EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018O0020
Guideline (EU) 2018/1626 of the European Central Bank of 3 August 2018 amending Guideline ECB/2012/27 on a Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET2) (ECB/2018/20)
Linja Gwida (UE) 2018/1626 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Awwissu 2018 li temenda l-Linja gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2018/20)
Linja Gwida (UE) 2018/1626 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Awwissu 2018 li temenda l-Linja gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2018/20)
ĠU L 280, 9.11.2018, p. 40–93
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 19/03/2023; Impliċitament imħassar minn 32022O0912
9.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/40 |
LINJA GWIDA (UE) 2018/1626 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-3 ta' Awwissu 2018
li temenda l-Linja gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2018/20)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-ewwel u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' April 2007, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew adotta l-Linja Gwida BĊE/2007/2 (1) li jirregola t-TARGET2, li hija kkaratterizzata minn pjattaforma teknika waħda is-Single Shared Platform (SSP). Dik il-Linja Gwida ġiet emendata u mfassla mill-ġdid bħala l-Linja Gwida BĊE/2012/27 (2). |
(2) |
Fil-21 ta' April 2010, il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja ta' Gwida BĊE/2010/2 (3), imfassal mill-ġdid bħala l-Linja Gwida BĊE/2012/13 (4), li tistabbilixxi s-sisien għal servizz tal-Ewrosistema għal settlement ta' titoli fi flus tal-bank ċentrali, TARGET2-Securities (T2S). Peress li l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jipprovdu servizzi ta' awtokollateralizzazzjoni u servizzi ta' saldu fi flus tal-bank ċentrali f'T2S, il-Linja ta' Gwida BĊE/2012/27 ġiet emendata (5) biex tipprovdi kontijiet ta' flus dedikati - T2S Kontijiet ta' Flus Dedikati (T2S DCAs) - fit-TARGET2 għas-saldu ta' tranżazzjonijiet li jinqalgħu fil-kuntest tat-T2S. Fir-rigward tal-operat tekniku tat-T2S DCAs, it-TARGET2 huwa teknikament stabbilit u jiffunzjona fuq il-bażi tal-Pjattaforma T2S. |
(3) |
Sabiex tappoġġa t-tfaċċar ta' soluzzjoni pan-Ewropea għal pagamenti istantanji, ġiet introdotta proċedura ġdida ta' saldu għal sistemi anċillari magħrufa bħala proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali fit-TARGET2 (6) f'Settembru 2017. |
(4) |
Fil-21 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jniedi s-servizz TARGET Instant Payment Settlement (TIPS). Is-servizz TIPS il-ġdid se jippermetti l-ħlas ta' ordnijiet ta' ħlas istantanji individwali fi flus tal-bank ċentrali 24 siegħa kuljum kull ġurnata kalendarja tas-sena, b'ipproċessar immedjat jew qrib immedjat. Għall-fini tas-servizz TIPS, kontijiet ta' flus (Kontijiet ta' Flus Dedikati TIPS (TIPS DCAs)) għandhom jinħolqu fit-TARGET2. Fir-rigward tal-operazzjoni teknika tat-TIPS DCAs, it-TARGET2 għandu jkun teknikament stabbilit u jaħdem fuq il-bażi tal-Pjattaforma TIPS. |
(5) |
Huwa wkoll neċessarju li jiġu ċċarati ċerti aspetti oħra ta', u tiġi aġġornat, il-Linja ta' Gwida BĊE/2012/27. |
(6) |
Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2012/27 għandha tiġi emendata f'dan is-sens, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida BĊE/2012/27 hija emendata kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: “1. TARGET2 jipprovdi RTGS għal pagamenti f'euro, bs-saldu ta' flus tal-bank ċentrali f'modulu ta' ħlas (PM), Kontijiet ta' Flus Dedikati T2S (T2S DCAs) għall-iskop ta' tranżazzjonijiet ta' titoli u Kontijiet ta' Flus Dedikati TIPS (TIPS DCAs) għall-iskop ta' pagamenti. TARGET2 Hija stabbilita u tiffunzjona fuq il-bażi tal-SSP, li permezz tagħha l-ordnijiet ta' ħlas kollha jiġu ppreżentati u pproċessati u li permezz tagħha l-ħlasijiet jiġu fl-aħħar mill-aħħar riċevuti bl-istess mod tekniku. F'dak li għandu x'jaqsam mal-operazzjoni teknika tad-T2S DCAs, it-TARGET2 huwa teknikament stabbilit u jiffunzjona fuq il-bażi tal-Pjattaforma T2S. F'dak li għandu x'jaqsam mal-operazzjoni teknika tat-TIPS DCAs, it-TARGET2 huwa teknikament stabbilit u jiffunzjona fuq il-bażi tal-Pjattaforma T2S.” |
2. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej,
|
3. |
fl-Artikolu 6, għandu jiddaħħal il-paragrafu (3a) li ġej: “3a. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, kull saldu ta' ordnijiet ta' ħlas immedjati bejn parteċipanti f'sistemi ta' komponenti TARGET2 differenti għandu awtomatikament iwassal għal talba jew obbligu wieħed biss ta' kull BĊ tal-Eurosistema vis-à-vis il-BĊE. It-talba jew l-obbligu ta' kull BĊ tal-Eurosistema vis-à-vis il-BĊE użat għal skopijiet ta' rappurtar fl-aħħar ta' kull jum ta' negozju għandhom jiġu aġġustati fuq bażi ta' kuljum, bl-użu tad-delta tal-bilanċi ta' tmiem il-jum tat-TIPS DCAs fil-kotba tal-BĊ rispettiv tal-Eurosistema.”; |
4. |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
5. |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej,
|
6. |
fl-Artikolu 9(1), il-punt (a) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
7. |
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 huwa mibdul b'dan li ġej: “3. Wara talba minn parteċipant b'aċċess għal kreditu intraday, il-BĊN taż-żona tal-euro għandu joffri faċilità ta' kollateralizzazzjoni awtomatika fuq T2S DCAs, sakemm dan isir skont il-Kundizzjonijiet għal Operazzjonijiet ta' Awtokollateralizzazzjoni stabbiliti fl-Anness IIIa.”; |
8. |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: “1. Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jipprovdu servizzi ta' trasferiment tal-fondi fi flus tal-bank ċentrali lil sistemi anċillari fil-PM aċċessibbli permezz tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk tat-TARGET2. Dawn is-servizzi għandhom ikunu rregolati minn ftehim bilaterali bejn il-BĊi tal-Eurosistema u s-sistemi anċillari rispettivi.”; |
9. |
fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: “1. Il-Kunsill Governattiv għandu jiddetermina r-regoli applikabbli għall-finanzjament tal-SSP u l-Pjattaforma TIPS. Kwalunkwe eċċess jew defiċit li jirriżulta mill-funzjonament tal-SSP jew il-Pjattaforma TIPS għandhom jitqassmu fost il-BĊN taż-żona tal-euro skont il-kodiċi għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE, skont l-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ.” |
10. |
L-Artikolu 15 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 15 Dispozizzjonijiet dwar is-sigurtà 1. Il-Kunsill Governattiv għandu jispeċifika l-politika tas-sigurtà u r-rekwiżiti tas-sigurtà u l-kontrolli għall-SSP u l-Pjattforma TIPS. Il-Kunsill Governattiv għandu jispeċifika wkoll il-prinċipji applikabbli għas-sigurtà ta' ċertifikati użati għall-aċċess ibbażat fuq l-Internet mal-SSP. 2. Il-BĊi tal-Eurosistema jikkonformaw ma', u jiżguraw illi l-SSP u l-Pjattaforma TIPS jikkonformaw mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. 3. Kwistjonijiet relatati mal-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-informazzjoni, fir-rigward tad-T2S DCAs għandhom ikunu rregolati mil-Linja ta' Gwida BĊE/2012/13 (*2) (*2) Linja Gwida BĊE/2012/13 tat-18 ta' Lulju 2012 dwar TARGET2-Securities (ĠU L 215, 11.8.2012, p. 19).”;" |
11. |
L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
12. |
L-Artikolu 18 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 18 Proċeduri għaċ-ċaħda għal raġunijiet ta' prudenza ta' applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fit-TARGET2 Fejn, skont l-Artikolu 8(4)(c) tal-Anness II jew l-Artikolu 6(4)(c) tal-Anness IIa jew l-Artikolu 6(4)(ċ) tal-Anness IIb,BĊ tal-Eurosistema jiċħad fuq il-bażi ta' prudenza applikazzjoni biex tingħaqad mat-TARGET2, dak il-BĊ tal-Eurosistema għandu jinforma minnufih lill-BĊE b'dan ir-rifjut.”; |
13. |
L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
|
14. |
L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
15. |
fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: “1. Jekk l-avvenimenti msemmija fl-Artikolu 27 tal-Anness II jew l-Artikolu 17 tal-Anness IIa jaffettwaw l-operazzjoni tas-servizzi TARGET2 barra mill-PM u l-ICM u t-T2S DCAs il-BĊ tal-Eurosistema kkonċernat għandu jissorvelja u jimmaniġġja tali avvenimenti sabiex jipprevjeni kwalunkwe tixrid għall-funzjonament bla xkiel tat-TARGET2.”; |
16. |
L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:
|
17. |
L-Artikolu 27 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 27 Disposizzjonijiet mixxellanji Kontijiet miftuħin barra l-PM, barra l-Pjattaforma TIPS u barra l-Pjattaforma TIPS minn BĊN taż-żona tal-euro għal istituzzjonijiet ta' kreditu u sistemi anċillari għandhom ikunu rregolati mir-regoli ta' dak il-BĊN taż-żona tal-euro, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' din il-Linja Gwida li jirrigwardaw il-Kontijiet Domestiċi u għad-deċiżjonijiet oħra tal-Kunsill Governattiv. Kontijiet li jinfetħu barra l-PM u barra l-Pjattaforma TIPSminn BĊN taż-żona tal-euro għal entitajiet li mhumiex istituzzjonijiet ta' kreditu u sistemi anċillari għandhom ikunu rregolati mir-regoli ta' dak il-BĊN taż-żona tal-euro.” |
18. |
L-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2012/27 huwa mibdul bit-test stabbilit fl-Anness I ta' din il-Linja Gwida. |
19. |
L-Annessi II, IIa, III, IIIa, IV u V tal-Linja tal-Gwida BĊE/2012/27 huma emendati skont l-Anness ta' din il-Linja ta' Gwida. |
20. |
It-test stabbilit fl-Anness III ta' din il-Linja Gwida huwa mdaħħal bħala Anness IIb ġdid tal-Linja Gwida BĊE/2012/27. |
Artikolu 2
Effettività u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mit-[30 ta' Novembru 2018]. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-10 ta' Ottubru 2018.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida BĊE/2007/2 tas-26 ta' April 2007 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 237, 8.9.2007, p. 1).
(2) Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).
(3) Linja Gwida BĊE/2010/2 tal-21 ta' April 2010 dwar TARGET2-Securities (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 65).
(4) Linja Gwida BĊE/2012/13 tat-18 ta' Lulju 2012 dwar TARGET2-Securities (ĠU L 215, 11.8.2012, p. 19).
(5) Linja gwida (UE) 2015/930 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' April 2015 li temenda l-Linja gwida BĊE/2012/27 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2015/15) (ĠU L 155, 19.6.2015, p. 38).
(6) Linja gwida (UE) 2017/2082 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Settembru 2017 li temenda l-Linja gwida BĊE/2012/27 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2017/28) (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 97).
ANNESS I
ANNESS I
ARRANĠAMENTI GĦALL-GOVERNANZA TAT-TARGET2
Livell 1 — Kunsill Governattiv |
Livell 2 — Korp ta' ġestjoni tekniku u operattiv |
Livell 3 — BĊNi li jipprovdu l-SSP u BĊNi li jipprovdu Pjattaforma TIPS |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0. Dispożizzjonijiet ġenerali |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Livell 1 għandu l-kompetenza finali fir-rigward ta' kwistjonijiet domestiċi u transkonfinali tat-TARGET2, u huwa responsabbli biex jissalvagwarda l-funzjoni pubblika tat-TARGET2 |
Il-Livell 2 jagħmel kompiti tekniċi u operattivi fir-rigward tat-TARGET2. |
Il-Livell 3 jieħu deċiżjonijiet dwar it-tħaddim ta' kuljum tal-Pjattaforma Mqassma Waħda (SSP - Single Shared Platform) fuq il-bażi tal-livelli ta' servizz iddefiniti fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 7(6) ta' din il-Linja Gwida. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Il-politika tal-kost u tal-ipprezzar |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
(Mhux applikabbli) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Livell ta' servizz |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Il-ġestjoni tar-riskji |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. Governanza u finanzjament |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. Żvilupp |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6. Implimentazzjoni u migrazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
7. Tħaddim |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
ANNESS II
L-Annessi II, IIa, III, IIIa IV u V huma emendati kif ġej:
1. |
L-Anness II huwa emendat kif gej:
|
2. |
L-Anness IIa huwa emendat kif gej:
|
3. |
L-Anness III huwa emendat kif gej:
|
4. |
L-Anness IIIa huwa emendat kif gej:
|
5. |
L-Anness IV huwa emendat kif gej:
|
6. |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
(1) ‘Operazzjonijiet ta' bi nhar’ tfisser l-ipproċessar ta' bi nhar u l-ipproċessar ta' tmiem il-jum.
(2) Tispiċċa 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta' manutenzjoni ta' riżerva tal-Eurosistema.
(3) Jibda 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta' manutenzjoni ta' riżerva tal-Eurosistema.”;
ANNESS III
ANNESS IIb
KUNDIZZJONIJIET ARMONIZZATI GĦALL-FTUĦ U T-TĦADDIM TA' KONT TA' FLUS DEDIKAT TAT-TIPS (TIPS DCA) FIT-TARGET2
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Ghall-finijiet ta' dawn il-Kundizzjonijiet Armonizzati (iktar 'il quddiem il-“Kundizzjonijiet”), japplikaw id-definizzjonijiet segwenti:
— |
“sistema anċillari” tfisser sistema ġestita minn entità stabbilita fl-Unjoni Ewropea jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) li hija soġġetta għal superviżjoni u/jew sorveljanza minn awtorità kompetenti u tikkonforma mar-rekwiżiti ta' sorveljanza għal-lokazzjoni ta' infrastrutturi li joffru servizzi f'euro, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE (1), li fiha ħlasijiet u/jew strumenti finanzjarji jiġu skambjati u/jew ikklerjati jew irrekordjati jew (a) bl-obbligi monetarji ssaldati fit-TARGET2 u/jew (b) fondi miżmuma fit-TARGET2, b'konformità mal-Linja Gwida BĊE/2012/27 u ma' ftehim bilaterali bejn is-sistema anċillari u l-BĊ relevanti tal-Eurosistema; |
— |
“Utent ta' kont awtorizzat” tfisser entità li: (a) iżomm Kodiċi tal-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC); (b) hija rreġistrata bħala tali minn detentur TIPS DCA; u (c) huwa indirizzabbli permezz tal-Pjattaforma TIPS għas-saldu ta' pagamenti istantanji, |
— |
“Kodiċi għall-Identifikazzjoni ta' Negozju (BIC)” tfisser kodiċi kif definit mill-Istandard ISO Nru 9362, |
— |
“fergħa” tfisser fergħa kif definita fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, |
— |
“jum ta' negozju” jew “jum ta' negozju tat-TARGET 2” tfisser kwalunkwe jum li fih it-TARGET2 huwa miftuħ għas-saldu ta' ordnijiet ta' ħlas kif stipulat f'Appendiċi V tal-Anness III, |
— |
“opinjoni dwar il-kapaċità” tfisser opinjoni speċifika għal parteċipant li fiha valutazzjoni tal-kapaċità legali ta' parteċipant li jikkonkludi jew jeżegwixxi l-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet, |
— |
“banek centrali (BCi)” tfisser il-BCi tal-Eurosistema u l-BCi konnessi, |
— |
“bilanċ tal-memorandum ta' kreditu (CMB)” tfisser limitu stabbilit mid-detentur TIPS DCA għall-użu ta' likwidità fuq it-TIPS DCA minn parti li tista' tintlaħaq speċifika, |
— |
“BC konness” tfisser bank centrali nazzjonali (BCN), minbarra BC tal-Eurosistema, li huwa konness mat-TARGET2 skont ftehim specifiku' |
— |
“istituzzjoni ta' kreditu” tfisser jew: (a) istituzzjoni ta' kreditu skont it-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 4 (1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 [u, jekk rilevanti, daħħal dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 2 (5) tad-Direttiva 2013/36/UE] li hija suġġetta għal superviżjoni minn awtorità kompetenti; jew (b) istituzzjoni ta' kreditu oħra skont it-tifsira tal-Artikolu 123 (2) tat-Trattat li hija soġġetta għal skrutinju ta' standard komparabbli mas-superviżjoni minn awtorità kompetenti, |
— |
“faċilità ta' depożitu” tfisser faċilità permanenti tal-Eurosistema li tista' tintuża minn kontropartijiet biex jagħmlu depożiti matul il-lejl ma' BĊN bir-rata ta' depożitu speċifikata minn qabel; |
— |
“rata ta' faċilità ta' depożitu” tfisser rata ta' mgħax applikabbli għall-faċilità ta' depożitu, |
— |
“Kont ta' Flus Dedikat TIPS (TIPS DCA)” tfisser kont miżmum minn detentur TIPS DCA, miftuħ fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u jintuża għall-provvista ta' servizzi ta' ħlas immedjat lill-klijenti tagħha, |
— |
“Kont ta' Flus Dedikat TIPS (TIPS DCA)” tfisser kont miżmum minn detentur TIPS DCA, miftuħ fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u użat għall-ħlasijiet fi flus kontanti fir-rigward tas-saldu tat-titoli fit-T2S, |
— |
“BĊN taż-żona tal-euro” tfisser il-BĊN ta' Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro; |
— |
“BĊ tal-Eurosistema” tfisser il-BĊE jew BĊN taż-żona tal-euro, |
— |
“każ ta' inadempjenza” tfisser każ imminenti jew eżistenti, li meta jiġri jista' jhedded it-twettiq minn parteċipant tal-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet jew kwalunkwe regoli oħrajn li japplikaw għar-relazzjoni bejn dak il-parteċipant u l-[daħħal isem il-BĊ] jew kull BĊ ieħor, inkluż:
|
— |
“Modulu ta' Informazzjoni u Kontroll (ICM)” tfisser il-modulu tal-SSP li jippermetti lid-detenturi TIPS DCA li għandhom ukoll kont tal-PM Marbut biex jikseb informazzjoni onlajn u jagħtihom il-possibbiltà li jibagħtu l-PM lill-ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità TIPS DCA lil ordnijiet ta' trasferiment PM, u biex jiġġestixxu l-likwidità, |
— |
“TIPS GUI” tfisser il-modulu fuq il-Pjattaforma TIPS li tippermetti lid-detenturi TIPS DCA li jiksbu informazzjoni onlajn u jagħtihom il-possibbiltà li jibagħtu ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità ta' TIPS DCA lil PM, |
— |
“messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM” tfisser informazzjoni li ssir disponibbli fl-istess ħin lid-detenturi tal-kontijiet PM kollha jew grupp magħżul minnhom, permezz tal-ICM, |
— |
“Parti li tista' tintlaħaq” tfisser entità li: (a) jkollha BIC; (b) hija nominata bħala tali minn detentur TIPS DCA; (c) hija korrispondent, klijent jew fergħa ta' detentur TIPS DCA; u (d) hija indirizzabbli permezz tal-Pjattaforma TIPS u tista' tissottometti ordnijiet ta' ħlas u tirċievi ordnijiet ta' ħlas jew permezz tad-detentur TIPS DCA jew, jekk hekk awtorizzat mid-detentur TIPS DCA, direttament, |
— |
“parti li tagħti struzzjonijiet” tfisser entità li ġiet nominata bħala tali minn detentur TIPS DCA u li hija permessa tibgħat ordnijiet ta' ħlas lill-Pjattaforma TIPS u/jew tirċievi ordnijiet ta' ħlas mill-Pjattaforma TIPS f'isem dak id-detentur TIPS DCA jew aċċessibbli parti ta' dak id-detentur TIPS DCA, |
— |
“Proċedimenti ta' insolvenza” tfisser proċedimenti ta' falliment skont it-tifsira tal-Artikolu 2 (j) tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
— |
“Ditta tal-investiment” tfisser ditta tal-investiment skont it-tifsira ta' [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/65/UE], sakemm id-ditta ta' investiment inkwistjoni hija:
|
— |
“Ordni ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA” tfisser l-istruzzjoni biex jiġi ttrasferit ammont speċifikat ta' fondi minn kont PM lil TIPS DCA, |
— |
“Ordni tat-trasferiment ta' likwidità TIPS DCA lil PM” tfisser l-istruzzjoni biex jiġi ttrasferit ammont speċifiku ta' fondi minn TIPS DCA lil kont PM, |
— |
“faċilità ta' self marġinali” tfisser faċilità permanenti tal-Eurosistema li tista' tintuża minn kontropartijiet biex jirċievu kreditu mil-lum għal għada mingħand BĊ tal-Eurosistema bir-rata ta' self marġinali speċifikata minn qabel; |
— |
“Kont PM Marbut” tfisser il-kont PM li miegħu TIPS DCA huwa assoċjat għall-iskop tal-ġestjoni tal-likwidità u l-ħlas tat-tariffi TIPS, |
— |
“Fornitur ta' servizz ta' netwerk TIPS” tfisser impriża li: (a) tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa biex tgħaqqad u stabbiliet konnessjoni teknika mal-Pjattaforma TIPS skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti u msemmija fl-Appendiċi V; u (b) iffirmat it-termini u l-kundizzjonijiet tal-konnettività tat-TIPS li huma disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE, |
— |
“Parteċipant” [jew “parteċipant dirett”] tfisser entità li għandha mill-inqas TIPS DCA (detentur TIPS DCA) u/jew kont PM wieħed (detentur tal-kont PM) u/jew T2S DCA wieħed (detentur T2S DCA) ma' BĊ tal-Eurosistema, |
— |
“min jitħallas”, ħlief fejn użat fl-Artikolu 30 ta' dan l-Anness, ifisser detentur TIPS DCA li t-TIPS DCA tiegħu se jiġi kkreditat bħala riżultat ta' ordni ta' ħlas li tkun ġiet issaldata, |
— |
“min jagħmel il-ħlas”, ħlief fejn użat fl-Artikolu 30 ta' dan l-Anness, ifisser detentur TIPS DCA li t-TIPS DCA tiegħu jiġi ddebitat minħabba saldu ta' ordni ta' ħlas, |
— |
“ordni ta' ħlas”, ħlief fejn jintuża fl-Artikoli 16 sa 18 ta' dan l-Anness, tfisser ordni ta' ħlas istantanju, tweġiba pożittiva għal irtirar, ordni ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA jew ordni ta' trasferiment ta' likwidità TIPS DCA lil PM, |
— |
“ordni ta' ħlas istantanju” tfisser, f'konformità mal-iskema ta' Trasferiment ta' Kreditu Istantanju SEPA (SCT Inst) tal-Kunsill Ewropew, struzzjoni ta' ħlas li tista' tiġi eżegwita 24 siegħa kuljum kull ġurnata kalendarja tas-sena, b'ipproċessar immedjat jew qrib immedjat u notifika lil min iħallas, |
— |
“Rikjesta għall-irtirar” tfisser, f'konformità mal-iskema SCT Inst, messaġġ minn detentur TIPS DCA li jitlob rimborż ta' ordni ta' ħlas istantanju stabbilit, |
— |
“Tweġiba għall-irtirar pożittiv” tfisser, f'konformità mal-iskema SCT Inst, ordni ta' ħlas mibdija mir-riċevitur ta' rikjesta għall-irtirar, b'risposta għal rikjesta għall-irtirar, għall-benefiċċju tal-mittent ta' dik ir-rikjesta għall-irtirar, |
— |
“Entità tas-settur pubbliku” tfisser entità fi ħdan is- “settur pubbliku”, it-terminu tal--aħħar kif iddefinit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 3603/93, |
— |
“Pjattaforma Komuni Unika (SSP)” tfisser l-infrastruttura tal-pjattaforma teknika unika pprovduta mil-BĊNi li jipprovdu l-SSP, |
— |
“Pjattaforma TIPS” tfisser l-infrastruttura unika ta' pjattaforma teknika pprovduta mill-BĊNi li jipprovdu l-Pjattaforma TIPS, |
— |
“BĊNi li jipprovdu SSP” tfisser id-Deutsche Bundesbank, il-Banque de France u l-Banca d'Italia fil-kapaċità tagħhom bħala l-BĊi li jibnu u jħaddmu l-SSP għall-benefiċċju tal-Eurosistema, |
— |
“BĊNi li jipprovdu l-Pjattaforma TIPS” tfisser id-Deutsche Bundesbank, il-Banco de España, il-Banque de France u l-Banca d'Italia fil-kapaċità tagħhom bħala l-BĊi li jibnu u jħaddmu l-Pjattaforma TIPS għall-benefiċċju tal-Eurosistema, |
— |
“Servizz ta' Saldu ta' Ħlas Istantanju TARGET (TIPS)” tfisser is-saldu fi flus tal-bank ċentrali ta' ordnijiet ta' ħlas istantanji fuq il-Pjattaforma TIPS, |
— |
“formula għall-ġbir tad-dejta statika” tfisser formula żviluppata minn [daħħal isem il-BĊ] għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-applikanti ta' detenturi TIPS DCA għal servizzi tat-TARGET2-[daħħal BĊ/referenza tal-pajjiż] u jiġi rreġistrat kwalunkwe tibdil għall-provvista ta' dawn is-servizzi, |
— |
“sospensjoni” tfisser l-iffriżar temporanju tad-drittijiet u l-obbligi ta' parteċipant għal perijodu ta' żmien li jiġi ddeterminat minn [daħħal l-isem tal-BĊ], |
— |
“TARGET2-[daħħal BĊ/referenza tal-pajjiż]” tfisser is-sistemi komponenti TARGET2 [daħħal isem il-BĊ], |
— |
“TARGET2” tfisser dak kollu li jirriżulta mis-sistemi komponenti kollha tat-TARGET2 tal-BĊi, |
— |
“sistema komponenti tat-TARGET2” tfisser kwalunkwe sistema real-time gross settlement (RTGS) ta' wieħed mill-BCi tal-Eurosistema li tifforma parti mit-TARGET2, |
— |
“parteċipant tat-TARGET2” tfisser kull parteċipant f'kwalunkwe sistema ta' komponent TARGET2, |
— |
“nuqqas ta' funzjonament tekniku tat-TARGET2” tfisser kull diffikultà, difett jew nuqqas fl-infrastruttura teknika u/jew is-sistemi tal-kompjuter użati mit-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], jew kwalunkwe avveniment ieħor li jagħmilha impossibbli li jiġu eżegwiti ħlasijiet fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], |
— |
“TIPS Isem Distint (TIPS DN)” tfisser l-indirizz tan-netwerk għall-Pjattaforma TIPS li għandha tkun inkluża fil-messaġġi kollha maħsuba għas-sistema, |
— |
“Speċifikazzjonijiet Funzjonali Dettaljati għall-Utent (UDFS)” tfisser l-aktar verżjoni aġġornata tal-UDFS, li hija d-dokumentazzjoni teknika li tispjega fid-dettall kif detentur TIPS DCA jinteraġixxi mat-TARGET2, |
— |
“Kont Domestiku” tfisser kont miftuħ barra l-PM minn BCN taż-żona tal-euro għal entità li hija eliġibbli biex issir partecipant, |
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Il-Kundizzjonijiet preżenti jirregolaw ir-relazzjoni bejn il-BĊN taż-żona tal-euro rilevanti u d-detentur TIPS DCA tiegħu fir-rigward tal-ftuħ u l-operat tat-TIPS DCA.
Artikolu 3
Appendiċijiet
1. L-Appendiċijiet li ġejjin jifformaw parti integrali minn dawn il-Kundizzjjonijiet:
|
Appendiċi I: Parametri tat-TIPS DCA - Speċifikazzjonijiet Tekniċi |
|
Appendiċi II Termini ta' referenza għall-opinjonijiet ta' kapaċità u dawk nazzjonali |
|
Appendiċi III Skeda operattiva |
|
Appendiċi IV: Skeda tat-tariffa |
|
Appendiċi V: Rekwiżiti tekniċi ta' konnettività TIPS |
2. Fil-każ ta' kwalunkwe kunflitt jew inkonsistenza bejn il-kontenut ta' kwalunkwe appendiċi u l-kontenut ta' kull dispożizzjoni oħra f'dawn il-Kundizzjonijiet, dan tal-aħħar għandu jiddomina.
Artikolu 4
Deskrizzjoni ġenerali tat-TARGET2
1. TARGET2 jipprovdi ħlas gross f'ħin reali għal ħlasijiet f'euro, bi ħlas fi flus tal-bank ċentrali f'kontijiet PM, T2S DCAs għall-fini ta' tranżazzjonijiet ta' titoli u T2S DCAs għall-iskop ta' pagamenti istantanji.
2. It-tranżazzjonijiet li ġejjin huma pproċessati fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż]:
(a) |
tranżazzjonijiet li jirriżultaw direttament minn jew li jsiru b'konnessjoni mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema; |
(b) |
saldu tal-parti euro tal-operazzjonijiet tal-kambju fi flus barranin li jinvolvu lill-Eurosistema; |
(c) |
saldu ta' trasferimenti ta' euro li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f'sistemi ta' netting ta' valur kbir transkonfinali |
(d) |
saldu ta' trasferimenti ta' euro li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f'sistemi ta' ħlas bl-imnut f'euro ta' importanza sistemika; |
(e) |
ħlas tal-parti tal-flus kontanti ta' tranżazzjonijiet ta' titoli; |
(f) |
Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA lil T2S DCA, ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA lil PM u ordnijiet ta' trasferiment tal-likwidità PM lil T2S DCA; |
(g) |
Ordni ta' ħlas istantanju; |
(h) |
Tweġiba negattiva għall-irtirar; |
(i) |
Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità ta' TIPS DCA lil PM u ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA; u |
(j) |
kull ordni ta' ħlas ieħor f'euro indirizzat lil parteċipanti tat-TARGET2. |
3. TARGET2 jipprovdi saldu gross f'ħin reali għal ħlasijiet f'euro, b'saldu fi flus tal-bank ċentrali f'kontijiet PM, T2S DCAs u TIPS DCAs. TARGET2 huwa stabbilit u jiffunzjona fuq il-bażi tal-SSP, li permezz tagħha l-ordnijiet ta' ħlas kollha jiġu ppreżentati u pproċessati u li permezz tagħha l-ħlasijiet jiġu fl-aħħar mill-aħħar irċevuti bl-istess mod tekniku. F'dak li għandu x'jaqsam mal-operat tekniku tat-TIPS DCAs, it-TARGET2 huwa stabbilit teknikament u jiffunzjona fuq il-bażi tal-Pjattaforma TIPS. F'dak li għandu x'jaqsam mal-operat tekniku tat-T2S DCAs, it-TARGET2 huwa teknikament stabbilit u jiffunzjona fuq il-bażi tal-Pjattaforma T2S.
4. Il-[daħħal isem il-BĊ] huwa l-fornitur tas-servizzi taħt dawn il-Kundizzjonijiet. L-azzjonijiet u l-ommissjonijiet tal-BCi li jipprovdu Pjattaforma TIPS ghandhom ikunu kkunsidrati bhala azzjonijiet u ommissjonijiet ta' [daħħal l-isem tal-BC], li ghalihom ghandu jassumi r-responsabbiltà skont l-Artikolu 23 ta' dan l-Anness. Il-parteċipazzjoni skont dawn il-Kundizzjonijiet m'għandhiex tohloq relazzjoni kuntrattwali bejn id-detenturi TIPS DCA u l-BĊNi li jipprovdu l-Pjattaforma TIPS meta kwalunkwe wieħed minn dawn tal-aħħar jagixxi f'dik il-kapaċità. L-istruzzjonijiet, il-messaġġi jew l-informazzjoni li detentur TIPS DCA jirċievi mingħand, jew jibgħat lil, l-SSP jew Pjattaforma TIPS b'rabta mas-servizzi pprovduti taħt dawn il-Kundizzjonijiet huma meqjusin bħala li waslu mingħand, jew mibgħuta lil, [daħħal l-isem tal-BĊ].
5. It-TARGET2 hija strutturata legalment bħala multipliċità ta' sistemi ta' ħlas, fejn is-sistemi komponenti tat-TARGET2, li huma imsemmija bħala “sistemi” taħt il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 98/26/KE. It-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] hija indikata bħala “sistema” skont [daħħal id-dispożizzjoni legali rilevanti li timplimenta d-Direttiva 98/26/KE].
6. Il-parteċipazzjoni fit-TARGET2 tidħol fis-seħħ permezz ta' parteċipazzjoni f'sistema ta' komponent tat-TARGET2. Dawn il-Kundizzjonijiet jiddeskrivu d-drittijiet u l-obbligi lejn xulxin tal-parteċipanti fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż u l-[daħħal isem il-BĊ]. Ir-regoli dwar l-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas taħt dawn il-Kundizzjonijiet (Titolu IV u Appendiċi I) jirreferu għall-ordnijiet ta' ħlas kollha sottomessi jew pagamenti riċevuti minn kwalunkwe detentur TIPS DCA.
TITOLU II
IL-PARTECIPAZZJONI
Artikolu 5
Il-kriterji tal-għażla
1. It-tipi ta' entitajiet li ġejjin huma eliġibbli biex isiru detentur TIPS DCA fit-TARGET2- [daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż]:
(a) |
istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxu permezz ta' fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE; |
(b) |
istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti barra ż-ŻEE, sakemm jaġixxu permezz ta' fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE; u |
(c) |
BCNi ta' Stati Membri u l-BCE, |
sakemm l-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) mhumiex soġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri skont l-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat, li l-implimentazzjoni tagħhom, minħabba [referenza għall-BĊ/pajjiż] wara li ġie infurmat il-BĊE, mhijiex kompatibbli mal-funzjonament bla xkiel tat-TARGET2.
2. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista', fid-diskrezzjoni tiegħu, idaħħal ukoll l-entitajiet li ġejjin detenturi TIPS DCA:
(a) |
id-dipartimenti tat-teżor tal-gvernijiet ċentrali jew reġjonali tal-Istati Membri attivi fis-swieq tal-flus; |
(b) |
korpi tas-settur pubbliku ta' Stati Membri awtorizzati li jżommu kontijiet għall-klijenti; |
(c) |
ditti ta' investiment stabbiliti fiż-ŻEE; |
(d) |
entitajiet li jiġġestixxu sistemi anċillari u li jaġixxu f'dik il-kapaċità; u |
(e) |
istituzzjonijiet ta' kreditu jew kull entità mit-tipi elenkati fil-punti (a) sa (d), fiż-żewġ każijiet fejn dawn huma stabbiliti f'pajjiż li miegħu l-Unjoni daħlet fi ftehim monetarju li jippermetti l-aċċess għal sistemi ta' ħlas fl-Unjoni minn kull waħda minn dawn l-entitajiet, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim monetarju u sakemm is-sistema legali relevanti li tapplika fil-pajjiż hija ekwivalenti għal-leġislazzjoni relevanti tal-Unjoni. |
3. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, fis-sens ta' [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)], ma humiex intitolati jipparteċipaw fit-TARGET2 daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż].
Artikolu 6
Proċedura tal-applikazzjoni
1. Sabiex [daħħal l-isem tal-BĊ] tiftaħ TIPS DCA għal entità, tali entità għandha tikkonforma mal-kriterji ta' aċċess tad-dispożizzjonijiet ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] li timplimenta l-Artikolu 5 u għandha:
(a) |
jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi li ġejjin:
|
(b) |
jissodisfaw ir-rekwiziti teknici li gejjin:
|
2. L-entitajiet li jixtiequ jiftħu TIPS DCA għandhom japplikaw bil-miktub lil [daħħal l-isem tal-BĊ], bħala minimu jehmżu l-informazzjoni/dokumenti li ġejjin:
(a) |
formoli kompluti ta' ġbir ta' dejta statika kif ipprovduti minn [daħħal l-isem tal-BĊ], |
(b) |
l-opinjoni tal-kapaċità, jekk meħtieġ minn [daħħal l-isem tal-BĊ]; |
(c) |
l-opinjoni tal-pajjiż, jekk meħtieġ minn [daħħal l-isem tal-BĊ]; u |
(d) |
evidenza tal-aderenza tagħhom mal-iskema SCT Inst. |
3. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' wkoll jitlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jidhirlu meħtieġa biex jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni biex jiftaħ TIPS DCA.
4. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jirrifjuta l-applikazzjoni biex jiftaħ TIPS DCA jekk:
(a) |
ma jiġux sodisfatti l-kriterji ta' aċċess imsemmija fl-Artikolu 5; |
(b) |
ma jiġux sodisfatti waħda jew iżjed mill-kriterji ta' parteċipazzjoni msemmija fil-paragrafu 1; u/jew |
(c) |
fil-valutazzjoni [daħħal l-isem tal-BĊ], il-ftuħ ta' TIPS DCA jipperikola l-istabbiltà, is-sodezza u s-sigurtà ġenerali tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew ta' xi sistema oħra ta' komponent tat-TARGET2 jew tipperikola [daħħal l-isem tal-BĊ] tal-kompiti tiegħu kif deskritti fi [irreferi għad-dritt nazzjonali rilevanti] u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, jew joħloq riskji fuq il-bażi ta' prudenza. |
5. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni biex tiftaħ it-TIPS DAC lill-applikant detentur TIPS DCA fi żmien xahar mill-wasla ta' [daħħal l-isem tal-BĊ]. Meta l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jitlob aktar informazzjoni bis-saħħa tal-paragrafu 3, id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata fi żmien xahar minn meta l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jirċievi din l-informazzjoni mingħand l-applikant detentur TIPS DCA. Kull deċiżjoni ta' ċaħda għandha tinkludi raġunijiet għal dik iċ-ċaħda.
Artikolu 7
Detenturi TIPS DCA
1. Il-proprjetarji tat-TIPS DCA fit-TARGET2 [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6. Għandu jkollhom tal-anqas kont TIPS DCA wieħed ma' [daħħal l-isem tal-BĊ].
2. Sabiex jintbagħtu messaġġi lill-Pjattaforma TIPS, id-detenturi TIPS DCA jista' jkollhom aċċess għall-Pjattaforma TIPS,
(a) |
direttament, u/jew |
(b) |
bl-użu ta' parti waħda jew aktar ta' struzzjoni. |
Għal dawn iż-żewġ metodi ta' aċċess, id-detentur TIPS DCA għandu juża TIPS DNs wieħed jew aktar.
3. Sabiex tirċievi messaġġi mill-Pjattaforma TIPS, id-detenturi TIPS DCA għandu jkollhom aċċess għall-Pjattaforma TIPS,
(a) |
direttament; jew |
(b) |
bl-użu ta' parti waħda li tagħti struzzjonijiet. |
Għaż-żewġ metodi ta' aċċess, id-detentur TIPS DCA għandu juża TIPS DN wieħed biex jirċievi ordnijiet ta' ħlas immedjati.
4. Jekk id-detentur tat-TIPS DAC jagħżel li jinteraġixxi mal-Pjattaforma TIPS permezz ta' parti li tagħti l-istruzzjonijiet, kif stabbilit fil-paragrafi 2 u 3, il-messaġġi rċevuti jew mibgħuta permezz tal-parti li tagħti l-istruzzjonijiet jitqiesu li ġew riċevuti minn jew mibgħuta lid-detentur TIPS DCA. Id-detentur TIPS DCA għandu jkun marbut b'dawn l-azzjonijiet, irrispettivament mill-kontenut jew kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-arranġamenti kuntrattwali jew arranġamenti oħra bejn dak id-detentur TIPS DCA u kwalunkwe parti li tagħti struzzjonijiet indikata nominata.
Artikolu 8
Partijiet li jistgħu jintlaħqu
1. Id-detenturi TIPS DCA jistgħu jinnominaw waħda jew aktar partijiet li jistgħu jintlaħqu. Partijiet li jistgħu jintlaħqu jridu jkunu aderixxew għall-iskema SCT Inst u ffirmaw il-Ftehim SEPA dwar l-Adozzjoni tat-Trasferiment ta' Kreditu Istantanju.
2. Id-detenturi TIPS DCA għandhom jipprovdu evidenza li [daħħal l-isem tal-BĊ] ta' kull aderenza tal-parti li tista' tintlaħaq nominata għall-iskema SCT Inst.
3. detentur TIPS DCA għandu jinforma [daħħal l-isem tal-BĊ] jekk xi parti nominata magħżula ma tibqax iżżomm mal-iskema SCT Inst u għandha, mingħajr dewmien żejjed, tieħu passi biex tipprevjeni lill-parti li tista' tintlaħaq milli taċċessa t-TIPS DCA.
4. Id-detentur TIPS DCA jista' jinnomina waħda jew aktar partijiet li jagħtu struzzjonijiet għall-partijiet li jistgħu jintlaħqu magħżula tiegħu.
5. Jekk detentur TIPS DCA jindika waħda jew aktar partijiet li jistgħu jintlaħqu u/jew parti waħda jew aktar li jagħtu struzzjoni skont il-paragrafi 1 jew 4, rispettivament, messaġġi riċevuti minn dawn il-partijiet li jistgħu jintlaħqu jew, jekk applikabbli, permezz ta' dawn il-partijiet li jagħtu struzzjonijiet jitqiesu li ġew riċevuti mid-detentur TIPS DCA. Bl-istess mod, il-messaġġi mibgħuta lil dawn il-partijiet li jintlaħqu jew, jekk applikabbli, permezz ta' dawn il-partijiet li jagħtu struzzjonijiet jitqiesu li ntbagħtu lid-Detentur TIPS DCA. Id-detentur TIPS DCA għandu jkun marbut b'dawn l-azzjonijiet, irrispettivament mill-kontenut jew kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-arranġamenti kuntrattwali jew oħrajn bejn dak id-detentur TIPS DCA u kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 4.
Artikolu 9
Fornituri tas-servizz tan-netwerk TIPS
1. Il-parteċipanti għandhom jużaw fornitur tas-servizz TIPS wieħed jew aktar biex jiskambjaw messaġġi mal-Pjattaforma TIPS u għandhom jidħlu fi ftehim separat ma' dawk il-fornituri għal dak il-għan.
2. Lista tal-fornituri tas-servizzi tan-netwerk TIPS, kif emendata minn żmien għal żmien, hija disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE. Din il-lista hija pprovduta għal skopijiet ta' informazzjoni biss. Fil-każ li fornitur ta' servizz ta' netwerk TIPS jitneħħa mil-lista ta' fornituri ta' servizzi tan-netwerk TIPS, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lid-detenturi TIPS DCA li jużaw dak il-fornitur tas-servizz tan-netwerk kif xieraq.
3. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] m'għandux ikun responsabbli għal kwalunkwe att, żball jew ommissjoni ta' fornitur ta' servizz ta' network TIPS (inklużi d-diretturi tiegħu, persunal u sottokuntratturi) bħala fornitur ta' servizzi ta' netwerk TIPS, jew għal kwalunkwe atti, żbalji jew ommissjonijiet tal-fornitur ta' servizz tan-netwerk TIPS magħżul minn parteċipanti biex jiksbu aċċess għall-Pjattaforma TIPS. Il- [daħħal l-isem tal-BĊ] m'għandux ikun responsabbli wkoll għal xi telf jew danni bħala riżultat tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS li jieqaf jipprovdi konnessjoni mal-pjattaforma TIPS, kemm minħabba n-nuqqas ta' konformità min-naħa tas-rekwiżiti ta' konnettività stabbiliti u msemmija fl-Appendiċi V jew it-terminazzjoni tal-kondizzjonijiet u l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza tal-konnettività TIPS jew kwalunkwe raāuni oħra.
Artikolu 10
Sponsorizzazzjoni ta' fornituri ta' servizz tan-netwerk
1. Jekk detentur TIPS DCA jixtieq juża s-servizzi ta' fornitur tas-servizz tan-netwerk li mhuwiex fuq il-lista ta' fornituri ta' servizzi tan-netwerk TIPS, kif imsemmi fl-Artikolu 9(2) id-detentur TIPS DCA jista' jitlob lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex tibda l-valutazzjoni dwar jekk fornitur tas-servizz tan-netwerk jistax jopera bħala fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS.
2. Fornitur ta' servizz ta' netwerk jista' jopera bħala fornitur ta' servizz ta' netwerk TIPS sakemm jgħaddi b'suċċess il-valutazzjoni mwettqa skont ir-regoli u l-proċedura stabbiliti fl-Appendiċi V u wara li jkun iffirma t-termini u l-kundizzjonijiet tal-konnettività tat-TIPS kif ippubblikat fuq il-websajt tal-BĊE u kif emendat minn żmien għal żmien.
3. Il-[daħħal l-isem tal-BĊN] għandu jinforma lid-detentur TIPS DCA dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fi żmien 120 jum kalendarju mid-data tal-wasla tat-talba. Fil-każ ta' ċaħda tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk, il-[daħħal l-isem tal-BĊN] għandu jinforma lid-detentur TIPS DCA bir-raġunijiet għar-rifjut.
4. It-talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu sottomessi lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] mill- [1 ta' Ġunju 2019].
Artikolu 11
Direttorju TIPS
1. Id-direttorju TIPS huwa l-lista ta' detenturi TIPS DCA u partijiet li jistgħu jintlaħqu.
Għandu jiġi aġġornat kuljum.
2. Id-detenturi TIPS DCA jistgħu biss jiddistribwixxu d-direttorju TIPS lill-fergħat tagħhom, il-partijiet magħżula tagħhom li jistgħu jintlaħqu u l-partijiet li jagħtu l-istruzzjonijiet tagħhom. Partijiet li jistgħu jintlaħqu jistgħu jqassmu biss id-direttorju TIPS lill-fergħat tagħhom.
3. BIC speċifiku jista' jidher biss darba fid-direttorju tat-TIPS.
4. Id-detenturi TIPS DCA jirrikonoxxu li [daħħal l-isem tal-BĊ] u BĊi oħra jistgħu jippubblikaw isimhom u BICs. Barra minn hekk, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u BĊ oħra jistgħu jippubblikaw ismijiet u BICs ta' partijiet li jistgħu jintlaħqu magħżula minn detenturi TIPS DCA u d-detenturi TIPS DCA għandhom jiżguraw li l-partijiet li jistgħu jintlaħqu jkunu qablu dwar din il-pubblikazzjoni.
TITOLU III
OBBLIGI TAL-PARTIJIET
Artikolu 12
Obbligi ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] u d-detenturi TIPS DCA
1. Il- [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinfetaħ fuq talba tad-detentur TIPS DCA u jopera [wieħed jew aktar] TIPS DCA(s) denominati f'euro. Ħlief fejn provdut xort'oħra f'dawn il-Kundizzjonijiet jew meħtieġ mil-liġi, [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu juża l-mezzi raġonevoli kollha fis-setgħa tiegħu li jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dawn il-Kundizzjonijiet, mingħajr ma jiggarantixxi riżultat.
2. Azzjonijiet meħuda minn partijiet li jistgħu jintlaħqu u partijiet li jagħtu struzzjonijiet huma meqjusa bħala dawk tad-detentur TIPS DCA, inkluż għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE.
3. Id-detentur TIPS DCA għandu jirreġistra lilu nnifsu u lill-partijiet li jistgħu jintlaħqu tiegħu bħala utenti tal-kont awtorizzat għal skopijiet ta' saldu. Għal dak il-għan għandu jirreġistra biss il-BIC tiegħu stess u/jew dak ta' parti li tista' tintlaħaq.
4. It-tariffi għas-servizzi TIPS DAC huma stabbiliti fl-Appendiċi IV. Id-detentur tal-kont PM marbut huwa responsabbli li jħallas dawn il-miżati
5. Id-detenturi TIPS DCA għandhom jiżguraw li f'kull ħin huma konnessi mal-Pjattaforma TIPS permezz tat-TIPS DN użat għall-iskop li jirċievi messaġġi skont l-Artikolu 7(3).
6. Id-detenturi TIPS DCA li jkunu ħatru parti li tista' tintlaħaq għandhom jiżguraw li f'kull ħin din il-parti li tista' tintlaħaq tkun konnessa mal-Pjattaforma TIPS permezz tat-TIPS DN użata għall-iskop li tirċievi messaġġi taħt l-Artikolu 8.
7. Id-detentur TIPS DCA jirrappreżenta u jiggarantixxi lil [daħħal l-isem tal-BĊ] li t-twettiq tal-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet ma jiksru l-ebda liġi, regolament jew liġi applikabbli għalih jew kwalunkwe ftehim li huwa marbut miegħu.
8. Id-detenturi TIPS DCA għandhom jiżguraw li l-likwidità fit-TIPS DCA tiġi ġestita sewwa. Dan l-obbligu għandu jinkludi iżda mhux limitat għall-kisba ta' informazzjoni regolari dwar il-pożizzjoni tal-likwidità tagħhom. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jagħmel disponibbli rendikont ta' kuljum lil kwalunkwe detentur TIPS DCA li għażel li jkollu dan is-servizz fuq il-Pjattaforma TIPS. Id-dikjarazzjonijiet ta' kuljum huma pprovduti għal kull jum tan-negozju tat-TARGET2.
9. Għandhom ikunu d-detenturi TIPS DCA, fl-interess tagħhom stess u taħt il-ftehim separat tagħhom mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS tagħhom, biex jimmonitorjaw li f'kull ħin il-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS magħżul tagħhom ikompli jipprovdi konnessjoni attiva mal-Pjattaforma TIPS u jżomm il-istatus tiegħu ta' fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS. Din il-konnessjoni għandha tkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-rekwiżiti tal-konnettività stabbiliti u msemmija fl-Appendiċi V.
Artikolu 13
Nomina, sospensjoni jew terminazzjoni ta' kont PM Marbut
1. Id-detentur TIPS DCA għandu jindika kont PM Marbut. Il-kont PM marbut jista' jinżamm f'sistema ta' komponent TARGET2 barra mit-TARGET2- [daħħal l-isem tal-BĊ/referenza tal-pajjiż] u jista' jappartjeni għal entità legali differenti mid-detentur TIPS DCA. Kont PM marbut jista' jkun Marbut ma' massimu ta' 10 TIPS DCAs.
2. Detentur tal-kont PM li juża aċċess ibbażat fuq l-Internet ma jistax jiġi nnominat bħala detentur tal-kont tal-PM marbut.
3. Jekk id-detentur tal-kont tal-PM Marbut u d-detentur tal-TIPS DCA huma entitajiet legali differenti u l-parteċipazzjoni ta' dak id-detentur tal-kont tal-PM Marbut hija sospiża jew mitmuma, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u d-detentur TIPS DCA għandhom jieħdu l-passi raġonevoli u prattikabbli kollha biex jittaffew kwalunkwe ħsara jew telf. Id-detentur TIPS DCA għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jindika kont PM ġdid Marbut mingħajr dewmien żejjed li mbagħad ikun responsabbli għal kwalunkwe fattura pendenti.
4. [daħħal l-isem tal-BĊ] li m'għandux ikun responsabbli għal kwalunkwe telf li ġarrab id-detentur TIPS DCA bħala konsegwenza tas-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tad-detentur tal-kont tal-Kont PM Marbut.
Artikolu 14
Kooperazzjoni u informazzjoni
1. Fit-twettiq ta-obbligi tagħhom u fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u d-detenturi TIPS DCA għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw l-istabbiltà, is-solvibbiltà u s-sigurtà tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż]. Għandhom jipprovdu lil xulxin kull informazzjoni jew dokument rilevanti għat-twettiq tal-obbligi u d-drittijiet rispettivi tagħhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, bla ħsara għall-obbligi tas-segretezza bankarja.
2. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jistabbilixxi u jżomm system support desk biex jassisti lid-detenturi TIPS DCA fir-rigward ta' diffikultajiet li jinqalgħu b'konnessjoni mal-operazzjonijiet tas-sistema.
3. Informazzjoni aġġornata dwar l-istatus operattiv tal-Pjattaforma TIPS u l-SSP għandha tkun disponibbli fuq is-Sistema ta' Informazzjoni TARGET2 (T2IS) u fuq is-Sistema ta' Informazzjoni TIPS fuq paġni ddedikati fuq il-websajt tal-BĊE. It-T2IS u s-Sistema ta' Informazzjoni TIPS jistgħu jintużaw biex tinkiseb informazzjoni dwar kwalunkwe każ li jaffettwa l-operat normali tal-SSP u l-Pjattaforma TIPS.
4. Il- [daħħal l-isem tal-BĊ] jista' jew jikkomunika messaġġi lil detenturi ta' TIPS DCA permezz ta' messaġġi ta' komunikazzjoni bl-ICM fejn huma wkoll ikollhom kont PM, jew b'xi mod ieħor.
5. Id-detenturi TIPS DCA huma responsabbli għall-aġġornament fil-ħin tal-formoli ta' ġbir ta' dejta statika eżistenti u biex jibagħtu l-formoli ta' ġbir ta' dejta statika ġdida lil [daħal-isem tal-BĊ]. Id-detenturi TIPS DCA huma responsabbli biex jivverifikaw l-eżattezza ta' informazzjoni dwarhom li tiddaħħal fir-TARGET2-[daħħal referenza ghall-BC/pajjiz] mill-[daħħal l-isem tal-BC].
6. Id-detenturi TIPS DCA għandhom jinfurmaw lil [daħħal l-isem tal-BĊ] dwar kull tibdil fil-kapaċità legali tagħhom u dwar tibdiliet leġiżlattivi rilevanti li jaffettwaw kwistjonijiet koperti bl-opinjoni nazzjonali fir-rigward tagħhom. Id-detenturi TIPS DCA għandhom jinfurmaw ukoll [daħħal l-isem tal-BĊ] jekk ma jibqgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-adeżjoni mal-iskema SCT Inst.
7. Id-detenturi TIPS DCA għandhom jinfurmaw lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] bi kwalunkwe parti ġdida li tista' tintlaħaq li huma jirreġistraw u kwalunkwe tibdil relatat ma' tali partijiet irreġistrati li jistgħu jintlaħqu.
8. Id-detenturi TIPS DCA għandhom jinfurmaw minnufih lil [daħħal l-isem tal-BĊ] jekk iseħħ każ ta' inadempjenza fir-rigward tagħhom.
TITOLU IV
AMMINISTRAZZJONI TA' KONTIJIET TIPS DCAs U PPROĊESSAR TA' ORDNIJIET TA' ĦLAS
Artikolu 15
Ftuħ u ġestjoni ta' TACS DCAs
1. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiftaħ u jopera mill-inqas TIPS DCA wieħed għal kull detentur TIPS DCA. TIPS DCA għandu jkun identifikat permezz ta' numru tal-kont uniku sa 34 karattru li jkun strutturat kif ġej.
|
Isem |
Format |
Kontenut |
Parti A |
Tip ta' kont |
Karatt. 1 eżatt |
“l” għall-kont ta' ħlas istantanju |
Kodiċi tal-pajjiż tal-bank ċentrali |
2 Karatt. eżatt |
Kodiċi ISO tal-pajjiż 3166-1 |
|
Kodiċi tal-valuta |
3 Karatt. eżatt |
EUR |
|
PARTI B |
Detentur tal-kont |
11 Karatt. eżatt |
BIC |
Parti C |
Subklassifikazzjoni tal-kont |
Sa 17-il karatt. |
Test liberu (alfanumeriku) li għandu jiġi pprovdut minn id-detentur TIPS DCA |
2. L-ebda bilanċ ta' debitu m'għandu jitħalla fuq TIPS DCAs.
3. Għall-fini tal-kalkolu tar-riservi minimi, rimunerazzjoni ta' bilanċi matul il-lejl u rikors awtomatiku għal faċilità ta' self marġinali, id-detentur TIPS DCA għandu jgħaqqad id-TIPS DCA tiegħu ma' [daħħal kont PM/Kont Domestiku kif applikabbli] li żżomm ma' [daħħal l-BĊ].
4. Jekk id-detentur TIPS DCA jżomm direttament ir-riżerva minima tiegħu, kull bilanċ ta' tmiem il-jum fuq it-TIPS DCA tiegħu rreġistrat skont l-Appendiċi III għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni għall-fini tar-riżervi minimi tiegħu. Jekk id-detentur TIPS DCA iżomm ir-riżerva minima tiegħu indirettament, it-TIPS DCA tiegħu ma jistax ikun marbut ma' kont PM jew kont ieħor miżmum mill-intermedjarju tiegħu, minħabba li fejn jinżammu indirettament riservi minimi, il-kontijiet tad-detentur TIPS DCA ma jistgħux jiġu aggregati mal-kontijiet miżmuma mill-intermedjarju li permezz tiegħu d-detentur TIPS DCA jissodisfa r-rekwiżiti ta' riserva minima tiegħu.
5. It-TIPS DCA għandhom jew jitħallsu b'0 % jew ir-rata tal-faċilità tad-depożitu, liema minnhom tkun l-iktar baxxa, sakemm ma jintużawx biex iżommu r-riżervi minimi meħtieġa. F'każ bħal dan, il-kalkolu u l-ħlas tar-rimunerazzjoni ta' holdings ta' riżervi minimi għandhom ikunu regolati mir-Regolament (KE) Nru 2531/98 u r-Regolament (KE) Nru 1745/2003.
Artikolu 16
Tipi ta' ordnijiet ta' ħlas f'TIPS DCA
Dawn li ġejjin huma kklassifikati bħala ordnijiet ta' ħlas għall-finijiet tas-servizz TIPS:
(a) |
ordni ta' ħlas istantanju; |
(b) |
tweġibiet pożittivi għall-irtirar; u |
(c) |
ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità TIPS DCA lil PM. |
Artikolu 17
Aċċettazzjoni u ċaħda ta' ordnijiet ta' ħlas
1. Ordnijiet ta' ħlas skont it-tifsira tal-Artikolu 16 u sottomessi minn detenturi ta' TIPS DCA huma meqjusa aċċettati mill- [daħħal l-isem tal-BĊ] jekk:
(a) |
il-messaġġ ta' ħlas ġie kkonsenjat lill-Pjattaforma TIPS mill-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS rispettiv; u |
(b) |
il-messaġġ għall-ħlas huwa konformi mar-regoli u l-kundizzjoni tat-TARGET2-[daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż] dwar l-ifformattjar u jgħaddi mill-verifika doppja deskritta fl-Appendiċi I. |
2. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu immedjatament jiċħad kwalunkwe ordni ta' ħlas li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lid-detenturi TIPS DCA b'kull ċaħda ta' ordni ta' ħlas, kif speċifikat fl-Appendiċi I. Sabiex jiġi evitat id-dubju, jekk l-ordni tal-ħlas tkun ġiet ippreżentata permezz ta' parti li tagħti l-istruzzjoni jew minn parti li tista' tintlaħaq f'isem id-detentur TIPS DCA, il-parti li tagħti l-istruzzjoni jew li tista' tintlaħaq irċievi r-rifjut.
Artikolu 18
Proċessar ta' ordnijiet ta' ħlas fuq TIPS DCAs
1. Il-Pjattaforma TIPS torbot it-timestamp tagħha għall-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas fis-sekwenza ta' kif jiġu rċevuti.
2. L-ordnijiet kollha ta' ħlas mibgħuta lit-TARGET2 daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż għandhom jiġu pproċessati fuq bażi tal-ewwel darba mingħajr prijoritizzazzjoni jew rijordinament.
3. Wara li tkun ġiet aċċettata ordni ta' ħlas istantanja kif stabbilit fl-Artikolu 17, it-TARGET2 daħħal l-isem tal-BĊ/referenza tal-pajjiżjivverifika jekk hemmx biżżejjed fondi disponibbli fit-TIPS DCA tal-pagatur.
(a) |
Jekk fondi suffiċjenti ma jkunux disponibbli, l-ordni ta' ħlas instantanja tiġi miċħuda; |
(b) |
Jekk ikunu disponibbli biżżejjed fondi, l-ammont korrispondenti għandu jkun irriżervat waqt li jkun qed jistenna r-risposta ta' min qed jitħallas. Fil-każ ta' aċċettazzjoni minn dak li jagħmel il-ħlas l-ordni tal-ħlas istantanja tiġi ssaldata u r-riżerva titneħħa fl-istess ħin. Fil-każ ta' rifjut min-naħa ta' min jitħallas jew in-nuqqas ta' risposta f'waqtha, fis-sens tal-iskema SCT Inst, l-ordni tal-ħlas istantanja tiġi kkanċellata u r-riserva titħassar simultanjament |
4. Il-fondi riżervati skont il-paragrafu 3(b) m'għandhomx ikunu disponibbli għas-saldu ta' ordnijiet ta' ħlas sussegwenti. Għall-finijiet tal-Artikolu 15(4) u(5), il-fondi riżervati għandhom jgħoddu għat-twettiq tar-riservi minimi u r-remunerazzjoni tal-bilanċ ta' matul il-lejl tad-detentur TIPS DCA.
5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3(b), it-TARGET2 daħħal BĊ/referenza tal-pajjiż] għandu jirrifjuta ordnijiet tal-ħlas istantanji jekk l-ammont tal-ordni tal-ħlas immedjat jaqbeż kwalunkwe CMB applikabbli.
6. Wara li tkun ġiet aċċettata ordni ta' trasferiment ta' likwidità ta' TIPS DCA lil PM kif stipulat fl-Artikolu 17, it-TARGET2 daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] għandu jiċċekkja jekk hemmx biżżejjed fondi disponibbli fuq id-DAC TIPS ta' min iħallas. Jekk fondi suffiċjenti mhumiex disponibbli l-ordni tat-trasferiment tal-likwidità għandha tiġi miċħuda. Jekk ikunu disponibbli biżżejjed fondi, l-ordni ta' trasferiment ta' likwidità għandha tiġi ssaldata immedjatament.
7. Wara li tkun ġiet aċċettata tweġiba pożittiva għall-irtirar kif stabbilit fl-Artikolu 17, it-TARGET2 daħħal il-Ċ/referenza tal-pajjiż għandu jiċċekkja jekk hemmx biżżejjed fondi disponibbli fuq it-TIPS DCA biex jiġu ddebitati. Jekk fondi suffiċjenti mhumiex disponibbli, it-tweġiba pożittiva għall-irtirar għandha tiġi miċħuda. Jekk ikunu disponibbli fondi suffiċjenti, it-tweġiba pożittiva għall-irtirar għandha tiġi ssaldata immedjatament.
8. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, it-TARGET2 [daħħal BĊ/referenza tal-pajjiż għandu jirrifjuta tweġibiet għall-irtirar pożittiv jekk l-ammont tar-risposta pożittiva jaqbeż kwalunkwe CMB applikabbli.
Artikolu 19
Rikjesta għall-irtirar
1. detentur TIPS DCA jista' jdaħħal rikjesta għall-irtirar.
2. Ir-rikjesta għall-irtirar għandha tintbagħat lil min qed jitħallas mill-ordni ta' ħlas istantanju stabbilit li jista' jwieġeb b'mod pożittiv bi tweġiba pożittiva għall-irtirar, jew bi tweġiba għall-irtirar negattiva.
Artikolu 20
Mument tad-dħul, mument ta' irrevokabbiltà
1. Għall-finijiet tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/26/KE u [daħħal dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw dawn l-Artikoli tad-Direttiva 98/26/KE]:
(a) |
l-ordnijiet ta' ħlas istantanju jitqiesu li daħlu fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u irrevokabbli fil-mument li l-fondi rilevanti fuq id-TIPS DCA tad-detentur TIPS DCA huma riservati; |
(b) |
L-ordnijiet tat-trasferiment tal-likwidità ta' TIPS DCA lil PM u tweġibiet għall-irtirar pożittiv jitqiesu li daħlu fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u irrevokabbli fil-mument li t-TIPS DCA rilevanti hija ddebitata. |
2. L-ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA huma rregolati mill-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-ftuħ u t-tħaddim ta' kont PM fit-TARGET2 kif stipulat fl-Anness II għal Linja ta' Gwida BĊE/2012/27 applikabbli għas-sistema komponent TARGET2 minn fejn joriġinaw.
TITOLU V
REKWIŻITI TAS-SIGURTÀ, KONTINWITÀ TAN-NEGOZJU U INTERFACE TAL-UTENTI
Artikolu 21
Rekwiżiti ta' sigurtà u kontinwità tan-negozju
1. Id-detenturi TIPS DCA għandhom jimplimentaw kontrolli ta' sigurtà adegwati biex jipproteġu s-sistemi tagħhom minn aċċess u użu mhux awtorizzat. Id-detenturi TIPS DCA għandhom ikunu responsabbli esklussivament għall-protezzjoni adegwata tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tas-sistemi tagħhom.
2. Id-detenturi TIPS DCA għandhom jinfurmaw lil [daħħal l-isem tal-BĊ] b'kull inċident relatat mas-sigurtà fl-infrastruttura teknika tagħhom, u fejn meħtieġ, b'inċidenti relatati mas-sigurtà li jseħħu fl-infrastruttura teknika ta' fornituri terzi. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' jitlob aktar informazzjoni dwar l-inċident u, jekk meħtieġ, jitlob biex id-detenturi TIPS DCA jieħu miżuri xierqa biex jevitaw milli jerġa' jseħħ xi inċident ta' dak it-tip.
3. Fil-każ li detentur TIPS DCA jkollu problema li timpedieh milli jissalda ordnijiet ta' ħlas istantanji u tweġibiet pożittivi għall-irtirar fit-TARGET2 [daħħal l-isem tal-BĊ/referenza tal-pajjiż], għandha tkun ir-responsabbiltà tiegħu li jsolvi l-problema.
4. Fil-każ li detentur TIPS DCA jissottometti b'mod mhux mistenni għadd kbir ta' messaġġi li jheddu l-istabbiltà tal-Pjattaforma TIPS u ma jieqafx, wara talba ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] minn dan l-aġir mingħajr dewmien, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' jimblokka mill-Pjattaforma TIPS il-messaġġi addizzjonali sottomessi minn dak id-detentur TIPS DCA.
5. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' jimponi obbligi ta' sigurtà addizzjonali fuq id-detenturi TIPS DCA kollha jew fuq id-detenturi TIPS DCA li huma kkunsidrati kritiċi minn [daħħal l-isem tal-BĊ].
Artikolu 22
Interfaces tal-utent
1. Id-detentur TIPS DCA, jew id-detentur tal-kont tal-PM Marbut li jaġixxi f'ismu, għandhom jużaw wieħed jew iż-żewġ mezzi li ġejjin biex ikollhom aċċess għal dak id-TIPS DCA:
(a) |
konnessjoni diretta mal-Pjattaforma TIPS f'modi U2 A jew A2 A; jew |
(b) |
il-karatteristiċi tal-ġestjoni tal-likwidità ICM għas-servizz TIPS. |
2. Rabta diretta mal-Pjattaforma TIPS tippermetti lid-detenturi TIPS DCA:
(a) |
li jkollhom aċċess għall-kontijiet tagħhom u biex jiġġestixxu is-CMBs; |
(b) |
biex jibda ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità ta' TIPS DCA lil PM; u |
(c) |
biex jiġġestixxi ċerta data statika. |
3. Il-karatteristiċi tal-ġestjoni tal-likwidità tal-ICM għas-servizz TIPS jippermettu lid-detentur tal-kont PM marbut:
(a) |
aċċess għall-informazzjoni relatata mal-bilanċ tat-TIPS DCA; |
(b) |
biex jiġġestixxi l-likwidità u biex jibda ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità lejn u mit-TIPS DCAs. |
Aktar dettalji tekniċi fir-rigward tal-interfaces tal-utent jinsabu fl-Appendiċi I.
Fir-rigward tal-ICM, aktar dettalji tekniċi jinsabu fi [daħħal id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Appendiċi I tal-Anness II tal-Linja ta' Gwida].
TITOLU VI
REĠIM TAR-RESPONSABBILTÀ U EVIDENZA
Artikolu 23
Regim ta' responsabbiltà
1. Meta jwettqu l-obbligi tagħhom bis-saħħa ta' dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u id-detenturi TIPS DCA għandhom jintrabtu b'obbligu ġenerali ta' bonus paterfamilias fil-konfront ta' xulxin.
2. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkun responsabbli lejn id-detenturi TIPS DCA tiegħu f'każijiet ta' frodi (inkluż imma mhux biss aġir doluż) jew negliġenza kbira, għall kull telf li jirriżulta mit-tħaddim tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż]. Fil-każijiet ta' negliġenza ordinarja, ir-responsabbiltà ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] għandha tkun limitata għat-telf dirett tad-detenturi TIPS DCA, jiġifieri l-ammont tat-tranżazzjoni fil-kwistjoni u/jew it-telf tal-imgħax fuqu, eskluż kull telf konsegwenti.
3. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] mhuwa responsabbli għall-ebda telf li jirriżulta minn ħsara jew nuqqas fl-infrastruttura teknika (inkluż imma mhux limitata għall-infrastruttura, il-programmi, id-data, l-applikazzjonijiet jew in-netwerks tal-kompjuter ta' [daħħal l-isem tal-BĊ]), jekk din il-ħsara jew in-nuqqas jiġru minkejja l-fatt li [daħħal l-isem tal-BĊ] ikun adotta dawk il-miżuri li huma raġonevolment meħtieġa għall-protezzjoni tat-tali infrastruttura kontra ħsara jew nuqqas u biex jirriżolvi l-konsegwenzi ta' din il-ħsara jew nuqqas fl-operazzjoni
4. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] m'għandux ikun responsabbli:
(a) |
sakemm it-telf ikun ikkawżat mid-detentur TIPS DCA; jew |
(b) |
jekk it-telf jirriżulta minn każijiet esterni li l-[daħħal l-isem tal-BĊ] raġonevolment ma kollux kontroll fuqhom (forza maġġuri). |
5. Minkejja d-[daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2015/2366 il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw sal-punt li r-responsabbiltà ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] tista' tiġi eskluża.
6. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u d-detenturi TIPS DCA għandhom jieħdu l-miżuri raġonevoli u l-passi prattiċi kollha biex inaqqsu kull dannu jew telf imsemmi f'dan l-Artikolu.
7. Fit-twettiq tal-obbligi kollha tiegħu jew xi wħud minnhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' jikkummissjona terzi partijiet f'ismu, b'mod partikolari fornitur tat-telekomunikazzjonijiet jew ta' netwerks oħra jew entitajiet oħra, jekk dan ikun meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-obbligi ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] jew jekk din tkun prattika standard fis-suq. L-obbligu ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkun limitat għall-għażla xierqa u l-kummissjonar ta' kwalunkwe terzi, u r-responsabbiltà ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] għandha tkun limitata b'dan il-mod. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-BĊN li jipprovdu l-SSP u l-BĊNi li jipprovdu l-Pjattaforma TIPS m'għandhomx jitqiesu bħala partijiet terzi.
Artikolu 24
Evidenza
1. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dawn il-Kundizzjonijiet, il-messaġġi kollha relatati mal-ipproċessar ta' ħlasijiet u ħlas relatati ma' TIPS DCAs, bħal konfermi ta' debiti jew krediti, jew messaġġi ta' dikjarazzjoni, bejn [daħħal l-isem tal-BĊ] u detenturi ta' TIPS DCA għandhom isiru permezz tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS.
2. Dokumenti elettroniċi jew miktuba tal-messaġġi miżmuma minn [daħħal l-isem tal-BĊ] jew mill-fornituri tas-servizz tan-netwerk għandhom jiġu aċċettati bħala mezz ta' evidenza tal-ħlasijiet ipproċessati permezz ta' [daħħal l-isem tal-BĊ]. Il-verżjoni maħżuna jew stampata tal-messaġġ oriġinali tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS għandha tiġi aċċettata bħala mezz ta' evidenza, tkun xi tkun il-forma oriġinali tiegħu.
3. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jżomm reġistri kompleti tal-ordnijiet għall-ħlas ippreżentati u l-ħlasijiet li jkunu rċevew id-detenturi TIPS DCA għal perijodu ta' [daħħal il-perijodu meħtieġ mil-liġi nazzjonali] miż-żmien li fih jiġu ppreżentati dawn l-ordnijiet għall-ħlas u jaslu l-ħlasijiet, sakemm dawn ir-reġistri kompleti jkunu jkopru minimu ta' ħames snin għal kull detentur TIPS DCA fit-TARGET2 u huwa suġġett għall-viġilanza kontinwa skont il-miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri, jew għal aktar jekk mitlub minn regolamenti speċifiċi.
4. Il-kotba u d-dokumenti ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] stess (kemm jekk miżmuma fuq il-karta, il-microfilm, il-microfiche, b'reġistrazzjoni elettronika jew manjetika, f'kull forma oħra riproduċibbli b'mod mekkaniku jew mod ieħor) għandhom jiġu aċċettati bħala mezz ta' evidenza ta' kull obbligu tad-detenturi TIPS DCA u ta' kull fatt u każ li fuqhom qed jiddependu l-partijiet.
TITOLU VII
IT-TERMINAZZJONI U L-GĦELUQ TAT-TIPS DCAs
Artikolu 25
Tul ta' żmien u terminazzjoni ordinarja tat-TIPS DCAs
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26, TIPS DCA fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] tinfetaħ għal perjodu ta' żmien indefinit.
2. Detentur TIPS DCA jista' jtemm it-TIPS DCA tiegħu fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] f'kull ħin billi jagħti avviż ta' 14-il jum ta' negozju, sakemm ma jiġix miftiehem perijodu ta' notifika iqsar ma' [daħħal l-isem tal-BĊ].
3. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' jtemm TIPS DCA tad-detentur TIPS DCA fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] f'kull ħin billi jagħti notifika ta' tliet xhur, sakemm ma jiġix miftiehem perijodu ta' notifika differenti mad-detentur TIPS DCA.
4. Mat-tmiem tat-TIPS DCA, id-dmirijiet tal-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 29 jibqgħu fis-seħħ għal perijodu ta' ħames snin li jibda jgħaddi mid-data tat-tmiem.
5. Mat-terminazzjoni tat-TIPS DCA, għandu jingħalaq skont l-Artikolu 27.
Artikolu 26
Sospensjoni u terminazzjoni straordinarja tal-parteċipazzjoni
1. Il-parteċipazzjoni ta' detentur TIPS DCA fit-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] għandha tkun itterminata minnufih mingħajr preavviż jew sospiża jekk iseħħ wieħed mill-każijiet ta' inadempjenza li ġejjin:
(a) |
il-ftuħ ta' proċeduri ta' insolvenza; u/jew |
(b) |
detentur TIPS DCA m'għadux jissodisfa l-kriterji tal-aċċess stipulati fl-Artikolu 5. |
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, it-teħid ta' miżuri ta' prevenzjoni ta' kriżi jew miżuri ta' ġestjoni ta' kriżijiet fis-sens tad-Direttiva 2014/59/UE kontra detentur TIPS DCA m'għandux awtomatikament jikkwalifika bħala l-ftuħ ta' proċeduri ta' insolvenza.
2. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' jittermina jew jissospendi l-parteċipazzjoni tad-detentur TIPS DCA fit-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] mingħajr preavviż jekk:
(a) |
iseħħu wieħed jew aktar mill-każijiet ta' inadempjenza (minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1); |
(b) |
id-dtentur TIPS DCA qed jikser dawn il-Kundizzjonijiet b'mod materjali; |
(c) |
id-detentur TIPS DCA jonqos milli jwettaq xi obbligu materjali fil-konfront ta' [daħħal l-isem tal-BĊ]; |
(d) |
id-detentur TIPS DCA m'għadx għandu ftehim validu ma' fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS biex jikseb il-konnessjoni meħtieġa mal-Pjattaforma TIPS; |
(e) |
iseħħ każ ieħor relatat mad-detentur TIPS DCA li, fl-evalwazzjoni ta' [daħħal l-isem tal-BĊ], jhedded l-istabbiltà, is-sodizza u s-sigurtà generali tat-TARGET2 [daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] jew kwalunkwe komponent ieħor tat-TARGET2, jew tipperikola r-rendiment tal-kompiti ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] kif deskritti fi [irriferi għal-liġi nazzjonali rilevanti] u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, jew toħloq riskji għal raġunijiet ta' prudenza. |
3. Fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tiegħu taħt il-paragrafu 2, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jqis, inter alia, is-serjetà tal-każ ta' inadempjenza jew tal-każijiet imsemmija fil-punti 2 (a) sa (c).
4. Fil-każ li [daħħal l-isem tal-BĊ] jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni tad-detentur TIPS DCA fit-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] skont il-paragrafu 1 jew 2, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma minnufih, permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni ICM, BĊi u detenturi tal-kont PM fis-sistemi tal-komponenti tat-TARGET2 kollha b'tali sospensjoni jew terminazzjoni. Dan il-messaġġ għandu jitqies li nħareġ mill-BĊ domestiku tad-detentur tal-kont PM li jirċievi l-messaġġ;
Id-detenturi tal-kontijiet tal-PM marbutin għandu jkollhom ir-responsabbiltà li jinfurmaw lid-detenturi tad-TIPS DCA Marbuta tagħhom dwar is-sospensjoni jew it-terminazzjoni ta' kwalunkwe parteċipazzjoni tad-detentur TIPS DCA fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż].
5. Mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' detentur TIPS DCA, it-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] m'għandux jaċċetta ordnijiet għall-ħlas ġodda lil jew mingħand dan id-detentur TIPS DCA.
6. Jekk detentur TIPS DCA jiġi sospiż mit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għal raġunijiet li ma humiex dawk speċifikati fil-paragrafu (1)(a), il-BĊ tad-detentur TIPS DCA għandu jew:
(a) |
jirrifjuta kull ordni ta' ħlas deħlin tiegħu; |
(b) |
jirrifjuta l-ordnijiet ta' ħlas kollha li jkunu ħerġin; jew |
(c) |
jirrifjuta kemm ordnijiet ta' ħlas li jkunu deħlin kif ukoll ħerġin: |
7. Jekk detentur TIPS DCA jiġi sospiż mit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu (1)(a), il-BĊ tad-detentur TIPS DCA sospiż għandu jirrifjuta kull ordni ta' ħlas li jkun dieħel.
8. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipproċessa ordnijiet ta' ħlas istantanji ta' detentur TIPS DCA li l-parteċipazzjoni fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] ġiet sospiża jew mitmuma skont il-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu u li fir-rigward tiegħu [daħħal l-isem tal-BĊ] irriżerva fondi fuq TIPS DCA skont l-Artikolu 18(3)(b) qabel is-sospensjoni jew it-terminazzjoni.
Artikolu 27
Għeluq ta' TIPS DCAs
1. Id-detenturi TIPS DCA jistgħu jitolbu [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jagħlqu t-TIPS DCAs tagħhom fi kwalunkwe ħin sakemm jagħtu avviż dwar dan ta' 14-il jum tan-negozju [daħħal l-isem tal-BĊ].
2. Mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni, skont Artikolu 25 jew 26, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jagħlaq il-kontijiet TIPS DCAs tad-detentur TIPS DCA ikkonċernat, wara li jkun:
(a) |
issalda kwalunkwe ordni ta' ħlas istantanju aċċettat mill-min jitħallas li għalih il-fondi diġà ġew riservati; u |
(b) |
għamel użu tad-drittijiet tiegħu ta' rahan u tpaċija taħt l-Artikolu 28. |
TITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 28
Id-drittijiet ta' rahan u ta' tpaċija tal-[daħħal l-isem tal-BĊ]
1. [Daħħal jekk applikabbli: Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu rahan fuq il-bilanċi tal-kreditu eżistenti u futuri tad-detentur TIPS DCA fuq it-TIPS DCA tiegħu, biex b'dan jikkollateralizza kwalunkwe talbiet kurrenti jew futuri li jirriżultaw mir-relazzjoni legali bejn il-partijiet.]
2. Daħħal jekk applikabbli: It-talbiet kurrenti jew futuri ta' detentur TIPS DCA fir-rigward tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] li jirriżultaw minn bilanċ tal-kreditu fuq it-TIPS DCA għandhom jiġu ttrasferiti lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] bħala kollateral, jiġifieri bħala trasferiment fiduċjarju, għal kull talba kurrenti jew futura tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] fir-rigward tad-detentur TIPS DCA li tirriżulta mill-[daħħal ir-referenza għall-arranġament li jimplimenta dawn il-Kundizzjonijiet]. Dan il-kollateral għandu jiġi stabbilit bis-sempliċi fatt illi l-fondi jkunu ġew ikkreditati lit-TIPS DCA tad-detentur TIPS DCA.]
3. [Daħħal jekk applikabbli: Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu imposta mhux fissa fuq il-bilanċi tal-kreditu eżistenti u futuri fuq it-TIPS DCA tagħhom, biex b'dan jikkollateralizza kwalunkwe talbiet kurrenti jew futuri li jirriżultaw mir-relazzjoni legali bejn il-partijiet.]
4. [Daħħal jekk applikabbli: Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu d-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 anke jekk it-talbiet tiegħu huma kontinġenti biss jew għadhom mhux dovuti.]
5. [Daħħal jekk applikabbli: Il-parteċipant, fil-kapaċità tiegħu bħala detentur TIPS DCA, b'dan jirrikonoxxi l-ħolqien ta' rahan favur [daħħal l-isem tal-BĊ], li miegħu dak it-TIPS DCA infetaħ; dan ir-rikonoxximent għandu jikkostitwixxi l-provvista ta' assi mogħtija b'rahan lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] imsemmi fil-liġi [daħħal l-aġġettiv nazzjonali relevanti]. Kwalunkwe ammonti mħallsin fit-TIPS DCA li l-bilanċ tagħhom huwa mogħti b'rahan għandhom, bis-sempliċi fatt illi jkunu tħallsu, jingħataw b'rahan irrevokabbli, mingħajr limitazzjoni, bħala titolu ta' kollateral għar-rendiment sħiħ tal-obbligi titolizzati.]
6. Malli jseħħ:
(a) |
każ ta' inadempjenza, imsemmi fl-Artikolu 26(1); jew |
(b) |
kull każ ta' inadempjenza jew avveniment imsemmi fl-Artikolu 26(2) li wassal għat-terminazzjoni jew is-sospensjoni tal-parteċipazzjoni tad-detentur TIPS DCA, minkejja l-bidu ta' kwalunkwe proċeduri ta' insolvenza fir-rigward tad-detentur TIPS DCA u minkejja xi kompitu, sekwestru ġudizzjarju jew qbid ieħor jew xi provvediment ieħor ta' jew fir-rigward tad-drittijiet tad-detentur TIPS DCA, l-obbligi kollha tal-parteċipant għandhom ikunu awtomatikament u immedjatament aċċellerati, mingħajr preavviż u mingħajr il-ħtieġa għall-approvazzjoni minn qabel ta' xi awtorità, sabiex ikunu dovuti minnufih. Barra minn dan, l-obbligi reċiproki tad-detentur TIPS DCA u l-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandhom ikunu paċuti awtomatikament ma' xulxin, u l-parti li għandha tagħti l-ammont li huwa ogħla għandha tħallas id-differenza lill-parti l-oħra. |
7. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu minnufih javża lill-parteċipant b'kull tpaċija skont il-paragrafu 4 wara li tkun seħħet din it-tpaċija.
8. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' jiddebita mingħajr preavviż it-TIPS DCA tad-detentur TIPS DCA bi kwalunkwe ammont li d-detentur TIPS DCA għandu jagħti lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] bħala riżultat tar-relazzjoni legali bejn id-detentur TIPS DCA u l-[daħħal l-isem tal-BĊ].
Artikolu 29
Kunfidenzjalità
1. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jżomm kunfidenzjali kull informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, inkluż meta din l-informazzjoni tirrigwarda ħlas, informazzjoni teknika jew organizzattiva li tappartjeni għad-detentur TIPS DCA, detentur TIPS DCA mill-istess grupp jew għall-klijenti tad-detentur TIPS DCA, sakemm id-detentur TIPS DCA jew il-klijent tiegħu ma jkunx ta l-kunsens bil-miktub biex jiġi żvelat [daħħal il-frażi li jmiss jekk applikabbli taħt il-liġi nazzjonali: jew dan l-iżvelar huwa permess jew meħtieġ taħt il-liġi [daħħal l-aġġettiv li jirrelata mal-isem tal-pajjiż]].
2. B'deroga mill-paragrafu 1, id-detentur TIPS DCA jaqbel li l-informazzjoni dwar kwalunkwe azzjoni meħuda skont l-Artikolu 26 m'għandhiex titqies bħala kunfidenzjali.
3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, id-detentur TIPS DCA jaqbel li l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' jiżvela informazzjoni dwar il-ħlas, teknika jew organizzattiva rigward id-detentur TIPS DCA, TIPS DACs oħra miżmuma minn detenturi TIPS DCA mill-istess grupp jew il-klijenti tad-detentur TIPS DCA miksuba matul it-tħaddim tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għal:
(a) |
BĊi oħra jew partijiet terzi li huma involuti fit-tħaddim tat-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], sal-punt li dan huwa meħtieġ għall-funzjonament effiċjenti tat-TARGET2 jew il-monitoraġġ tal-iskopertura tad-detentur TIPS DCA jew tal-grupp tiegħu; |
(b) |
BĊi oħra sabiex iwettqu l-analiżi meħtieġa għall-operazzjonijiet tas-suq, il-funzjonijiet tal-politika monetarja, l-istabilità finanzjarja jew l-integrazzjoni finanzjarja; jew |
(c) |
awtoritajiet superviżorji u ta' sorveljanza tal-Istati Membri u tal-Unjoni, inklużi l-BĊi, sal-punt li dan huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom, u sakemm f'dawn il-każijiet kollha li l-iżvelar ma jkunx f'kunflitt mal-liġi applikabbli. |
Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] m'għandux ikun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji u kummerċjali ta' dan l-iżvelar.
4. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 u sakemm dan ma jagħmilhiex possibbli, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, li jiġu identifikati d-detentur TIPS DCA jew il-klijenti tad-detentur TIPS DCA, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' juża, jiżvela jew jippubblika informazzjoni informazzjoni dwar id-detentur tat-TIP DCA jew il-klijenti tad-detentur TIPS DCA għal għanijiet statistiċi, storiċi, xjentifiċi jew għanijiet oħra fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet pubbliċi tiegħu jew ta' funzjonijiet ta' entitajiet pubbliċi oħra li lilhom tiġi żvelata l-informazzjoni.
5. Informazzjoni li tirrigwarda l-operat tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] li għalih setgħu kellhom aċċess id-detenturi TIPS DCA, tista' tintuża biss għall-finijiet stipulati f'dawn il-Kundizzjonijiet. Il-parteċipanti għandhom iżommu din l-informazzjoni kunfidenzjali, sakemm il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ma jkun espliċitament ta l-kunsens tiegħu għall-iżvelar bil-miktub. Il-parteċipanti għandhom jiżguraw illi kwalunkwe terzi persuni li lilhom huma jesternalizzaw, jiddelegaw jew jissubkuntrattaw kompiti li għandhom jew li jista' jkollhom impatt fuq it-twettiq tal-obbligi tagħhom taħt dawn il-Kundizzjonijiet huma marbutin bir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità f'dan l-Artikolu.
6. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkun awtorizzat, sabiex jagħmel saldu ta' ordnijiet għall-ħlas, li jipproċessa u jittrasferixxi d-dejta neċessarja lill-fornitur tas-servizz ta' netwerk.
Artikolu 30
Protezzjoni ta' dejta, prevenzjoni kontra ħasil tal-flus, miżuri amministrattivi jew restrittivi u kwistjonijiet relatati
1. Id-detenturi TIPS DCA għandhom jitqiesu li jafu dwar, u li ser jikkonformaw ma', l-obbligi kollha tagħhom marbutin ma' leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-prevenzjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, attivitajiet nukleari sensittivi għall-proliferazzjoni u l-iżvilupp ta' sistemi għall-kunsinna ta' armi nukleari, partikolarment bħala implimentazzjoni ta' miżuri xierqa li jikkonċernaw kwalunkwe ħlasijiet iddebitati minn jew ikkreditati fil-kontijiet PM tagħhom. Id-detenturi TIPS DCA għandhom ukoll isiru familjari mal-politika ta' rkupru tad-dejta magħżula tal-fornitur tas-servizz TIPS magħżul qabel ma jidħlu f'relazzjoni kuntrattwali ma' dak il-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS.
2. Id-detenturi TIPS DCA għandhom jitqiesu li awtorizzaw lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] biex jikseb kull informazzjoni li tirrigwardahom mingħand kwalunkwe awtorità finanzjarja jew superviżorja jew entità tan-negozju, kemm nazzjonali jew barranija, jekk din l-informazzjoni hija neċessarja għall-parteċipazzjoni tad-detenturi TIPS DCA fit-TARGET2-[daħħal il-Ċ/referenza tal-pajjiż].
3. Id-detenturi TIPS DCA, meta jaġixxu bħala l-fornitur tas-servizz ta' ħlas ta' min iħallas jew ta' min jitħallas, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li jirriżultaw minn miżuri amministrattivi jew restrittivi imposti bis-saħħa tal-Artikoli 75 jew 215 tat-Trattat li għalihom huma suġġetti, inkluż fir-rigward tan-notifika u/jew il-kisba tal-kunsens minn awtorità kompetenti fir-rigward tal-ipproċessar ta' tranżazzjonijiet. Barra minn dan:
(a) |
meta il-[daħħal l-isem tal-BĊ] huwa l-fornitur tas-servizz ta' ħlas ta' detentur TIPS DCA li jkun min iħallas:
|
(b) |
meta il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ikun fornitur tas-servizz ta' ħlas ta' detentur TIPS DCA li jirċievi l-ħlas, id-detentur TIPS DCA għandu jagħmel in-notifika meħtieġa jew jikseb il-kunsens f'isem il-bank ċentrali li jkun primarjament meħtieġ li jagħmel notifika jew jikseb il-kunsens, u għandu jipprovdi lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] b'evidenza li għamel notifika jew li jkun irċieva l-kunsens. |
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-kliem “fornitur tas-servizz ta' ħlas”, “min iħallas” u “min jitħallas” għandhom ikollhom it-tifsiriet li ngħatawlhom fil-miżuri amministrattivi jew restrittivi applikabbli.
Artikolu 31
Avviżi
1. Ħlief fejn ipprovdut mod ieħor f'dawn il-Kundizzjonijiet, l-avviżi kollha meħtiega jew permessi skont dawn il-Kundizzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz tal-posta rreġistrata, faksimile jew bil-miktub mod iehor. Avviżi lil [daħħal isem il-BĊ] għandhom ikunu sottomessi lill-kap tal-[daħħal d-dipartiment għas-servizzi ta' pagament jew it-taqsima relevanti tal-BĊ] ta' [daħħal isem il-BĊ], [inkludi l-indirizz rilevanti tal-BĊ] jew lil [daħħal l-indirizz BIC tal-BĊ]. Avviżi lid-detentur TIPS DCA għandhom jintbaghtulu fl-indirizz, numru ta' faks jew indirizz BIC tiegħu li d-detentur TIPS DCA ista' minn żmien għal żmien jinnotifika bihom lil [daħħal isem il-BĊ].
2. Biex juri li ntbagħat avviż, ikun biżżejjed li jintwera li l-avviż ġie kkunsinnat fl-indirizz rilevanti jew li l-envelope li kien fih dak l-avviż kien indirizzat kif suppost u impustat.
3. L-avviżi kollha għandhom jingħataw fi [daħħal lingwa nazzjonali rilevanti u/jew “Ingliż”].
4. Id-detenturi TIPS DCA għandhom ikunu marbuta bil-forom u d-dokumenti kollha tal- [daħħal l-isem tal-BĊ] li d-detenturi TIPS DCA imlew u/jew iffirmaw, inklużi imma mhux limitati għal formoli ta' ġbir ta' data statika, kif imsemmi fl-Artikolu 6(2)(a), u l-informazzjoni provduta taħt l-Artikolu 14(5), li ġiet sottomessa f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 u li l- [daħħal l-isem tal-BĊ] raġonevolment jemmen li rċevew mingħand id-detenturi TIPS DCA, l-impjegati jew l-aġenti tagħhom.
Artikolu 32
Proċedura ta' emenda
Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' fi kwalunkwe ħin jemenda unilateralment dawn il-Kundizzjonijiet, inklużi l-Appendiċijiet. L-emendi ta' dawn il-Kundizzjonijiet, inklużi l-Appendiċijiet tagħhom għandhom jitħabbru permezz ta' [niżżel il-mezz rilevanti ta' tħabbir]. L-emendi għandhom jitqiesu aċċettati sakemm id-detentur TIPS DCA ma joġġezzjonax b'mod espliċitu fi żmien 14-il jum minn meta huwa jiġi mgħarraf b'dawn l-emendi. Fil-każ li detentur TIPS DCA joġġezzjona għall-emenda, [daħħal l-isem tal-BĊ] huwa intitolat immedjatament li jtemm u jagħlaq it-TIPS DCA tad-detentur TIPS DIA fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż]
Artikolu 33
Drittijiet ta' terzi
1. Kull dritt, interess, obbligu, responsabbiltà u talba li joħorġu minn jew li għandhom x'jaqsmu ma' dawn il-Kundizzjonijiet ma jistgħux jiġu ttrasferiti, mirhuna jew ċeduti mid-detentur TIPS DCA lil xi terza parti mingħajr il-kunsens bil-miktub ta' [daħħal l-isem tal-BĊ].
2. Dawn il-Kundizzjonijiet ma joħolqux drittijiet favur jew obbligi fir-rigward ta' kwalunkwe entità minbarra dawk [niżżel l-isem tal-BĊ] u d-detenturi ta' TIPS DCA fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż].
Artikolu 34
Liġi applikabbli, ġurisdizzjoni u post tal-eżekuzzjoni
1. Ir-relazzjoni bilaterali bejn il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u d-detenturi TIP DCA [daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] għandha tkun irregolata mil-liġi [daħħal l-aġġettiv dwar isem il-pajjiż].
2. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kull tilwima li tirriżulta minn kwistjoni marbuta mar-relazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-qrati kompetenti ta' [daħħal il-post tas-sede tal-BĊ].
3. Il-post tal-eżekuzzjoni fir-rigward tar-relazzjoni legali bejn [daħħal ir-referenza għall-BĊ] u d-detenturi TIPS DCA għandu jkun [niżżel il-lok tas-sede tal-BĊ].
Artikolu 35
Separabbiltà
Jekk xi dispożizzjoni f'dawn il-Kundizzjonijiet jew fl-Anness V hija jew issir invalida, dan m'għandux jippreġudika l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta' dawn il-Kundizzjonijiet.
Artikolu 36
Dħul fis-seħħ u natura vinkolanti
1. Dawn il-Kundizzjonijiet isiru effettivi minn [daħħal id-data rilevanti].
2. [Daħħal jekk ikun xieraq skont il-liġi nazzjonali rilevanti: Meta jagħmlu talba għal TIPS DAC fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], applikanti detenturi TIPS DCA jaqblu awtomatikament ma' dawn il-Kundizzjonijiet bejniethom u fir-rigward tal-inserzjoni tal-isem tal-BĊ.]
Appendiċi I
PARAMETRI TAD-DCAs TIPS — SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI
Minbarra l-Kundizzjonijiet, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin għall-interazzjoni mal-Pjattaforma TIPS:
1. Rekwiżiti tekniċi għall-parteċipazzjoni fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] fir-rigward tal-infrastruttura, in-netwerk u l-formati.
(1) |
Detentur TIPS DCA għandu juża s-servizzi ta' mill-inqas fornitur wieħed tas-servizz tan-netwerk TIPS għall-iskambju ta' messaġġi. |
(2) |
Detentur TIPS DCA għandu jispeċifika TIPS DN biex jirċievi messaġġi rilevanti għad-detentur TIPS DCA, bħal fir-rigward ta' rapporti, u notifiki tal-limiti għolja u baxxi Dan jista' jkun differenti mit-TIPS DN użat għall-iskambju ta' ordnijiet ta' ħlasijiet istantanji. |
(3) |
Barra minn hekk, kull detentur TIPS DCA għandu jgħaddi minn sensiela ta' testijiet biex jipprova l-kompetenza teknika u operattiva tiegħu qabel ma jkun jista' jipparteċipa fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż]. |
(4) |
Għas-sottomissjoni ta' ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità ta' TIPS DCA lil PM għandhom jintużaw is-servizzi ta' fornitur ta' servizz ta' netwerk TIPS jew l-ICM. L-ordnijiet ta' trasferiment tal-likwidità għandhom jinkludu, inter alia, in-numru tal-kont uniku sa 34 karattru tad-detentur TIPS DCA li jibgħat u l-BIC tal-kont PM riċeventi. |
(5) |
Għall-iskambju ta' informazzjoni mal-Pjattaforma TIPS jistgħu jintużaw il-modi A2 A jew U2 A. Is-sigurtà tal-iskambju tal-messaġġ bejn id-TIPS DCA u l-Pjattaforma TIPS għandha tiddependi fuq is-servizz tal-Infrastruttura Pubblika Ewlenija (PKI) offrut mill-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS użat. Informazzjoni dwar is-servizz tal-PKI hija disponibbli fid-dokumentazzjoni pprovduta minn dak il-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS. |
(6) |
Għandu jintuża għall-iskambju tal-informazzjoni l-komponent tal-Common Reference Data Management [Komponent Komuni ta' Ġestjoni tad-Dejta ta' Referenza] fil-mod U2 A. Il-Komponent Komuni ta' Ġestjoni tad-Dejta ta' Referenza jippermetti lill-utenti biex jikkonfiguraw, joħolqu u jżommu data ta' referenza meħtieġa fis-servizz TIPS. |
(7) |
Id-detenturi TIPS DCA għandhom jikkonformaw mal-istruttura tal-messaġġ ISO20022 u l-ispeċifikazzjonijiet tal-kamp. L-istruttura tal-messaġġ u l-ispeċifikazzjonijiet tal-qasam huma deskritti fil-Kapitolu 3.3.2 tat-TIPS UDFS. |
(8) |
Il-kontenut tal-oqsma għandu jkun ivvalidat fil-livell tal-Pjattaforma TIPS skont ir-rekwiżiti TIPS UDSF. |
2. Tip ta' Messaġġ
It-tipi ta' messaġġi tas-sistema li ġejjin huma pproċessati, suġġetti għas-sottoskrizzjoni:
Tip ta' Messaġġ |
Isem il-Messaġġ |
Pacs.002 |
FIToFIPayment Status Report |
Pacs.004 |
PaymentReturn |
Pacs.008 |
FIToFICustomerCreditTransfer |
Pacs.028 |
FIToFIPaymentStatusRequest |
camt.003 |
GetAccount |
camt.004 |
ReturnAccount |
camt.011 |
ModifyLimit |
camt.019 |
ReturnBusinessDayInformation |
camt.025 |
Receipt |
camt.029 |
ResolutionOfInvestigation |
camt.050 |
LiquidityCreditTransfer |
camt.052 |
BankToCustomerAccountReport |
camt.053 |
BankToCustomerStatement |
camt.054 |
BankToCustomerDebitCreditNotification |
camt.056 |
FIToFIPaymentCancellationRequest |
acmt.010 |
AccountRequestAcknowledgement |
acmt.011 |
AccountRequestRejection |
acmt.015 |
AccountExcludedMandateMaintenanceRequest |
reda.016 |
PartyStatusAdviceV01 |
reda.022 |
PartyModificationRequestV01 |
3. Verifika ta' entrata doppja
L-ordnijiet għall-ħlas kollha għandhom jgħaddu minn verifika ta' entrata doppja, li l-għan tagħha huwa li tirrifjuta ordnijiet għall-ħlas li ġew sottomessi aktar minn darba.
4. Kodiċijiet li jidentifikaw żball
Jekk ordni ta' ħlas istantanju jew tweġiba għall-irtirar pożittiva hija miċħuda għal kwalunkwe raġuni, id-detentur TIPS DCA għandu jirċievi rapport dwar l-istatus tal-ħlas [pacs.002], kif deskritt fil-Kapitolu 4.2 tat-TIPS UDFS. Jekk ordni ta' trasferiment ta' likwidità tiġi rrifjutata għal kwalunkwe raġuni, id-detentur TIPS DCA għandu jirċievi ċaħda [camt.025], kif deskritt fil-Kapitolu 1.6 tat-TIPS UDFS.
5. Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità.
L-ordnijiet ta' trasferiment tal-likwidità mhumiex riċiklati, bil-kju jew ikkumpensati. L-istatus differenti għal ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità huma deskritti fil-Kapitolu 1.4.2 tat-TIPS UDFS.
6. Użu tal-modi U2 A u A2 A
(1) |
Il-modi U2 A u A2 A jistgħu jintużaw biex tinkiseb informazzjoni u tiġi ġestita l-likwidità. In-netwerks tal-fornituri tas-servizz tan-netwerk TIPS għandhom ikunu n-netwerks ta' komunikazzjonijiet tekniċi sottostanti għall-iskambju ta' informazzjoni u l-ġestjoni ta' miżuri ta' kontroll. Il-modi li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-użu minn detenturi TIPS DCA:
|
(2) |
Il-firma “Non-Repudiation of Origin” (NRO) tippermetti lid-destinatarju ta' messaġġ li jipprova li tali messaġġ inħareġ u ma nbidilx. |
(3) |
Jekk detentur TIPS DCA jkollu problemi tekniċi u ma jkunx jista' jissottometti ordni ta' trasferiment ta' likwidità ta' TIPS DCA lil PM, jista' jikkuntattja lill-bank ċentrali tiegħu li fuq il-bażi tal-aħjar sforz jaġixxi f'isem id-detentur TIPS DCA. |
7. Dokumentazzjoni rilevanti
Aktar dettalji u eżempji li jispjegaw ir-regoli ta' hawn fuq jinsabu fil-UDFS u fil Manwal għall-Utent skont ir-rilevanza għat-TIPS, kif emendat minn żmien għal żmien u ppubblikat fil-websajt tal-BĊE bl-Ingliż.
Appendiċi II
TERMINI TA' REFERENZA GĦALL-TA' KAPAĊITÀ U NAZZJONALI
TERMINI TA' REFERENZA GĦALL-OPINJONIJIET TA' KAPAĊITÀ GĦAL DETENTURI TIPS DCA FIT-TARGET2
[Daħħal isem il-BĊ]
[indirizz]
Parteċipazzjoni fl-[isem tas-sistema]
[post]
[data]
Għażiż Sinjur jew Sinjura,
Intlabna nagħtu din l-Opinjoni bħala l-konsulenti legali [in-house jew esterni] ta' [speċifika l-isem tad-detentur TIPS DCA jew il-fergħa tad-detentur TIPS DCA] fir-rigward ta' kwistjonijiet li jqumu mil-liġijiet ta' [il-ġurisdizzjoni li fiha d-detentur TIPS DCA huwa stabbilit; minn issa l quddiem il-“ġurisdizzjoni”] b'konnessjoni mal-parteċipazzjoni ta' [speċifika l-isem tad-detentur TIPS DCA] (minn issa 'l quddiem id-“detenturu TIPS DCA”) f'[isem is-sistema komponent tat-TARGET2] (minn issa 'l quddiem is-“Sistema”).
Din l-Opinjoni hija ristretta għal-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] kif inhuma fis-seħħ fid-data ta' din l-Opinjoni. M'għamilna l-ebda stħarriġ dwar il-liġijiet ta' xi ġurisdizzjoni oħra bħala bażi għal din l-Opinjoni, u f'dan ir-rigward mhu qegħdin la nesprimu u lanqas infissru l-ebda opinjoni. Kull stqarrija u opinjoni msemmija hawn isfel tapplika bl-istess preċiżjoni u validità skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni], kemm jekk id-detentur TIPS DCA jaġixxi mill-uffiċċju ewlieni tiegħu jew minn fergħa waħda jew aktar li jinsabu ġewwa jew barra l-[ġurisdizzjoni], jew le, meta jibgħat ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità u jirċievi trasferimenti ta' likwidità.
I. Dokumenti eżaminati
Għall-finijiet ta' din l-Opinjoni, eżaminajna:
(1) |
kopja ċċertifikata tal-[speċifika dokumenti kostituzzjonali rilevanti] tad-detentur TIPS DCA bħalma hu/huma fis-seħħ fid-data tagħha; |
(2) |
[jekk applikabbli] estratt minn [speċifika r-reġistru tal-kumpanmija rilevanti] u [jekk applikabbli] [reġistru ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jew reġistru analogu]; |
(3) |
[sal-limitu applikabbli] kopja tal-liċenzja tad-detentur TIPS DCA jew prova oħra ta' awtorizzazzjoni biex tipprovdi trasferiment bankarju, ta' investiment ta' fondi jew servizzi finanzjarji oħra fi [ġurisdizzjoni]; |
(4) |
[jekk applikabbli] kopja ta' riżoluzzjoni adottata mill-bord tad-diretturi jew il-korp governattiv rilevanti tad-detentur TIPS DCA fi [daħħal id-data], [daħħal is-sena], li juri d-detentur tad-detentur TIPS DCA li jaderixxi mad-Dokumenti tas-Sistema, definit hawn taħt; u |
(5) |
[speċifika l-prokuri kollha u dokumenti oħra li jikkostitwixxu jew jixhdu s-setgħa meħtieġa tal-persuna jew persuni li jiffirmaw id-Dokumenti tas-Sistema rilevanti (kif definiti hawn taħt) f'isem id-detentur TIPS DCA]; |
u d-dokumenti l-oħra kollha relatati mal-kostituzzjoni, is-setgħat u l-awtorizzazzjonijiet tad-detentur TIPS DCA meħtieġa jew xierqa għall-għoti ta' din l-Opinjoni (iktar 'il quddiem id-“Dokumenti tad-detentur TIPS DCA”).
Għall-finijiet ta' din l-opinjoni, eżaminajna wkoll:
(1) |
il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont ta' Flus Dedikat TIPS fit-TARGET2] għas-Sistema datata [daħħal data] (iktar 'il quddiem ir-“Regoli”); u |
(2) |
[…]. |
Ir-Regoli u […] għandhom jissejħu hawnhekk iżjed 'il quddiem bħala “Dokumenti tas-Sistema” (u b'mod kollettiv mad-Dokumenti tad-detentur tat-TIPS DCA bħala “Dokumenti”).
II. Assunzjonijiet
Biex nagħtu din l-Opinjoni assumejna fir-rigward tad-Dokumenti li:
(1) |
id-Dokumenti tas-Sistema li pprovdejna huma oriġinali jew kopji veri; |
(2) |
il-kundizzjonijiet tad-Dokumenti tas-Sistema u d-drittijiet u l-obbligi maħluqin minnhom huma validi u jorbtu legalment skont il-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema], li bihom huma rregolati, u l-għażla tal-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] biex jirregolaw id-Dokumenti tas-Sistema hija rikonoxxuta mil-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema]; |
(3) |
id-Dokumenti tas-Sistema huma fil-kapaċità u s-setgħa ta' u ġew awtorizzati, adottati jew eżegwiti u, fejn meħtieġ, ikkonsenjati b'mod validu mill-partijiet rilevanti; |
(4) |
id-Dokumenti tad-detentur ta' TIPS DCA jorbtu lill-partijiet li lilhom huma indirizzati, u ma kien hemm l-ebda ksur ta' xi wieħed mit-termini tagħhom. |
III. Opinjonijiet li jirrigwardaw id-detentur ta' TIPS DCA
A. |
Id-detentur TIPS DCA huwa korporazzjoni debitament stabbilita u rreġistrata jew inkella inkorporata jew organizzata kif xieraq taħt il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni]. |
B. |
Id-detentur TIPS DCA għandu s-setgħat kollha korporattivi meħtieġa biex jesegwixxi u jwettaq id-drittijiet u l-obbligi taħt id-Dokumenti tas-Sistema li jagħmel parti minnu. |
C. |
L-adozzjoni jew l-eżekuzzjoni u l-eżekuzzjoni mid-detentur tat-TIPS DAC tad-drittijiet u l-obbligi taħt id-Dokumenti tas-Sistema li għalihom huwa d-detentur tat-TIPS DAC mhix se tikser xi dispożizzjoni tal-liġijiet jew regolamenti ta' [ġurisdizzjoni] applikabbli għat-TIPS DCA jew id-Dokumenti tad-detentur TIPS DCA. |
D. |
Ma huma meħtieġa l-ebda awtorizzazzjonijiet, approvazzjonijiet, kunsensi, preżentazzjonijiet, reġistrazzjonijiet, awtentikazzjonijiet notarili jew ċertifikazzjonijiet oħra ta' jew ma' xi qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti fi [ġurisdizzjoni] mid-detentur TIPS DCA inkonnessjoni mal-adozzjoni, validità jew l-eżekutorjetà ta' kwalunkwe Dokument tas-Sistema jew l-eżekuzzjoni jew il-qadi tad-drittijiet u l-obbligi taħthom. |
E. |
Id-detentur TIPS DCA ħa l-azzjoni korporattiva kollha meħtieġa u passi oħra meħtieġa skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] biex jiżgura li l-obbligi tiegħu skont id-Dokumenti tas-Sistema huma legali, validi u vinkolanti. |
Din l-Opinjoni ġġib id-data tal-preżenti u hija indirizzata biss lil [daħħal isem il-BĊ] u lil [detentur TIPS DCA]. L-ebda persuna oħra ma tista' tiddependi fuq din l-Opinjoni u l-kontenut ta' din l-Opinjoni ma jistax jiġi żvelat lil persuni oħra ħlief għal min kien intiż u l-konsulent legali tiegħu mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub, bl-eċċezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali [u [l-bank ċentrali nazzjonali/l-awtoritajiet regolatorji rilevanti] ta' [ġurisdizzjoni]].
Dejjem tiegħek,
[firma]
TERMINI TA' REFERENZA GĦAL OPINJONIJIET TA' PAJJIŻ GĦAD-DETENTURI TIPS DCA MHUX TAŻ-ŻEE FIT-TARGET2
[Daħħal isem il-BĊ]
[indirizz]
[isem tas-sistema]
[post],
[data]
Għażiż Sinjur jew Sinjura,
Aħna ntlabna bħala konsulenti legali [esterni] biex [speċifika l-isem tad-detentur TIPS DCA jew il-fergħa tad-detentur TIPS DCA] (id-“detentur DAC TIPS”) fir-rigward ta' kwistjonijiet li jinqalgħu taħt il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni li fiha d-detentur TIPS DCA huwa stabbilit; minn issa 'l quddiem “il-ġurisdizzjoni”] biex nipprovdu din l-Opinjoni taħt il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] b'konnessjoni mal-parteċipazzjoni tad-detentur TIPS DCA f'sistema li hija komponent tat-TARGET2 (iktar 'il quddiem is-“Sistema”). Ir-referenzi hawnhekk għal-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] jinkludu r-regolamenti applikabbli kollha ta' [ġurisdizzjoni]. Aħna nesprimu opinjoni hawn taħt skont il-liġi ta' [ġurisdizzjoni], b'attenzjoni partikolari għad-detentur TIPS DCA stabbilit barra [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] fir-rigward ta' drittijiet u obbligi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fis-Sistema, kif preżentat fid-Dokumenti tas-Sistema definiti hawn taħt.
Din l-Opinjoni hija ristretta għal-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] kif inhuma fis-seħħ fid-data ta' din l-Opinjoni. M'għamilna l-ebda stħarriġ dwar il-liġijiet ta' xi ġurisdizzjoni oħra bħala bażi għal din l-Opinjoni, u f'dan ir-rigward m'aħna qegħdin la nesprimu u lanqas infissru l-ebda opinjoni. Aħna nassumu li m'hemm xejn fil-liġijiet ta' ġurisdizzjoni oħra li taffettwa din l-Opinjoni.
1. Dokumenti eżaminati
Għall-finijiet ta' din l-Opinjoni, eżaminajna d-dokumenti elenkati hawn isfel u dawk id-dokumenti l-oħra li dehrilna xierqa jew meħtieġa:
(1) |
il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont ta' Flus Dedikat TIPS fit-TARGET2] għas-Sistema datata [daħħal data] (iktar 'il quddiem ir-“Regoli”); u |
(2) |
kull dokument ieħor li jirregola s-Sistema u/jew ir-relazzjoni bejn id-detentur TIPS DCA u parteċipanti oħra fis-Sistema, u bejn il-parteċipanti fis-Sistema u l-[daħħal isem il-BĊ]. |
Ir-Regoli u l-[.] għandhom jissejħu minn issa 'l quddiem bħala “Dokumenti tas-Sistema”.
2. Assunzjonijiet
Biex nagħtu din l-Opinjoni assumejna fir-rigward tad-Dokumenti tas-Sistema li:
(1) |
id-Dokumenti tas-Sistema huma fil-kapaċità u s-setgħa ta' u ġew awtorizzati, adottati jew eżegwiti u, fejn meħtieġ, ikkonsenjati b'mod validu mill-partijiet rilevanti; |
(2) |
il-kundizzjonijiet tad-Dokumenti tas-Sistema u d-drittijiet u l-obbligi maħluqin minnhom huma validi u jorbtu legalment skont il-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema], li bihom huma rregolati, u l-għażla tal-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] biex jirregolaw id-Dokumenti tas-Sistema hija rikonoxxuta mil-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema]; |
(3) |
id-dokumenti sottomessi lilna f'kopja jew bħala eżemplari jikkonformaw mal-oriġinali. |
3. Opinjoni
Fuq il-bażi ta' u bla ħsara għal dak li ntqal qabel, u bla ħsara f'kull każ għall-punti msemmija hawn isfel, aħna tal-fehma li:
3.1. Aspetti legali speċifiċi għall-pajjiż [safejn japplikaw]
Il-karatteristiċi li ġejjin tal-leġiżlazzjoni ta' [ġurisdizzjoni] huma konsistenti ma' u bl-ebda mod ma jwarrbu l-obbligi tad-detentur TIPS DCA li joħorġu mid-Dokumenti tas-Sistema: [lista ta' aspetti legali speċifiċi għall-pajjiż].
3.2. Kwistjonijiet ġenerali ta' insolvenza
(a) Tipi ta' proċedimenti ta' insolvenza
L-uniċi tipi ta' proċedimenti ta' insolvenza (inkluża kompożizzjoni jew rijabilitazzjoni) li, għall-iskop ta' din l-Opinjoni, għandhom jinkludu l-proċedimenti kollha fir-rigward tal-assi tad-detentur tat-TIPS DCA jew kwalunkwe fergħa li jista' jkollu f'[ġurisdizzjoni] li g]aliha jista' jkun id-detentur TIPS DCA fil-[ġurisdizzjoni], huma dawn li ġejjin: [elenku tal-proċeduri bil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien kollettivament imsemmija bħala “Proċeduri ta' Insolvenza”).
Minbarra l-Proċeduri ta' Insolvenza, id-detentur TIPS DCA, kull parti mill-assi tiegħu, jew kull fergħa li jista' jkollu fi [ġurisdizzjoni] jistgħu jsiru suġġetti fi [ġurisdizzjoni] għal [elenka kull moratorju, receivership, jew kull proċediment ieħor applikabbli, li b'riżultat tagħhom, ħlasijiet lil u/jew mid-detentur TIPS DCA jistgħu jiġu sospiżi, jew fir-rigward ta' dawn il-ħlasijiet jistgħu jiġu imposti xi limitazzjonijiet, jew proċedimenti simili fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien imsejħa bħala l- ‘Proċedimenti’).
3.2.b. Trattati ta' insolvenza
[ġurisdizzjoni] jew ċerti suddiviżjonijiet politiċi fi [ġurisdizzjoni], kif speċifikat, huwa/huma parti fit-trattati ta' insolvenza li ġejjin: [speċifika, jekk japplika li għandhom jew jista' jkollhom impatt fuq din l-Opinjoni].
3.3. Inforzabbiltà ta' Dokumenti tas-Sistema
Bla ħsara għall-punti msemmija hawn isfel, id-dispożizzjonijiet kollha tad-Dokumenti tas-Sistema jkunu jorbtu u inforzabbli skont il-kundizzjonijiet tagħhom skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni], b'mod partikolari fil-każ tal-ftuħ ta' Proċedimenti ta' Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tad-detentur TIPS DCA.
B'mod partikolari aħna tal-opinjoni li:
3.3.a. L-ipproċessar tal-ordnijiet ta' ħlas
Id-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas [lista tal-artikoli] tar-Regoli huma validi u inforzabbli. B'mod partikolari, l-ordnijiet ta' ħlas kollha pproċessati bis-saħħa ta' dawn l-artikoli jkunu validi, jorbtu u inforzabbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni]. Id-dispożizzjoni tar-Regoli li tispeċifika l-punt preċiż tal-ħin meta l-ordnijiet ta' ħlas mibgħuta jsiru inforzabbli u irrevokabbli ([żid l-artikolu tar-Regoli]) hija valida, torbot u inforzabbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].
3.3.b. L-awtorità ta' [daħħal isem il-BĊ] biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu
Il-bidu ta' Proċedimenti ta' Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tad-detentur TIPS DCA ma jaffettwawx l-awtorità u s-setgħat ta' [daħħal isem il-BĊ] li joħorġu mid-Dokumenti tas-Sistema. l-istess opinjoni tapplika wkoll fir-rigward ta' kull entità oħra li tipprovdi lill-parteċipanti b'servizzi direttament u meħtieġa biex jipparteċipaw fis-Sistema (eż. fornitur tas-servizz tan-netwerk)].
3.3.c. Rimedji fil-każ ta' inadempjenza
[Meta japplika fir-rigward tad-detentur TIPS DCA, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli dwar it-twettiq aċċellerat ta' talbiet li għadhom ma mmaturawx, it-tpaċija ta' talbiet minħabba l-użu tad-depożiti tad-detentur TIPS DCA, l-infurzar ta' xi rahan, is-sospensjoni u t-tmiem ta' parteċipazzjoni, it-talbiet għal imgħax applikabbli (default interest), u t-tmiem ta' ftehim u tranżazzjonijiet ([daħħal klawżoli oħra rilevanti tar-Regoli jew tad-Dokumenti tas-Sistema]) huma validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].
3.3.d. Sospensjoni u terminazzjoni
Meta japplika fir-rigward tad-detentur TIPS DCA, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli (fir-rigward tas-sospensjoni u t-tmiem tal-parteċipazzjoni tad-detentur TIPS DCA fis-Sistema dwar il-bidu ta' Proċedimenti ta' Insolvenza jew Proċedimenti jew każijiet oħra ta' inadempjenza, kif iddefiniti fid-Dokumenti tas-Sistema, jew jekk id-detentur TIPS DCA jirrappreżenta xi tip ta' riskju sistemiku jew għandu problemi operattivi serji) huma validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].
3.3.e. Ċessjoni ta' drittijiet u obbligi
Id-drittijiet u l-obbligi tad-detentur TIPS DCA ma jistgħux jiġu ċeduti, mibdulin jew inkella ttrasferiti mid-detentur TIPS DCA lil terzi partijiet mingħajr il-kunsens bil-miktub u bil-quddiem ta' [daħħal isem il-BĊ].
3.3.f. Għażla tal-liġi regolatorja u ġurisdizzjoni
Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli, u b'mod partikolari fir-rigward tal-liġi regolatorja, ir-riżoluzzjoni ta' xi tilwima, il-qrati kompetenti, u n-notifika tal-proċess huma validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].
3.4. Preferenzi annullabbli
Aħna tal-fehma li l-ebda obbligu li joħroġ mid-Dokumenti tas-Sistema, it-twettiq tiegħu, jew il-konformità miegħu qabel il-ftuħ ta' kull Proċediment ta' Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tad-detentur TIPS DCA ma jista' jitwarrab f'dawn il-proċedimenti bħala preferenza, tranżazzjoni annullabbli jew mod ieħor skont il-liġi tal-insolvenza ta' [ġurisdizzjoni].
B'mod partikolari, u mingħajr limitazzjoni għal dak li ntqal hawn fuq, nesprimu din il-fehma fir-rigward ta' kull ordni ta' ħlas mibgħuta minn kull parteċipant fis-Sistema. B'mod partikolari, aħna tal-fehma li d-dispożizzjonijiet ta' [lista tal-artikoli] tar-Regoli li jistabbilixxu l-inforzabbiltà u l-irrevokabbiltà tal-ordnijiet ta' trasferiment huma validi u inforzabbli, u li ordni ta' trasferiment mibgħuta minn kull parteċipant u pproċessata bis-saħħa ta' [lista tal-artikoli] tar-Regoli ma tistax titwarrab f'kull Proċediment ta' Insolvenza jew Proċedimenti bħala preferenza, tranżazzjoni annullabbli jew mod ieħor skont il-liġi tal-insolvenza ta' [ġurisdizzjoni].
3.5. Sekwestru
Jekk xi kreditur tad-detentur TIPS DCA jitlob ordni ta' sekwestru (inkluża kull ordni ta' iffriżar, ordni ta' qbid, jew kull proċedura oħra tad-dritt pubbliku jew privat li hija maħsuba biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tad-detentur TIPS DCA) – minn issa 'l quddiem imsejħa bħala “Sekwestru” – skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] minn qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f'[ġurisdizzjoni], aħna tal-fehma li [daħħal l-analiżi u d-diskussjoni].
3.6. Kollateral [jekk japplika]
3.6.a. Ċessjoni ta' drittijiet jew depożitu ta' assi għall-finijiet ta' kollateral, rahan u/jew repo
Ċessjonijiet għall-finijiet ta' kollateral huma validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni]. B'mod speċifiku, il-ħolqien u l-infurzar ta' rahan jew repo skont [daħħal ir-referenza għall-arranġament rilevanti mal-BĊ] ikunu validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].
3.6.b. Prijorità tal-interess ta' ċessjonarji, ta' detenturi ta' rahan jew xerrejja ta' repos fuq dak ta' kredituri oħra,
Fil-każ ta' Proċedimenti ta' Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tad-detentur TIPS DCA, id-drittijet jew l-assi mogħtija b'ċessjoni għal finijiet ta' kollateral, jew mirhuna mild-detentur TIPS DCA favur ta' [daħħal isem il-BĊ] jew parteċipanti oħra fis-Sistema, se tingħatalhom prijorità ta' ħlas qabel it-talbiet tal-kredituri l-oħra kollha tad-detentur TIPS DCA u ma jkunux suġġetti għal prijorità jew kredituri ppreferuti.
3.6.c. Infurzar ta' titolu taħt garanzija
Anke fil-każ ta' Proċedimenti ta' Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tad-detentur TIPS DCA, parteċipanti oħra fis-Sistema u l-[daħħal isem il-BĊ] bħala [ċessjonarji, detenturi ta' rahan jew xerrejja ta' repos skont kif japplika] xorta jkunu ħielsa biex jinfurzaw u jiġbru d-drittijiet jew l-assi tad-detentur TIPS DCA permezz tal-azzjoni ta' [daħħal isem il-BĊ] skont ir-Regoli.
3.6.d. Rekwiżiti għall-formola u r-reġistrazzjoni.
M'hemm l-ebda rekwiżit għall-formola għaċ-ċessjoni għal finijiet ta' garanzija ta', jew il-ħolqien u l-infurzar ta' rahan jew repo fuq id-drittijiet jew l-assi tad-detentur TIPS DCA, u mhuwiex neċessarju għal [ċessjoni għal finijiet ta' kollateral, rahan jew repo, skont kif japplika], jew kull dettall ta' dan [ċessjoni, rahan, jew repo, skont kif japplika,] biex jiġu rreġistrati jew ippreżentati fi kwalunkwe qorti kompetenti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f'[ġurisdizzjoni].
3.7. Friegħi [safejn japplika]
3.7.a. L-opinjoni tapplika għal azzjoni permezz tal-fergħat
Kull dikjarazzjoni u opinjoni msemmija hawn fuq fir-rigward tad-detentur TIPS DCA tapplika bl-istess preċiżjoni u validità skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] f'sitwazzjonijiet fejn id-detentur TIPS DCA jaġixxi permezz ta' waħda jew iżjed mill-fergħat tiegħu li jinsabu barra [ġurisdizzjoni].
3.7.b. Konformità mal-liġi
La l-eżekuzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema, u lanqas l-għoti, it-trażmissjoni jew li jiġu rċevuti l-ordnijiet ta' ħlas minn fergħa ta' detentur TIPS DCA ma jiksru bl-ebda mod il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni];
3.7.c. Awtorizzazzjonijiet meħtieġa
La l-eżekuzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema, u lanqas l-għoti, it-trażmissjoni jew l-irċevuta ta' ordnijiet ta' ħlas minn fergħa ta' detentur TIPS DCA ma jkunu jeħtieġu kwalunkwe awtorizzazzjonijiet, approvazzjonijiet, kunsensi, preżentazzjonijiet, reġistrazzjonijiet, tranżunzzjonijiet jew ċertifikazzjonijiet oħra ta' jew ma' kwalunkwe qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li huma kompetenti fi [ġurisdizzjoni].
Din l-Opinjoni ġġib id-data tal-preżenti u hija indirizzata biss lil [daħħal isem il-BĊ] u lil [detentur TIPS DCA]. L-ebda persuna oħra ma tista' tiddependi fuq din l-Opinjoni u l-kontenut ta' din l-Opinjoni ma jistax jiġi żvelat lil persuni oħra ħlief għal min kien intiż u l-konsulent legali tiegħu mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub, bl-eċċezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali [u [l-bank ċentrali nazzjonali/l-awtoritajiet regolatorji rilevanti] ta' [ġurisdizzjoni]].
Dejjem tiegħek,
[firma]
Appendiċi III
SKEDA OPERATTIVA
1. |
Il-Pjattaforma TIPS hija mħaddma u disponibbli fil-modalità U2 A u A2 A 24 siegħa kuljum, kull jum tas-sena. |
2. |
Wara t-tlestija tal-aħħar algoritmi fit-TARGET2, messaġġ jintbagħat lill-pjattaforma TIPS li warajha tinbeda l-bidla tal-ġurnata tan-negozju. Wara l-bidu tal-ġurnata ta' negozju l-ġdid il-Pjattaforma TIPS tibgħat rekord lill-SSP tal-bilanċi fuq id-DCAs tat-TIPS kif kienu fil-ħin tal-bidla tal-ġurnata tan-negozju. |
3. |
It-TARGET2 tkun miftuħa fil-jiem kollha ħlief għas-Sibtijiet, il-Ħdud, l-Ewwel tas-Sena, il-Ġimgħa l-Kbira u t-Tnejn l-Għada tal-Għid (skont il-kalendarju applikabbli fis-sede tal-BĊE), l-1 ta' Mejju, Jum il-Milied u s-26 ta' Diċembru. |
4. |
Il-ħin ta' referenza għas-sistema huwa l-ħin lokali fis-sede tal-BĊE, jiġifieri is-CET (4). |
5. |
Is-sigħat ta' operazzjoni jistgħu jinbidlu fil-każ li l-miżuri ta' kontinwità tas-servizz jiġu adottati. |
6. |
Ħarsa ġenerali tal-ħinijiet operattivi u avvenimenti tan-negozju sinifikanti matul il-ġurnata hija murija fit-tabella li ġejja. Is-saldu ta' ordnijiet ta' ħlas immedjat ikompli mingħajr interruzzjoni 24/7/365. It-trasferimenti tal-likwidità huma possibbli fil-ħinijiet kollha ħlief dawk indikati fit-tabella:
|
7. |
Informazzjoni aġġornata dwar l-istatus operattiv tal-SSP u l-Pjattaforma TIPS għandha tkun disponibbli fuq is-Sistema ta' Informazzjoni TARGET2 (T2IS) u fuq is-Sistema ta' Informazzjoni TIPS fuq paġni ddedikati fuq il-websajt tal-BĊE. L-informazzjoni dwar l-istatus operattiv tal-SSP u l-Pjattaforma TIPS fuq it-T2IS u l-websajt tal-BĊE se tiġi aġġornata biss matul il-ħinijiet normali tax-xogħol. |
Appendiċi IV
FEE SCHEDULE
Tariffi għas-servizz TIPS
1. |
It-tariffi li ġejjin għal servizz TIPS konness mat-TIPS DCAs għandhom jitħallsu mid-detenturi tal-kont PM Marbut:
|
2. |
Sal-ewwel għaxar miljun ordni ta' ħlas istantanju u tweġibiet għall-irtirar pożittiv, kumulattivament, riċevuti mill-Pjattaforma TIPS mill-istess detentur TIPS DCA sa tmiem l-2019, għandhom ikunu bla ħlas. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiċċarġja lid-detenturi tal-kont tal-PM Marbut għal kwalunkwe ordnijiet ta' ħlas istantanji oħra u tweġibiet għall-irtirar pożittiv riċevuti mill-Pjattaforma TIPS mill-istess detentur TIPS DCA assoċjat sa tmiem l-2019, fis-sena ta' wara. |
3. |
Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA mibgħut mill-kont PM ta' parteċipant u ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità ta' TIPS DCA lil PM li huma rċevuti fuq il-kont PM ta' parteċipant għandhom jitħallsu lid-detentur tal-kont tal-PM Marbut skont l-Appendiċi VI tal-Anness II. |
Appendiċi V
REKWIŻITI TEKNIĊI TA' KONNETTIVITÀ TIPS
SERVIZZI TAL-FORNITUR TAS-SERVIZZ TAN-NETWERK TIPS
Deskrizzjoni tas-servizz ġenerali
1. |
Il-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS jgħaqqad id-detentur TIPS DCA u/jew il-parti li tista' tintlaħaq tiegħu mal-pjattaforma TIPS u jipprovdi servizz sigur ta' messaġġi bbażat fuq Grupp ta' Utenti Magħluq (CGU) u PKI, kif ukoll servizzi ta' appoġġ u ġestjoni ta' inċidenti. |
2. |
Is-servizzi kollha pprovduti mill-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS lid-detenturi TIPS DCA għandhom jiġu offruti taħt ftehim separat li sar bejniethom u skont ir-rekwiżiti dettaljati għall-fornituri tas-servizz tan-netwerk stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-konnettività kif għandha tinqara minn żmien għal ħin (minn hawn 'il quddiem “id-dokumentazzjoni tal-konnettività”). Id-dokumentazzjoni tal-konnettività hija disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE u tikkonsisti minn: (a) id-dokument intitolat “Konnettività - rekwiżiti tekniċi” u l-annessi tiegħu li ġejjin: “MEPT - Proċessar ta' Skambju ta' Messaġġi għal TIPS” u “Proċedura tal-Kontroll tal-Konformità tal-NSP”; u (b) it-termini u l-kundizzjonijiet tal-konnettività tat-TIPS. Id-detenturi TIPS DCA huma mistiedna jinkludu d-dokumentazzjoni tal-konnettività fil-ftehim tagħhom mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS. |
3. |
Sabiex fornitur tas-servizz tan-netwerk jidħol fi ftehim ma' detentur TIPS DCA bħala fornitur ta' servizz ta' netwerk TIPS, għandha ssir verifika tal-konformità tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk biex jiġi żgurat li tali fornitur ikun teknikament konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fid-dokument “Konnettività - rekwiżiti tekniċi”. Din il-verifika għandha tinkludi, l-ewwel, evalwazzjoni tal-offerta teknika tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk. Jekk din l-evalwazzjoni tkun pożittiva, għandu jitwettaq it-tieni stadju tal-kontroll tal-konformità, li jinkludi serje ta' testijiet tas-soluzzjoni teknika tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk. Il-kontroll tal-konformità huwa deskritt f'iktar dettall fil- “Proċedura tal-Kontroll tal-Konformità tal-NSP” imsemmi fil-paragrafu 2. |
4. |
Jekk il-fornitur tas-servizz tan-netwerk jtemm b'suċċess il-kontroll tal-konformità, jiffirma l-kundizzjonijiet talkonnettività għall-hosting TIPS u l-kundizzjonijiet mal-Banca d'Italia. Tali fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS jista' mbagħad jintuża minn kwalunkwe detentur TIPS DCA, taħt ftehim separat li jidħol għalihom tal-ewwel u l-aħħar, u l-ismijiet tagħhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE, għal skopijiet ta' informazzjoni biss. Il-kontroll tal-konformità msemmi fil-paragrafu 3 għandu jitwettaq fi żmien 120 jum kalendarju mid-data tan-notifika uffiċjali tal-bidu ta' dik il-proċedura lid-detentur TIPS DCA. |
5. |
Jekk fornitur tas-servizz tan-netwerk ma jikkompletax b'suċċess kwalunkwe stadju tal-verifika ta' konformità msemmija fil-paragrafu 3, il-[daħħal l-isem tal-BĊN] għandu jinforma lid-detentur TIPS DCA li fuq talba tiegħu tkun inbdiet il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, u r-raġunijiet għaliha. |
6. |
Għandhom ikunu d-detenturi TIPS DCA, fl-interess tagħhom stess u taħt il-ftehim separat tagħhom mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS tagħhom, biex jimmonitorjaw jekk is-servizzi ta' konnettività li għandhom jiġu pprovduti mill-fornitur tas-servizz tan-netwerk tagħhom TIPS jissodisfawx ir-rekwiżiti tekniċi u operattivi kollha kif imsemmi fil-paragrafu 2 fiż-żmien tal-proċedura ta' kontroll tal-konformità, u għall-perjodu kollu taż-żmien li d-detenturi TIPS DCA huma konnessi mal-Pjattaforma TIPS. |
7. |
Kwalunkwe monitoraġġ tal-BĊNi li jipprovdu pjattaforma TIPS tal-konformità ta' fornitur ta' servizz ta' netwerk TIPS mar-rekwiżiti tekniċi u operattivi għandu jsir bl-uniku interess li tiġi protetta l-integrità tal-Pjattaforma TIPS u, għalhekk, mingħajr preġudizzju għas-sorveljanza mwettqa mid-detentur TIPS DCA skont il-paragrafu 6. |
8. |
Fornitur ta' servizz tan-netwerk TIPS jista' jiġi skonness mill-pjattaforma TIPS jekk ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dokumentazzjoni tal-konnettività deskritti fil-paragrafu 2 jew jekk it-termini u l-kondizzjonijiet ta' konnettività TIPS jintemmu għal kwalunkwe raġuni oħra, kif stabbilit f'dawk it-termini u kundizzjonijiet. Jekk il-konnessjoni tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS mal-Pjattaforma TIPS tiġi mitmuma, din titneħħa mil-lista tal-fornituri tas-servizz tan-netwerk TIPS. |
(1) Il-politika kurrenti tal-Eurosistema għal fejn jinsabu infrastrutturi hija stabbilita fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma kollha ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) id-dikjarazzjoni tal-politika dwar sistemi ta' ħlas u saldu tal-euro li jinsabu barra ż-żona tal-euro tat-3 ta' Novembru 1998; (b) Il-linja tal-politika tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsolidazzjoni fl-ikklerjar tal-kontropartijiet ċentrali tas-27 ta' Settembru 2001; (c) il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar fejn jinsabu u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro tad-19 ta' Lulju 2007; (d) Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar il-post u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro: speċifikazzjoni ta' “sitwati legalment u operazzjonalment fiż-żona tal-euro” tal-20 ta' Novembru 2008; (e) il-politika tal-qafas ta' sorveljanza tal-Eurosistema, verżjoni riveduta 2016.
(2) Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar il-finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 107).
(3) Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
(4) Is-CET jieħu inkunsiderazzjoni l-bidla għas-Central European Summer Time.
(5) “Operazzjonijiet ta' bi nhar” tfisser l-ipproċessar ta' bi nhar u l-ipproċessar ta' tmiem il-jum.
(6) Trasferimenti ta' likwidità mdaħħla fis-sistema qabel il-ħin tal-waqfien jiġu pproċessati.
(7) Tispiċċa 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta' manutenzjoni ta' riżerva tal-Eurosistema.
(8) Tibda 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta' manutenzjoni ta' riżerva tal-Eurosistema.
(9) Matul weekend jew btala, it-tieqa teknika se ddum matul il-weekend jew il-btala, jiġifieri, mill-22.00 nhar ta' Ġimgħa sal-1.00 nhar ta' nejn jew, fil-każ ta' btala, mit-22.00 fl-aħħar jum tan-negozju sa 1.00 jum tan-negozju li jmiss.