EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018AB0026

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2018 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq) u atti legali relatati; u dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; u d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (CON/2018/26)

OJ C 251, 18.7.2018, p. 2–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/2


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta’ Mejju 2018

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq) u atti legali relatati; u dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; u d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)

(CON/2018/26)

(2018/C 251/03)

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-23 ta’ Novembru 2017 u l-4 ta’ Diċembru 2017, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew rispettivament, għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq); Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju; Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej; Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; Regolament (UE) Nru 2015/760 dwar il-fondi ta’ investiment Ewropej fuq terminu twil; Regolament (UE) Nru 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew għall-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment; u Regolament (UE) Nru 2017/1129 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (1) (aktar ’il quddiem ir-“regolament propost”).

Fl-20 ta’ Novembru 2017 il-BĊE irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew, rispettivament, għal opinjoni dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u u d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (2) (aktar ’il quddiem id-“direttiva proposta”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolament u d-direttiva proposti fihom dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kompiti bażiċi tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja u l-promozzjoni tal-operat bla xkiel ta’ sistemi ta’ ħlas skont l-ewwel u r-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat, u l-kompiti speċifiċi mogħtija lill-BĊE li jikonċernaw is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif imsemmi f’Artikolu 127(6) tat-Trattat. F’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Ir-regolament u d-direttiva proposti huma parti minn pakkett komprensiv ta’ proposti biex tissaħħaħ is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF) introdotta f’Settembru 2017, li tikkonsisti mit-tliet awtoritajiet superviżorji Ewropej (ASE) u l-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku (3). Billi l-pakkett jirrigwarda kompiti differenti mwettqa mis-SEBĊ u mill-BĊE, il-BĊE ser jadotta tliet opinjonijiet separati. Din l-opinjoni għandha. għalhekk, tinqara flimkien ma’ Opinjoni CON/2018/12 tat-2 ta’ Marzu 2018 dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regulation (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4) u Opinjoni CON/2018/19 tal-11 ta’ April 2018 dwar proposta għal regolament li jemenda li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u atti legali relatati (5).

Osservazzjonijiet ġenerali

Il-BĊE ser jillimita il-kummenti tiegħu għal dawk il-partijiet tal-proposta tal-Kummissjoni li huma relevanti għall-implimentazzjoni tal-poliika monetarja skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat, il-promozzjoni tal-operat bla xkiel ta’ sistemi ta’ pagament skont r-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat, u għall-kompiti speċifiċi allokati lill-BĊE fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif imsemmi fl-Artikolu 127(6) tat-Trattat.

Il-BĊE jixtieq ifakkar illi infrastrutturi tas-suq finanzjarju li huma siguri u effiċjenti, b’mod partikolari sistemi ta’ kklerjar għal strumenti finanzjarji, huma essenzjali għat-twettiq tal-kompiti bażiċi tas-SEBĊ taħt l-Artikolu 127(2) tat-Trattat, u l-eżerċitar tal-objettiv primarju tiegħu illi tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet taħt l-Artikolu 127(1) tat-Trattat (6).

Għandha tingħata wkoll kunsiderazzjoni lir-rwol tal-BĊE bħala superviżur ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 127(6) TFUE, flimkien mar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (7). F’dan ir-rigward, qed jiġi mfakkar illi l-BĊE laqa’ bis-sħiħ il-fatt illi l-proposta EMIR II torbot żewġ voti separati fil-kulleġġi superviżorji mal-BĊE għall-funzjonijiet tiegħu bħala bank ċentrali emittent u bħala s-superviżur prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma membri tal-ikklerjar CCP sinifikanti rispettivament (8).

Il-BĊE ġeneralment jappoġġja l-objettiv tar-regolament propost li jikkontribwixxi għall-iżvilupp u t-tisħiħ ulterjuri tal Unjoni tas-Swieq tal-Kapital (CMU) (9). Bex jinkiseb l-għan fuq żmien twil tat-tisħiħ u l-integrazzjoni tas-swieq tal-kapital tal-UE, il-BĊE jqis illi jrid ikun hemm ħsieb għal superviżjoni singola ta’, mill-anqas, setturi speċifiċi tas-suq. Dan huwa partikolarment importanti għall-entitajiet u attivitajiet pan-Ewropej sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-infurzar ugwali fl-UE, biex b’hekk jiġi żgurat li ma jkunx hemm tixrid billi jiċċaqilqu attivitajiet min-naħa tal-fruntiera għal oħra (10). Kif propost mill-Kummissjoni, is-superviżjoni singola tista’ tkun meħtieġa wkoll għal fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta kif ukoll għal amministraturi ta’ parametri referenzjarji kritiċi taħt CMU avvjata (11).

Osservazzjonijiet speċifiċi

1.   Ir-rwol tal-bank ċentrali tal-ħruġ fi kwistjonijiet CCP

1.1.

Il-BĊE jappoġġja l-ħtieġa li tiġi rreveduta l-istruttura tal-governanza tal-ESMA. Huwa jqis illi huwa wkoll kruċjali li jiġi inkluż rappreżentant wieħed tal-BĊE, taħt il-mandat ta’ politika monetarja, bħala membru mingħajr vot permanenti tal-Bord tas-Superviżuri. Dan għandu jizgura kooperazzjoni, koordinazzjoni u skambju ta’ informazzjoni effettiva bejn awtoritajiet superviżorji u l-BĊE bħala bank ċentrali ta’ ħruġ risponsabbli għall-euro, li hija ta’ importanza ewlenija meta jitqies it-tisħiħ propost għar-rwol tal-bank ċentrali tal-ħruġ fil-proposta EMIR II (12). Il-BĊE jilqa’ l-emendi proposti stipulati fil-proposta EMIR II, li jċċaraw il-kompiti allokati lis-Sessjoni Ezekuttiva CCP, li tagħha il-bank ċentrali tal-ħruġ relevanti huwa membru permanenti mingħajr vot (13).

1.2.

Dawn il-bidliet huma neċessarji sabiex jiġu distinti b’mod ċar is-setgħat tat-teħid tad-deċizjonijiet esklussivi tas-Sessjoni Ezekuttiva CCP fi kwistjonijiet CCP minn setgħat assenjati lill-Bord Ezekuttiv tal-AETS fi kwistjonijiet mhux CCP. Minħabba r-rapprezentanza tal-BĊE fis-Sessjoni Ezekuttiva CCP bħala l-bank ċentrali tal-ħruġ, il-BĊE jikkunsidra illi din il-kjarifika ser tippermetti lill-membri tas-SEBĊ biex ikollhom involviment sinifikanti u effettiv fit-teħid tad-deċizjonijiet u l-kondivizjoni ta’ informazzjoni fuq kwistjonijiet ta’ relevanza diretta għat-twettiq tal-kompiti baziċi tas-SEBĊ, u l-kisba tal-għan ewlieni taz-zamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet (14).

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta’ Mejju 2018.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  COM(2017) 536 final.

(2)  COM(2017) 537 final.

(3)  COM(2017) 542 finali.

(4)  L-Opinjoni CON/2018/12 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Marzu 2018 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU C 120, 6.4.2018, p. 2) L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu

(5)  L-Opinjoni CON/2018/19 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ April 2018 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u atti legali relatati, għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(6)  Ara l-paragrafu 4.1 tal-Opinjoniu CON/2017/39 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Ottubru 2017 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta’ CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi (ĠU C 385, 15.11.2017, p. 3).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(8)  Ara l-paragrafu 1.1 tal-Opinjoni CON/2017/39.

(9)  Ara l-paġni 1 u 18 tal-kontrubut tal-Eurosistema għall-Green Paper tal-Kummissjoni “Building a Capital Markets Union”, Frar 2015 (minn hawn ’il quddiem il-“kontribut tal-Eurosistema għall-Green Paper dwar CMU”), disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.

(10)  Ara l-paġna 18 tal-kontribut tal-Eurosistema għall-Green Paper dwar CMU.

(11)  Ara l-paġna 18 tal-kontribut tal-Eurosistema għall-Green Paper dwar CMU.

(12)  Ara l-paragrafu 7 tal-Opinjoni CON/2017/39. Ara wkoll il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill i jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, COM(2017) 208 finali.

(13)  Ara l-Emenda għall-proposta gpendenti għal regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta’ CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi (proposta tal-Kummissjoni EMIR II), COM(2017) 539/F1, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni fuq www.ec.europa.eu.

(14)  Ara l-paragrafu 2.1 tal-Opinjoni CON/2017/39.


Top