fir-regolament propost. B'mod partikolari, hemm kopertura ta' 100 % għal NPE skoperta li trid tiġi applikata mill-ewwel jum tat-tieni (presumibbilment intiż biex jirriferi għat-tielet) sena. Għal NPE iggarantita, hemm kopertura ta' 100 % mill-ewwel jum tat-tmien (presumibbilment intiż biex jirriferi għad-disa’) sena wara klassifikazzjoni bħala improduttiva, fejn l-obbligant huwa tard b'aktar minn 90 jum.

Fir-rigward ta' skoperturi ggarantiti, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom ikunu jistgħu isarrfu l-protezzjoni tal-kreditu tagħhom b' “mod f'waqtu” (8). Jekk il-kollateral ma jkunx issarraf wara perijodu ta' bosta snin mid-data meta l-iskopertura sottostanti tkun ġiet ikklassifikata bħala improduttiva, huwa raġjonevoli li l-kollateral jitqies bħala inffettiv u li l-iskopertura tiġi ttrattata bħala mhux iggarantita minn perspettiva prudenzjali.

2.3.   Rekwiżiti ta' rapportar supervizorju

Il-BĊE jifhem illi r-rekwiziti relevanti ta' rapportar supervizorju speċifikati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 ser jiġu emendati sabiex l-awtoritajiet kompetenti ikunu jistgħu jimmonitorjaw il-konformità tal-istituzzjonijiet mar-regolament propost. Barra minn hekk, il-BĊE jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra jekk għanduz jiddaħħal rekwizit ta' zvelar fir-rigward tal-konfomità ta' istituzzjonijiet mar-rekizit ta' kopertura minima fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.4.   Konsultazzjoni tal-ECB

Il-BĊE jixtieq ifakkar lill-Parlament u lill-Kunsill illi ser tkun neċessarja konsltazzjoni oħra jekk ir-regolament propost jiġi emendat sostanzjalment matul il-proċedura leġizlattiva, meta mqabbel mal-verzjoni li fuqha ġie kkonsultat il-BĊE (9).

Fejn il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jiġi emendat, il-proposti ta’ abbozzar speċifiċi huma stabbiliti f'dokument ta' ħidma tekniku separat flimkien ma’ test ta' spjegazzjoni f'dan is-sens. Id-dokument ta’ ħidma tekniku huwa disponibbli bl-Ingliż fuq il-websajt tal-BĊE

Magħmula fi Frankfurt am Main, it-12 ta’ Lulju 2018.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  KUMM(2018) 134 finali.

(2)  Disponibbli fuq il-websajt tal-Kunsill fuq www.consilium.europa.eu.

(3)  Ars d-diskors minn Danièle Nouy, President tal-Bord Supervizorju tal-BĊE, u Sharon Donnery, President tal-Grupp ta' Livell Għoli tal-BĊE dwar self improduttiv, “Introductory remarks to the public hearing on the draft addendum to the ECB guidance to banks on non-performing loans”, Frankfurt am Main, 30 ta' Novembru 2017, disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE dwar is-Superviżjoni Bankarja fuq www.bankingsupervision.europa.eu.

(4)  Ara “European banking supervision three years on,” rimarki tal-ftuħ minn Mario Draghi, President tal-BĊE, fit-tieni Forum tal-BĊE dwar is-Supervizjoni Bankarja, Frankfurt am Main, 7 ta' Novembru 2017, disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(5)  Artikolu 9(1) ta' Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu ĠU L 287, 29.10.2013, p.63) jistipula illi:. “Għall-fini esklussiv tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu bl-Artikoli 4(1), 4(2) u 5(2), il-BĊE għandu jitqies, kif adatt, bħala l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nominata fl-Istati Membri parteċipanti kif stabbilit mil-liġi rilevanti tal-Unjoni.” F'dan il-kuntest, ara l-Artikoli 97 u 104 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338) u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

(6)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p.1).

(7)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1.).

(8)  Ara, pereżempju, l-Artikolu 194(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(9)  Ara, eż, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Lulju 1970, ACF Chemiefarma vs Il-Kummissjoni Kawża 41/69, ECLI:EU:C:1970:71, punt 3; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Frar 1982 Buyl vs Il-Kummissjoni Kawża 817/79, ECLI:EU:C:1982:36, punt 1; Konklużjonijiet tal-Avukat Fennelly tal-20 ta’ Marzu 1997 fil-kawża Il-Parlament vs Il-Kunsill, C-392/95, ECLI:EU:C:1997:172, punt 15; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Novembru 1997 Eurotunnel SA u Oħrajn vs Seafrance, C-408/95, ECLI:EU:C:1997:532, punt 46; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Settembru 2003, Océ van der Grinten NV vs Kummissarji tat-Taxxi Interni, C-58/01, ECLI:EU:C:2003:495, punti 100 u 102.


Top